Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254
FLEWWEL reazzjoni tagħha għall-inkjesta ppublikata aktar kmieni illum, il-President tar- Repubblika Marie Louise Coleiro Preca qalet illi r-reazzjoni tagħha "għall- konklużjonijiet tal-inkjesta ma tistax tkun waħda ta' ġudizzju, minħabba li issa li l-inkjesta ngħalqet u din dieħla f 'parti oħra tal-proċeduri legali u għaldaqstant mhux xieraq nikkummenta dwar dan. Jeħtieġ li nħallu f 'idejn l-awtoritajiet kompetenti biex nassiguraw li ssir ġustizzja." Coleiro Preca kompliet tgħid illi l-ħsieb ewlieni tagħha jibqa' dwar dawk il-persuni li weġġgħu u li "ebda kliem li nista' ngħid ma jista' jfarraġ u jnessi t-tbatija u t-trawma li għexu u li għadhom jgħixu. Dan l-inċident jibqa' memorja kerha, fejn attività li kienet maħsuba biex tagħmel il-ġid u tferraħ lin-nies spiċċat f 'esperjenza ta' dulur." Il-President temmet tgħid li hija tassew ħasra li attività li ilha tiġi organizzata 10 snin u li kull sena, bla dubju, l-organizzaturi kellhom rieda u intenzjoni mill-aktar tajba ta' solidarjetà, spiċċat fi traġedja bħal din. "Sadanittant jiena nibqa' nsegwi mill-qrib lill-vittmi ta' dan l-inċident, u lill-familji tagħhom." Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016| illum 5 Aħbarijiet !""#$%&'()&**+'#,-!$%&../!01'%&%+'%!00'2&3456'41,+',500&$&'()&,+' ,#0&'789:;' ' !"#$%&'&(%)*)+&,%,""'&)*-.'//0*,"#$%&'112$+)*&'&0*&$++*3'45(6*5)"0*"(++'%'*-.'"0* ",+'*789:;* <&0*=,+6,%*&-.'/'4*>)"0*9?*&'@*A%'%*789:*>)/0*99*'3;* * <=>?@ABBCDA'0AEEF=GAHC'BAI+',AFJ'*BJ' K6A@'CI+',AFFC?JAL'MABB'CI+',AFFC?JAN' 2OMH=PP;' B.$+,*79:CDED9* Mark Borg IRRESPONSABILITÀ għall-inċident ta' Paqpaqli għall-Istrina taqa' fuq is-sewwieq u membri tal-kumitat organizzattiv, tikkonkludi l-inkjesta maġisterjali dwar dan l-inċident. Fil-fatt hemm ċans li 12-il persuna jitressqu l-qorti, jiġifieri Paul Bailey - is-sewwieq tal-vettura Porsche 918, u l-11-il membru tal-kumitat, inkluż Tonio Darmanin. L-inkjesta tikkonkludi kif Bailey kien dilettant u ma kellux esperjenza u ħila li jikkontrolla karozza ta' ċerta veloċità. L-inkjesta kkonkludiet li kien hemm nuqqasijiet serji fil-miżuri ta' saħħa u sigurtà li għalihom kien responsabbli l-kumitat li naqas milli jikkonsulta mad- Dipartment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Isptar Mater Dei fuq il-miżuri li kellhom jittieħdu biex il-pubbliku jkun protett. F'dan l-inċident, li seħħ f 'Ottubru tal-2015, weġġgħu 23 ruħ, 10 gravi li minnhom erbgħa kienu fil-periklu tal- mewt. L-inkjesta dwar l-inċident Paqpaqli għall-Istrina mill-Maġistrat Consuelo Scerri-Herrera kkonkludiet li l-President ta' Malta ma kellha l-ebda responsabbiltà f 'dan l-inċident għax ma kienet bl-ebda mod involuta fl-organizzazzjoni ta' din l-attività jew fil-laqgħat preparatorji tagħha. Waqt li kien qed ikellem lill-ġurnalisti lbieraħ, il- Ministru Owen Bonnici qal li l-inkjesta, li fiha 1,700 paġna, ikkonkludiet li r-responsabbiltà taqa' fuq is-sewwieq u l-kumitat organizzattiv. Fil-fatt, l-inkjesta ma sabet l-ebda difett mekkaniku fil-vettura Porsche 918 li kienet involuta fl-inċident. Il-pulizija għandhom iresqu l-qorti lis-sewwieq u lill-membri tal-kumitat organizzattiv. "Il-membri tal-kumitat ma jistgħux jintefgħu kollha fl- istess keffa," qal Bonnici, "u l-eżerċizju ta' kalibrar ta' din il-ħtija għadha trid issir." Wieħed mill-11-il espert tal-qorti li assistew lill- maġistrat, sab li d-disinn tal-pista tat-tiġrija ma kinitx addattata għall-karozza tat-tip Porsche 918 li kienet involuta fl-inċident imma għal vetturi li ma jtellgħux veloċità kbira daqs dik li ttella' din it-tip ta' karozza. Barra minn hekk -inkjesta kkonkludiet li Bailey kien sewwieq dilettant u fil-fatt huwa kollezzjonist tal- karozzi, fejn dan m'għandux l-esperjenza neċessarja biex isuq u jikkontrolla vettura misjuqa b'veloċità kbira. L-inkjesta għarfet difett ieħor fid-disinn tal-pista fir-rigward tad-dawriet li għandha l-korsa, fejn dawn id-dawriet ma kinux magħmulin f 'posizzjonijiet ideali f 'dak li hi distanza mill- pubbliku. Il-barrieri tal-ilma kienu pożizzjonati ħażin u misshom kienu kontra, ħalli jekk il-karozza tieħu direzzjoni ħażina tipponta lejn il-ħaxix u mhux lejn fejn kien hemm in-nies. Ir-rapport isemmi wkoll li l-pista ma kellhiex sinjali biżżejjed għas-sewwieqa tal-vetturi u barrier tal-konkrit fuq in-naħa fejn sar l-inċident li setgħu żammew il-vettura. Minflok kien hemm barrier li jikkontrolla lin-nies u mhux biex iservi għas-sigurtà tal- ispettaturi. Il-Ministru Bonnici qal li f 'Malta jeħtieġ nibdew nieħdu aktar bis-serjetà kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà. Kompla billi qal li dan ifisser li jeħtieġ inpoġġu aktar riżorsi għas-sigurtà f 'attivitajiet fejn jistgħu jiġru inċidenti bħal dawn u jekk għandna ngħidu le, ngħidu le għal xi attivitajiet. Mistoqsi jekk kienx hemm permess għal din l-attività Bonnici qal li jidher li minħabba l-fatt li l-attività saret fuq propjetà privata, ma kienx hemm għalfejn applikazzjoni għall-permess tal-pulizija għax ma kinitx ikkonsidrata bħala attività pubblika. Bonnici ammetta li dan juri li hemm vakum fil- politika tas-saħħa u sigurtà li trid tiġi indirizzata. Il-President ma kellha l-ebda responsabbiltà "Irridu nieħdu aktar bis-serjetà kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà" - il-Ministru Bonnici "Bailey kollezzjonist tal-karozzi u mhux sewwieq għat-tiġrijiet" President Coleiro Preca: Inħallu f 'idejn l-awtoritajiet biex issir ġustizzja