Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254
Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 33 Sports Jintemm proġett ieħor relatat mal-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq Fil-jiem li għaddew, saret l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Proġett tal- eRDF 339 li huwa proġett li jwassal biex tinħoloq aktar enerġija effiċjenti fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq. Id-dettalji dwar dan il-proġett ingħataw mill- project leader Dermot Galea li qal li dan il-proġett sar b'investiment totali ta' €1,156,008, bl-għan ikun li jitħares l-ambjent billi tintuża enerġija alternattiva. Dan qed jgħin biex il- Pixxina, fiż-żmien li ġej, ma tibqax tagħmel telf u tkun ta' piż fuq il-Gvern u SportMalta. Huwa elenka l-erba' fażijiet tal-proġett li kienu: 1. L-installazzjoni ta' heat pumps għall-pixxini 2. L-installazzjoni ta' Variable Refrigerant Flow air- condition system għall-West Stand, fejn jinsabu l-uffiċini 3. L-installazzjoni ta' solar collectors li ser ikunu użati biex jissaħħan l-ilma tax- showers fil-Kumpless 4. L-installazzjoni ta' pool covers għaż-żewġ pixxini Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius beda billi feraħ lit-tim tal-waterpolo li kien għadu kif rebaħ il-logħba kontra t-Turkija waqt il-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo u semma kif il-Gvern diġà qed jagħti sostenn kbir lill-isport tal-waterpolo u lill-isport akkwatiku ieħor anke bil- bini ta'pixxina f 'Għawdex u bil-pitch tal-waterpolo f 'Birżebbuġa. Huwa semma kif il-politika m'għandha qatt tkun imħallta mal-isport u kollha għandna niġbdu ħabel wieħed għal dan il- għan. Chris Agius semma kif waslet ukoll fil-fażi ta' aġġudikazzjoni l-għażla tal-perit li ser ikun qiegħed jagħmel il-pjanti tal-pixxina indoor fil-Kottonera. Minbarra dan, aċċenna għall-miżuri tal-budget relatati mal-isport li qed ikomplu jaġevolaw lill- komunità sportiva. Huwa kompla jgħid li din hija ħolqa oħra mill- katina ta' wegħdi elettorali li qed jitwettqu fejn qed jiġi ġġenerat il-kumpless tal-pixxina tal-Qroqq. Fil- leġiżlazzjoni li għaddiet, kien iktar importanti li jinbnew faċilitajiet ġodda li mhux dejjem kienu sostenibbli u l-faċilitajiet eżistenti tħallew fi stat dilapidat. Waqt din l-inawgurazzjoni, is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg spjega li dan il-proġett ikkwalifika taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u ser ikun ibbenefika minn madwar €400,000. Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg ħabbar ukoll li għall-ewwel darba ser ikun hemm madwar €5 miljun f 'fondi Ewropej li ser ikunu allokati għall-iżvilupp ta' infrastruttura sportiva f 'żoni hekk meqjusa bħala żvantaġġjati. Dawn il- fondi għandhom l-għan li jikkumbattu problemi ta' esklużjoni soċjali kif ukoll ikomplu jtaffu l-problemi relatati mal-obesità, spejga Borg. Borg temm jgħid li bl- istess mod, permezz tal- investiment ġewwa l-Pixxina Nazzjonali, aktar klijenti ser ikunu qed jirċievu servizzi ta' kwalità aħjar – anki b'rati sussidjati lil dawk kollha li huma membri - hekk kif il-parteċipazzjoni fl-isports mistennija li tkompli tiżdied. Iċ-Chairman ta' SportMalta, Luciano Busuttil tkellem dwar ir-relevanza ta' fondi Ewropej. Huwa ħabbar li SportMalta fetħet dipartiment relatat max- xogħol tal-Unjoni Ewropea sabiex l-entità tkun iżjed relevanti f 'dan il-qasam. Il-kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar qal li fl-2016, l-entità ser tkun qed iżżomm ir- ritmu tas-sena li għaddiet. Huwa ħabbar li s'issa diġà ġew konklużi numru ta' proġetti filwaqt li l-proġetti l-kbar diġà jinsabu f 'fażi ta' aġġudikazzjoni. Huwa semma li fit-23 ta' April ser issir konferenza nazzjonali għall-għaqdiet sportivi kollha u NGOs u ħabbar li f 'Novembru, SportMalta ser tkun qed tospita aktar minn 300 delegat minn universitajiet differenti għall-Assemblea Ġenerali tal-ENAS. Chris Agius flimkien ma' Luciano Busuttil jinawguraw il-Proġett tal-ERDF 339 li huwa proġett li jwassal biex tinħoloq aktar enerġija effiċjenti fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq Ritratt : DOI - Jeremy Wonnacott Ftit tal-jiem ilu, jurgen Degabriele - bla dubju wieħed mill-aqwa plejers żgħażagħ li pproduċa l-futbol malti f 'dawn l-aħħar snin iffirma kuntratt ġdid ma' Hibernians, li se jkun qed iżommu mal-Pawlisti sal- 2021. Dan l-attakkant żagħżugħ u ta' talent liema bħalu fil- futbol, li għad għandu biss 19-il sena huwa prodott ta' Hibernians u ddebutta mat-tim tal-kbar tat-tim minn Raħal Ġdid, fil-15 ta' Settembru tal-2013, f 'logħba valida mill- Kampjonat BOV Premier. Tajjeb ngħidu li fis-sajf li għadda, huwa kellu esperjenza qasira ta' prova mal-klabb li jimmilita f 'Girone A tal-Lega Pro fl- Italja, Padova. Barra minn hekk, l-istess Jurgen Degabriele, matul l-istaġun li għadda rebaħ l-unur tal-'Aqwa Plejer Żagħżugħ' fil-futbol Malti, u sa issa matul dan l-istaġun skorja tliet gowls fi 13-il logħba mat-tim tal- kbar ta' Hibernians. Intant, il-kumitat ħabrieki ta' Hibernians immexxi mill-president umli u veteran fil-futbol Malti, Tony Bezzina, awgura l-isbaħ xewqat lil dan il-plejer, li żgur li għandu futur mill-isbaħ quddiemu jistennieh mal-Pawlisti. Propju l-għada li Jurgen Degabriele ffirma l-kuntratt ġdid ta' ħames snin oħra ma' Hibernians, dan il-ġurnal għamel kuntatt b'mod personali mal-istess plejer, fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward x'ifisser għalih il-klabb ta' Hibernians, kif ukoll x'ifisser għalih il-fatt li jidher li l-Pawlisti għandhom fiduċja assoluta fih, hekk kif ġeddewlu l-kuntratt mal-klabb. Huwa afferma li: "Għalija dan ifisser ħafna, għaliex il-klabb ta' Hibernians huwa propju l-klabb li jien xtaqt nibqa' nilgħab miegħu u nibda l-karriera fis-settur tal- kbar miegħu. Dan minħabba l-fatt li Hibernians huwa l-klabb li lili, litteralment għallimni nilgħab il-futbol. Nirringrazzja lill-kumitat u lill-partitarji tal-fiduċja tagħhom fija, u żgur li se nagħmel minn kollox biex ngħin lil dan il-klabb ikompli jikseb l-unuri fil-futbol Malti," temm jgħid Jurgen Degabriele. "Nirringrazzja lil Hibernians li litteralment għallmuni nilgħab il-futbol" - Jurgen Degabriele