Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 | illum 15 Opinjoni Ir-Riforma fil-Lands J ien kont waħda minn dawk li ilni nappella biex fid-dipartiment tal-Lands issir riforma mill-qiegħ. Kulħadd kien jaf x'kien qed isir f 'dak id- dipartiment u kulħadd jaf kif mis-sittinijiet, ħafna impjegati stagħnew għax kienu jixtru raba' li kienu jafu minn qabel li se tkun se tinfetaħ triq fiha jew isir żvilupp. Bħalma kulħadd kien jaf li jekk persuna tmur biex tinqeda', ma tinqediex, iżda jekk tkun taf minn fejn għandha tgħaddi, tinqeda'. Infakkru li fil-berġa tal- Baviera kien hemm id- Dipartiment tal-Lands u d-Dipartiment tal-Uffiċċju konġunt. Dan tal-aħħar jieħu ħsieb l-art li tkun għaddiet għand il-Gvern mingħand il- Knisja, u tal-ewwel jieħu ħsieb (suppost) l-art u l-proprjetà li għandu l-Gvern. Jien naf kif jaħdem id-dipartiment tal- Lands għax meta kont għadni naħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, kienu jibagħtuni naħdem il-Lands biex ngħin avukat li kulħadd jaf kemm kellu fama li huwa għażżien, u li l-Gvern Nazzjonalista biss kellu l-ħila jeħles minnu. Issa li faqqgħet il-bomba u fl-aħħar għandna Gvern li qalilna li se jagħmel riforma mill-qiegħ f 'dan id-dipartiment, nieħu din l-opportunità biex nagħmel is-suġġerimenti tiegħi, għalkemm inqerr magħkom li jiddispjaċini ħafna, u bħali oħrajn, kif dejjem l-istess nies qed jiġu konsultati donnu li l-kejk qed jerġa' jinqasam mal-istess nies. Iżda dan mhux is-suġġett tal-lum. L-ewwel ma jrid isir skont jien, huwa li l-avukati tal- Lands jingħataw il-files tal- kawżi. Huma għandhom juru daqsxejn ħeġġa u jagħmlu lista tal-files li għandhom bżonn u mhux jiġu l-Qorti bi skuża komda li files m'għandhomx, u għalhekk jitolbu diferimenti, u erħilek tisma' t-tgergir tan-nies li jkollhom raġun. It-tieni, id-dipartiment tal- Lands irid jinqasam f 'diversi friegħi. Dak tal-qbiela jrid ikun għalih, u għandu jsir rendikont ta' x'raba' għandu l-Gvern bi qbiela u jekk għadux iż-żmien li dan ir-raba' jibqa' b'ċens perpetwu għax min imur il-Lands jirrikonoxxi lil persuna jew persuni li qed jaqblu l-aħwa dwarha. It-taqsima tal-qbiela għandu jkollha taqsima għaliha ta' infurzar, u mhux issib min bena f 'din ir-raba' u ħadd ma jagħti kas, u min lanqas iħallas qbiela u ħadd qatt ma jibgħat għalih. Ma nistax nifhem kif ikollok klijent li ma jirranġax fuq il-qbiela mal-Lands, u wara jiġi jgħidlek li kellem lil xi ħadd u rranġa. Kulħadd għandu jiġi trattat l-istess. Hemm it-taqsima tal-art li għadha fil-pussess tal-Gvern, liema Gvern lanqas biss jaf x'għandu. Dan proċess li beda biss ftit ta' snin ilu, u għaddej bil-mod wisq, u jekk hemm bżonn li jiġu ingaġġati nies minn barra, anke b'mod temporanju biex dan il-proċess jitħaffef, għaliex le? Sakemm il-Gvern ma jkollux qafas tajjeb, ċoè li jkun jaf liema hija l-art pubblika, ma jistgħux