Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
2 illum | Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 70 55 68 42 47 84 64 46 EmpirE Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta CosmEd Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Qormi st. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara o'hEa Pharmacy, 115, Triq Manoel De Vilhena, Gżira mEdiCal Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings Vjal ir-Rihan, San Ġwann NormaN's Pharmacy, 133, High Street, Sliema mEdiCa Pharmacy, Triq in-Naxxar, Balzan st. Joseph Pharmacy, 1, Triq iz-Za- kak, Mosta BrowN's Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier (previously "Karizia Drugstore"), Mellieħa thErEsa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Tarxien milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kot- tonera, Birgu Fgura Pharmacy, Triq Il-Koppla, Fgura gErada's Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun CENtral Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Luqa mENElo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi idEal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat CastlE Pharmacy, 2, Misraħ l-In- dipendenza, Victoria Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knis- ja, Xagħra airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa l-oGħlA: 17˚Ċ l-inQAS: 11˚Ċ teMp: Sabiħ li jsir ftit jew wisq imsaħħab Viżibilità: Tajba riħ: Nofsinhar forza 3 għal 4 li jdur mil-Lbiċ forza 5 lokalment forza 5 għal 6 bAħAr: Ħafif għal moderat li jsir qawwi iMbAtt: Baxx mill-Grigal li jsir ftit li xejn matul il-jum u jsir mil-Lbiċ mal- lejl l-oGħlA: 15˚Ċ l-inQAS: 11˚Ċ teMp: Il-biċċa l-kbira msaħħab bil-ħalbiet tax-xita, li jistgħu jkunu lokalment bir-ragħad f 'xi waqtiet, li jsir ftit imsaħħab mal-lejl Viżibilità: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita riħ: Lbiċ forza 5 lokalment forza 5 għal 6 li jdur mill-Majjistral u jsir forza 6 għal 7 għal xi ħin bAħAr: Qawwi iMbAtt: Baxx mil-Lbiċ li jsir mill-Punent Majjistru Louis Grech f 'Reporter ta' nhar it-Tnejn Il-PartIt laburista fejn hu sejjer? Għadu l-partit tal-ħaddiema? Jew sar iktar partit taċ-ċentru? L-ideoloġija tal- partit għadha daqshekk importanti u x'inhuma t-tibdiliet li hemm bżonn isiru? Saviour Balzan se jistieden lil Louis Grech id-Deputat Prim Ministru biex jiddiskuti dan kollu. Reporter jixxandar nhar it-Tnejn fl-10.05pm fuq TVM b'ripetizzjoni t-Tlieta fis-1.30pm fuq TVM2. 'Kont minn ta' quddiem li ħassejt il-bżonn li l-MEPA tinqasam' – Victor Axiak minn mark Borg Il-Professur Victor axiak ġie maħtur chairperson għall-awtorità ġdida dwar l-ambjent u riżorsi li qed tiġi ffurmata mill-qasma tal-MePa biex jinfired is-settur ambjentali tagħha mill-ippjanar. axiak kien chairperson tal-Kummissjoni ambjent tal-Knisja u kien kritiku ta' diversi deċiżjonijiet li kien ħa l-Gvern rigward l-ambjent. sentejn ilu, hu kien maħtur mill- Gvern bħala kap tal- kumitat konsultattiv xjentifiku dwar l-ambjent. L-ILLUM tkellmet ma' Axiak u staqsietu dwar x'poteri għandha bżonn l-Awtorità biex tkun effettiva u ta' servizz għall- ambjent u l-poplu. Dwar dan, hu qal li l-liġi li għaddiet, jiġifieri l-Environment Protection Act 2016, tagħti diversi poteri lil din l-Awtorità. "Naturalment dawn il-poteri għad iridu jkunu ddentifikati b'aktar reqqa mill-Legal Notices li għad iridu joħorġu." Axiak kompla jgħid li, "dan huwa proċess normali iżda ċertament li dawn il-poteri għandhom jinkludu fost l-oħrajn li jsir żvilupp ta' policies dwar l-immaniġjar tar-riżorsi ambjentali u għall-ħarsien ta' dawn ir- riżorsi u li jsiru regolamenti dwar kif dawn il-policies jintlaħqu." Bħala eżempju għal dan, Axiaq semma kif, għandu jkun f 'idejn l-Awtorità li tiddetermina t-thresholds ta' livelli ta' kimiċi li jistgħu jintremew il-baħar, u livelli oħra. Dawn it-thresholds waqt li jridu jirrispettaw ir-regoli tal-UE, iridu wkoll jagħmlu sens għall-kuntest lokali." Axiak żied jgħid li "l-Ministru Brincat ilu jagħmilha ċara li jrid li din l-Awtorità tkun verament strument li jwassal sabiex ikun salvagwardjat l-ambjent. Allura ma jistax jonqos li dawn il-poteri jingħatawlha." Dwar il-qasma tal-MEPA f 'żewġ awtoritajiet: waħda għall-Ambjent u l-oħra għall-Ippjanar, Axiak qal, "Jien kont minn ta' quddiem li ħassejt il-bżonn ta' din il-qasma u esprimejt ruħi f 'dan is-sens apertament. Li nista' ngħid hu, li wara tliet snin bħala membru tal-Bord tal-MEPA, dan il-ħsieb dwar il-bżonn ta' din il-firda mhux biss kiber, iżda kien issostanzjat minn diversi esperjenzi li kelli. Inħossni ċert li jekk din l-Awtorità tingħata l-għodod neċessarji, mhux biss nies u riżorsi oħra, imma wkoll il-poteri li hemm bżonn, l-ambjent ikun moqdi ferm u ferm aħjar u dan għandu jwassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin. Fl-istess waqt, dan jista' jsir b'mod li mhux biss jikkumplimenta l-bżonnijiet ta' żvilupp ekonomiku bis-sens, imma anke jaqdi l-bżonnijiet soċjali tal- pajjiż." Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Axiak x'se jkunu l-prijoritajiet tiegħu fil- ħidma fl-ewwel sena. Hu qal li l-ewwel irid jaċċerta li l-Awtorità tistabbilixxi ruħha bħala entità indipendenti li taqdi l-funzjonijiet tagħha bla kantunieri. "Imbagħad, apparti l-bzonn li jkollna prijoritajiet short-term u medium term, irridu nuru lil kulħadd il-bżonn li jkollna viżjoni ferm aktar fit-tul għall-immaniġjar bis-sens tar-riżorsi ambjentali tagħna. Din il-viżjoni forsi kienet nieqsa s'issa. Irridu naraw li kull deċiżjoni u kull azzjoni li nieħdu fuq xi każ jew ieħor, għandu jwassalna dejjem aktar għal din il-viżjoni fit-tul." Il-membri l-oħra tal- Awtorità huma Carmen Buttigieg bħala Viċi Chairperson u uffiċjal tal-politika soċjali, Alan Deidun bħala rappresentant tal-għaqdiet ċivili ambjentali, Alan Pulis, il-Professur Alfred Vella, Jason Bonnici, il-perit Ruben Abela, Dr Louise Spiteri, Alexia Pisani, u l-professur Maria Attard bħala rapresentanta tal- oppożizzjoni.