Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 Għawdex Three Generations Down: Nifs Minn estratt letterarju, salt żgħażagħ Għawdxin bdew dak li llum sar moviment artistiku minn John Busuttil TISKANTA kemm issib talent meta tibda tgħarrex fil-gżira ta' Għawdex. Dan l-aħħar sirt naf li fil-gżira hemm dar tal-produzzjoni ċkejkna bl-isem ta' Three Generations Down. Dar maħluqa minn artisti żgħażagħ li ħolmu u għadhom joħolmu xi ħaġa aktar mill-espressjoni personali tagħhom fuq din il-gżira mistika, li tħaddan fiha mhux biss diversi nies mill-qasam tal-midja lokali, però wkoll, nies fin-negozju, għalliema, studenti, xjenzati u avukati, kollha artisti fi ħdan il- professjoni tagħhom. TGD hu isem li illum qed jinstema' xi ftit iktar f 'dik li hi filmografija lokali. Din id-dar bdiet b'inizjattivi bejn ċrieki żgħar, min- numri żgħar. Illum din id-dar żgħira tħaddan fiha numru żgħir ta' artisti multinazzjonali ta' ċertu statura li jgħixu Għawdex, li jmexxuha b'volontà artistika. Dawn imbagħad jikbru fin-numru waqt fażijiet ta' produzzjoni, fejn jidher li l-prijorità għal eżpożizzjoni tingħata l-iktar lit-talent lokali, u bir-raġun. Tant hu hekk li sal-lum, din il-kumpanija 'ċkejkna' involviet direttament aktar minn 400 persuna fil-produzzjonijiet tagħha. U dan ifisser ħafna meta wieħed iħares lejn l-opportunitajiet ikkreati mill- lokal għal-lokali. Amadeo u Michael il- kreaturi ta' din id-'Dar' L-oriġini ta' dan il-grupp tmur lura għal ħbiberija bejn tnejn li kienet tidher ferm improbabbli. Ħbiberija bejn filmmaker dilettant li f 'kull xena jara storja, u tabib li kellu pinna tajba. Amadeo ġie introdott għall-films fuq is-sett ta' The Odyssey' meta ta' ħames snin kellu mument fuq l-iskrin ma' Odysseus (Armand Assante). Trabba fil-qalba tar-Rabat, fi żmien meta l-produzzjonijiet f 'Għawdex kienu bdew jieħdu l-ħajja. Beda jistudja 'Design, Art u Creative Media Production'. Waqt l-istudji tiegħu beda jaħdem fl-industrija tal-films għal rasu fejn beda jidderieġi films żgħar u 'music videos'. Michael, ispirat mix- xogħol ta' Bernard Cornwell u Jack London, fl-età ta' 10 snin, ipprova jippublika novella qasira dwar tfajjel f 'Malta fil-bidu tas-seklu għoxrin, iżda fallielu. Hu kompla jikteb, u tul l-adolexxenza, kiteb u pproduċa tliet drammi għal fuq il-palk. Iktar tard, niżel Malta biex isegwi studji xjentifiċi, iżda fl-istess waqt beda jieħu interess fil-letteratura moderna, wara li kien waqaf mill-kitba għal xi snin. Fl-2012 reġa ngħaqad ma' Amadeo biex jipprova jagħti l-ħajja lil script li kiteb u flimkien bdew jesperimentaw b'xi xeni, joperaw fil-lokal b'makkinarju bażiku, bi 'crew' miġbur mill-kittieb. Dan l-esperiment ħa xhur sħaħ u x-xogħol kollu li beda jinħema, ftit jew ħadd ma kien jaf bih sa ma lejn tmiem is-sena 2013, bi ftit jew xejn finanzi, imma b'ħafna enerġija mis- settur żagħżugħ lokali, iddeċidew li jidħlu fix-xena filmografika bi stil uniku. Three Generations Down: Produzzjoni li fiha ħadu sehem 'il fuq minn 300 Għawdxi Għall-ewwel produzzjoni, taħt isem l-istess Dar, it-Teatru Astra fiċ-ċentru tar-Rabat ġie mibdul f 'Bank Ingliż u Triq ir- Repubblika inbidlet għal żmien l-imgħoddi fejn karrozzi 'vintage' imlew it-toroq Għawdxin u l-kwiet Għawdxi ġie mibdul f 'ġiri sfrenat ta' karrozzi, sparar u storbju allarmanti, għal dik li suppost kienet serqa minn bank. Din ix-xena li kellha bżonn jumejn biex tinġibed involviet madwar 300 persuna b'Manwel Xuereb u Melvin Calleja jdumu jippreparaw il- produzzjoni tax-xena 'l fuq minn għaxar ġimgħat, taħt id-direzzjoni ta' Michael Tabone. L-iskala tal- produzzjoni kibret immens u diversi żgħażagħ kreattivi Għawdxin ingħaqdu f 'din il-produzzjoni. Il-pubbliċità enormi li ħadet din il-produzzjoni fil-jiem ta' wara, wassal għal ħafna antiċipazzjoni għat- tmiem ta' dan il-proġett. Madankollu, silenzju ta' xhur sħaħ segwa dak is-sajf Xena mill-produzzjoni bl-istess isem (TGD) Ritratt: Marie Clare Grima Yelena Ruvinov, karattru mill- istess produzzjoni interpretata mill-attrici Julia Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016