jinbnew pedamenti sodi. Wara l-inventarju, għandu wiehed jara kemm għandu kirjiet u ċnus x'jiġbor il-Gvern, u jekk dawn il-postijiet humiex qed jitmexxew skont il-liġi. Infakkru li l-Lands għadha tiġbor kirjiet ta' postijiet ukoll, u qajla tara jekk dawn hux qed jintużaw mill-inkwilin. Ma nafx għaliex din ir- responsabbiltà ma tassumihiex l-Awtorità tad-Djar, għalkemm anke din lanqas taf x'laqatha għax qatt ma tagħmel inventarju tal-postijiet li għandha magħha u x'sar minnhom dawn il-postijiet. Dan l-aħħar, ġew xi nies ikellmuni li wara tletin sena, tal-Lands skoprew li l-ilma tal- komun ta' blokka flats tgħajjat lil-Lands, u għalhekk l-Arms jibagħtu l-kont lil-Lands, liema kont qatt ma tħallas. Jien ma nafx min suppost iħallsu, jekk hux l-inkwilini u s-sidien tal-blokka jew il-Lands, iżda issa wara dawn is-snin kollha bagħtulhom il-kont tal-Arms ta' xi tletin sena b'lura biex iħallsuh. Dan biex nurikom it-traskuraġni grassa li kien hemm f 'dak id-dipartiment, fejn ħadd mhu responsabbli u fejn xejn mhu xejn. Il-proċedura tat-tenders ukoll trid tinbidel, u min għandu tender li ngħalaqlu, fit-tender il-ġdid għandu jigi pubblikat kemm kienet l-aħħar offerta sabiex kulħadd ikun jaf minn fejn irid jitlaq. Dan l-aħħar qed naraw tenders tal-Lands u uffiċċju konġunt qishom ħaġa waħda. Jien ma naqbilx li dawn għandhom jitqiesu bħala dipartiment wieħed, għalkemm ir-regoli jistgħu jkunu l-istess. Bħalma lanqas naqbel li l-files ta' dawn it- tenders għandhom jitħallew jitperrċu biex min hu fortunat li jaf xi ħadd minn hemm ġew, ikun jista' jġib informazzjoni dwar b'kemm sar it-tender, u dawk li ma jafu lil ħadd, jibqgħu dejjem l-art. Għax oħroġ il-għaġeb, ċertu nies għandhom xorti tajba wisq f 'dawn it-tenders u ssibhom jieħdu għal biċċa art, waħda tnejn u iżjed. Taqsima oħra li għandu jkun hemm, hija dwar ċnus temporanji li għandu l-Gvern u li m'għandux jibqa' jistenna l-elezzjoni biex joħroġ xi skema biex dan jiġi mifdi, kif lanqas għandu jibqa' jħalli n-nies li għandhom il-flus lesti jistennew snin twal biex jifdu ċ-ċens tagħhom. Din hija taqsima li bil-flus li ddaħħal, tista' tmexxi lilha nnifisha u tista' ddaħħal nutara magħha b''retainer' ħalli jitħaffef ix-xogħol u l-Gvern idaħħal il-flus li għandu jdaħħal meta dan huwa każ fejn in-nies iridu jħallsu lill-Gvern u l-Gvern jibqa' jinki biex jiġbor dawn il-flus. Anke dawn iċ- ċnus temporanji m'għandniex nistennew xi elezzjoni biex toħroġ xi skema ta' fidi ta' ċens iżda għandha tinħareġ ordni li kulħadd jista' jifdi dan iċ-ċens. Taqsima oħra hija dik tal-esproprjazzjoni u tal-ħlas tal-esproprjazzjoni. Għandha ssir riforma mil-qiegħ f 'din it-taqsima, – l-ewwel dwar il-valutazzjonijiet kif isiru, għax kif rajna, dan il-famuż perit Spiteri wasal biex waqqa' lill-Onorevoli Michael Falzon minn Segretarju Parlamentari u hu għadu gallarija, u