Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 35 Hibernians u t-tim nazzjonali Malti Sports huwa wieħed mill-aqwa kowċis li qatt kelli fil-karriera tiegħi sa issa. X'kienet l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena? Irbaħna ħames punti. Naħseb li din kienet l-iktar darba li t-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena qatt kiseb punti. Dan hekk kif konna rbaħna lil- Litwanja barra minn darna, u ġejna draw mal-Fillandja u mal-Ukrajna. Jien bdejt nilgħab mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena meta kien għad kelli biss 17-il sena fejn propjament kont għadni nifforma parti mit-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena. U x'tikkummenta fuq l-aħħar wirjiet u l-aħħar riżultati li intom irnexxielkom tiksbu bħala tim nazzjonali riċentament u anki l-fatt li lgħabt kontra plejers ta' klassi mondjali fosthom Andrea Pirlo, Mario Mandzukic u ħafna oħrajn? Dawn li semmejt u oħrajn huma plejers ta' kalibru kbir iżda huma kollha jżommu saqajhom mal-art. Naħseb li aħna kapaċi nagħtu logħba lil kulħadd, u fl-aħħar mill-aħħar din hija logħba tal-futbol, jiġifieri jekk fil-ġurnata nagħtu l-massimu, aħna kapaċi niksbu kull riżultat possibli. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-MFA mmexxija minn Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Naħseb li qed jagħmlu xogħol tajjeb, fuq kollox għall-fatt li qed jippruvaw jinvestu fi plejers żgħażagħ. Jalla iktar plejers żgħażagħ Maltin imorru jilagħbu barra minn Malta, għax hekk biss jista' javvanza l-futbol Malti. Naħseb li huma mexjin fit-triq it-tajba s'issa. Il-futbol Malti marid? Ma naħsibx li hu marid - allaħares marid. Isir ħafna tgergir imma jien naħseb li min hu nkarigat fosthom Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo, qed jagħmel ħiltu kollu biex il-futbol Malti jitjieb fil-livell tiegħu u j'alla li dawn l-avvanzi tant mixtieqa, isiru realtà fiż-żmien li ġej. Int li sa issa dejjem lgħabt bil-flokk ta' Hibernans, taħseb li fil-futur se tibqa' tilgħab biss bil-flokk ta' dan it-tim minn Raħal Ġdid, jew tikkunsidra l-possibiltà li tmur tilgħab ma' xi tim ieħor? Barra minn hekk tikkunsidra l-possibiltà li tmur tilgħab barra minn Malta, biex hemmhekk tibda avventura ġdida fil- karriera tiegħek tal-futbol? Jien baqagħli kuntratt ta' sentejn u nofs ma' Hibernians, imma jekk xi darba tiġini xi offerta li mmur nilgħab ma' xi tim ieħor barra minn Malta, naħseb li neħodha. Ġieli kellek xi offerta f 'dan ir- rigward? Iva, ġieli kelli imma xejn ma rriżulta fil-pożittiv. Iżda, jekk ningħata offerta oħra tajba minn xi klabb barrani, neħodha mija fil-mija. Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom tittrenjaw u tilagħbu f 'Malta meta mqabblin ma' dawk li intom bħala plejers tużaw meta tilagħbu logħbiet internazzjonali barra minn Malta? Naħseb li r-riżorsi relatati mal-futbol li nsibu barra minn Malta huma kollha ta' livell aħjar minn dawk li nsibu f 'Malta. Hekk pereżempju nsemmi l-ħaxix tal-grawnds li jkun maqtugħ b'mod perfett, qisek qed tilgħab fuq il-pannu! Naħseb li kieku xi darba f 'Malta jkollna dan it-tip ta' ħaxix fost riżorsi oħra, jgħin ħafna lill-futbol Malti, anki għax fost l-oħrajn il-ballun ma jaqbiżx, tkun tista' tilgħab futbol mal-ewwel (one- touch), u l-logħba tal-futbol bla ma trid issir iktar veloċi. X'tikkummenta fuq il-kankru tal- betting li sfortunatament qiegħed kulma jmur jgħolli rasu u jeqred il-futbol mondjali? Il-betting naħseb li huwa fattur li se jkisser il-futbol. Naħseb li trid tiġi minna l-plejers li rridu nilagħbu b'saħħitna u nkunu tassew magħqudin biex nippruvaw inkissru dan il- fenomenu għal kollox. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol kemm bħala plejer ta' Hibernians, kif ukoll bħala plejer tat- tim nazzjonali Malti? Jalla nibqa' nilgħab bil-flokk tat- tim nazzjonali Malti u nkompli nagħmel ħilti kollha biex intejjeb il- prestazzjonijiet tiegħi ma' dan it-tim li jirrappreżenta lil pajjiżi. Rigward il-livell domestiku ma' Hibernians, jalla nibqgħu niġġieldu għall-unuri prinċipali fosthom ir-rebħ tal- Kampjonat BOV Premier ta' kull sena. Bħala plejer żagħżugħ li ta' età żgħira rnexxielek diġà tikseb suċċess konsiderevoli. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li jixtiequ jibdew karriera fil-futbol. Ngħidilhom biex iżommu saqajhom mal-art, jaħdmu ħafna u bis-serjetà u jittrenjaw ta' kuljum. Jekk ikollhom xi siegħa ċans u ma jkollhomx x'jagħmlu, flok jibqgħu ġewwa u jilagħbu b'xi console partikolari, ngħidilhom biex joħorġu barra u jagħtu daqqa bil-ballun! "Naħseb li jidher biċ- ċar li aħna flimkien ma' Valletta u Birkirkara se nkunu sfidanti ewlenin għar- rebħ tal-kampjonat" Twieled fil-5 ta' April 1993 f 'Wied il-Għajn Jista' jiġi deskritt bħala mutur f 'nofs il-grawnd kemm għal Hibernians kif ukoll għat-tim nazzjonali Malti Huwa midfielder komplet fejn it-tqassim tal-ballun eċċellenti tiegħu kif ukoll ix-xamma għal gowl jiddistingwuh minn plejers oħra, fosthom dawk ta' età ikbar minnu Rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-futbol Malti, fosthom il-Kampjonat Premier, l-FA Trophy u s-Super Cup ma' Hibernians Rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer Żagħżugħ tas- Sena tal-MFA għal tliet darbiet Kien parti mill-iskwadra ta' Hibernians li kisbet rebħa storika ta' 2-1 kontra l-ġganti Olandiżi ta' PSV Eindhoven f 'Jannar ta' din is-sena Bjorn Kristensen Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016