Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 | illum 13 Ghawdex FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA Nifs ġdid għall-filmografija lokali vibranti min-naħa ta' din il-produzzjoni. Iktar tard, is-sit elettroniku ħa l-ħajja b'materjal relatat mal- istess produzzjoni li kien jinkludi lill-attriċi Taljana Elena Nicastro li ħadmet f ''Distretto di Polizia', 'Carabinieri', 'Agata' u 'la Tempesta' fost l-oħrajn, l-attur veteran Rob Ricards li ħadem f ' 'The Great Siege', 'Roman Mysteries', 'Blackbeard', u l-attriċi lokali Julia Camilleri b'sehem f ''The Dream', 'Alice's Adventures Underground', 'The Death of Snow White'. Iżda dan kollu xorta ma kienx qed jagħti indikazzjoni lejn fejn trid tmur din id-dar tal-produzzjoni. Għalkemm din l-affari qatt ma ġiet diskussa u Għawdex hi gżira ċkejkna, l-opinjoni pubblika kienet li l-produzzjoni kien spiċċalha s-sapport privat f 'dak li hu finanzi u t-tieni fażi tal-produzzjoni qatt ma ġiet realizzata. Iżda apparti dan kollu, din il-qalb ċkejkna xorta kellha r-riżorsi li tkompli tipproduċi biċċiet ta' kwalità minn żmien għal żmien. Fl-istess sena, inħadem film qasir psikoloġiku ta' tifla ta' 12-il sena. Iktar tard ipproduċew reklam għall- MTA. Dan il-grupp kellu momentarjament, jagħlaq il-bibien tiegħu f 'nofs l-2014 fejn diversi membri tat-tim kienu nvoluti fil-produzzjoni ta' Jolie-Pitt By The Sea. Kmieni s-sena li għaddiet, il-klikka artistika nedew dak li jidher li hu bażi għal dokumentarju u mill- ftit li diġà ħareġ online, qed jidher li se jinvolvu ġenerazzjonijiet hafna akbar minn dak li s-soltu naraw fil-produzzjonijiet tagħhom, b'Galea, Calleja, u Xuereb minn ta' quddiem f 'dik li hi produzzjoni. L-għada tal-Milied tnieda film qasir ta' sitt minuti 'Season's Greetings from Gozo'. Film li jsegwi ġurnata f 'ħajja ta' student tal-iskola fil-gżira t'Għawdex, li jintemm b'laqta romantika. Produzzjoni li fiha rat għexieren ta' adolexxenti li ġew esposti għall-midja għall-ewwel darba. Kienet produzzjoni li tat nifs ġdid għall-mod kif is-soltu jiġi reklamat Għawdex, fejn issa drajna li din il-gżira dejjem tiġi rreklamata fl-istagun sajfi b'kantaliena tal-istess erba' rkejjen, u f 'dan ir- reklam, Three Generations Down urew il-ġmiel ta' Għawdex fil-ħarifa. Minkejja li ġew rifjutati fondi fl-għejun tax-xogħol tagħhom, kemm mill- Ministeru għal Għawdex, kif ukoll mill-Kummissjoni tal-Films Maltija, xejn ma jidher li qed iżomm lil dawn milli jkomplu joperaw u mill-iżvilupp li rajna riċentament, jidher li hemm xi sorpriżi lesti għal din is- sena, li naturalment aħna se nkomplu nsegwu. L-informazzjoni kollha ttieħdet mir-riċensjoni mibgħuta mill-korrispondent Ingliż Cedric Allaby. "Irreklamaw lil Għawdex fil- ħarifa u mhux bix-xenarji tas- soltu erba' rkejjen fis-sajf " Is-set artistiku li nbena gewwa t-Teatru Astra f 'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016