hawnekk ma nafx kif ma jistax isir 'zoning' biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet. Imbagħad, dwar il-mod kif issir l-esproprjazzjoni biex il-każ tal-pixxina nazzjonali ma jerġax jirrepeti ruħu u jinqatgħu l-abbużi li l-Gvern jidħol fl-art privata mingħajr ma ssir l-esproprjazzjoni. U t-tielet, li ħadd ma jaqbeż lil ħadd u mhux għax tkun tiflaħ timxi u għax ma tkunx tiflaħ tibqa' l-art biex tieħu l-kumpens li ħaqqek. Fl-aħħar, issir riforma mill- qiegħ tal-liġi dwar il-kumpens tal-art dik li nafuha bħala l-land arbitration act sabiex ħafna tbatija żejda tinqata' meta l-valutazzjonijiet isiru kif suppost, u mhux kif irid il-Gvern tal-ġurnata. Għandu jitneħħa darba għal dejjem id- dritt li għandu l-Gvern li jikri l-art minflok jixtriha, meta din l-art tkun ilha li twaqqgħet mill-istess Gvern biex tgħaddi t-triq. Fis-sena 2009, il-klijent ressaq proċeduri quddiem il-Bord ta' Arbitraġġ dwar Artijiet u talab li jigi applikat l-artikolu 19(a) tal-Kap 88 li permezz tiegħu, meta art tkun ittieħdet bħala 'possession and use' għal aktar minn 10 snin, il-Bord jordna lill-Gvern jixtri, u mhux b'dominju pubbliku. Ħa nagħti eżempju biex anke jekk taqra dan l-artiklu Deborah Schembri li ħadet post Michael Falzon, tkun taf x'qed ngħid. Qed nikwotalha r-referenza tal-Lands bil- permess tal-klijenti tiegħi. (ref: Lands 474/74/11) Djar meħudin mill-Gvern fis- sena 1974, aktar minn 40 sena ilu, twaqqgħu biex il-Gvern fetaħ il-bypass tas-Siggiewi, u bil-wiċċ tost kollu, l-esproprijazzjoni saret b'dominju pubbliku jigifieri b'kera, u din il-kera hija ta' €18 fis-sena. Issa l-anomalija qiegħda hawn: kieku l-Gvern ha l-art b''possession and use', l-artiklu 19(a) tal-Kap 88 jawtorizza lill-klijent biex jordna lill-Gvern jixtriha iżda talli ħadha b'dominju pubbliku, dawn in-nies ikollhom imorru quddiem il-bord u jistennew snin, jappellaw jekk il-bord jibqa' jgħid li ser jobdi lill- Kap 88 u mhux lill-Qorti Kostituzzjonali li digà qalet li dan huwa ksur tad-dritt ta' proprjetà, jistennew tliet snin oħra biex jinstema' l-appell, u wara jmorru kawża kostituzzjonali. U dan kollu għax kien hemm xi kiesaħ li ddeċieda li l-art għandha tittieħed b'dominju pubbliku. Jien waħda minn dawk li jemmnu li d-dominju pubbliku u l-'possessession and use' għandhom jinqatgħu mil-liġi tagħna u l-Gvern jew jixtri, jew ma jesproprijax. Fl-aħħar qżiżata oħra li kien qed jagħmel il-Lands, kien qed jappella għal xejn biex jigwadanja tliet snin għax skonthom ma kienx hemm flus. U ma ninsewx lil Għawdex, għax hemm ħafna mill-proprjetà tal-Knisja li qed jeħodha l-privat bil- preskrizzjoni. Dawn huma kollha abbużi li għandhom jinqatgħu minnufih! anna mallia "Kulħadd jaf kif mis-sittinijiet, ħafna impjegati stagħnew għax kienu jixtru raba' li kienu jafu minn qabel li se tkun se tinfetaħ triq fiha jew isir żvilupp"