Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 | illum 19 Editorjal ILLUM, MedIaToday LTd, VjaL Ir-rIĦan, San Ġwann SĠn 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Le għal ODZ dejjem, u le għal MEPA mixtrija* I l-Ħamis, u l-kap tal-oppożizzjoni Dr Simon Busuttil tkellem fil- laqgħa tal-Malta Developer's Association fil-preżenza ta' Sandro Chetcuti u żviluppaturi oħra. Hu qal li l-Partit Nazzjonalista qed iħejji gwidi ġodda biex jippermetti żvilupp f 'ODZ. Busuttil kien ċar meta qal li dan kellu jsir f 'każijiet eċċezzjonali biss. Il-kelma eċċezzjonali hija diffiċli ħafna tifhem x'inhi. Bħas-soltu, it-timing tad-diskors ta' Busuttil huwa stramb. Matul dawn l-aħħar 30 sena, il- każijiet eċċezzjonali kienu bosta u xejn rari. Skejjel privati ġodda, lukandi u bini turistiku, sptarjiet, żviluppi industrijali, farms u ovvjament vilel. Dawn l-eċċezzjonijiet kienu bħalma jgħid l-Ingliż, 'the order of the day'. Simon Busuttil huwa taħt pressjoni kbira biex jersaq u jifhem ftit il- komunità tal-kostruzzjoni li għal żmien twil kienu sostenituri kbar għall-PN. Tant kien hekk, li l-MEPA għamlet minn kollox biex taqdi dawn l-interessi f 'dawn l-aħħar snin. Ħarsa lura lejn l-permessi mill-1992, (meta twaqqfet l-MEPA) 'l hawn kien hemm attentati ripetuti biex jinħarġu permessi f 'partijiet barra miż-żona tal-iżvilupp. Jekk ikun hemm bżonn, nistgħu nsemmu dawn l-eżempji. Għalhekk, id-diskors ta' Busuttil iqajjem aktar mistoqsijiet milli risposti. U jkun xieraq li l-Front Ħarsien ODZ jesprimi opinjoni dwar l-istqarrija ta' Busuttil. U wara kummentarju fuq Busuttil, induru fuq il-MEPA. Meta ngħidu li hija mixtrija*, ngħidu dan mhux ibbażat fuq xi fatt li hija korrotta. Le, ngħidu hekk għax nemmnu li b'mod metaforiku, il-MEPA għandha pożizzjoni politika favur l-iżvilupp. Biegħet ruħha f 'din l-aħħar sena. B'mod skwilibrat ngħid li anzi qiegħda hemm biex taqdi l-iżvilupp tal-bini. U dan jidher ċar mill-ħafna deċiżjonijiet tal-MEPA. Kieku ma kienx hekk, kieku l-MEPA ma kinitx tieħu pożizzjoni favur il- barriera ta' Wied Moqbol (fejn hemm kolonji taċ- ċief ), ma kienx jippreżenta proposti biex l-għoli fuq djar tax-xjuħ jiżdied bi tnejn. Kieku ma kienx jipproponi minn fejn tista' tgħaddi biex tibni fil- kampanja. Hemm atteġġjament arroganti kontra l-ambjent u l-ebda rispett għar-risors tal-art. Qisu kull deċiżjoni li tittieħed favur l-ambjent, issir biex tikkuntenta l-iskuntentezza tal- ambjentalisti mhux għax il-MEPA verament temmen fil-bżonn li nħarsu l-kampanja u l-kosta. Bejn il-politika ambjentali dwar l-ODZ xejn ċar ta' , u l-politika pro-żvilupp tal-MEPA u dik tal-gvern ta' Muscat li huwa favur l-iżvilupp, fadlilna ħafna biex ikollna politika sana dwar l-iżvilupp. Il-ħatra ta' Toni Abela Il-ħatra tal-avukat Toni Abela bħala awditur fil- Qorti Ewropea tal-Awdituri hija notevoli. Kien kittieb regolari u mill-bidu nett fil-gazzetta ILLUM, u llum, Abela jistenna li jieħu din il-pożizzjoni b'ċertu orgolju. U aħna ċerti li se jagħmel xogħol mill-aħjar. Toni Abela kien ħassieb xellugi li ċertament kien importanti għall-politika Laburista. Inkredibbilment, il- ħatra tal-maġistrati hija intrinsikament marbuta ma' din il-ħatra. Ma tridx tkun għaref biex tara għalfejn. Jidher li din il-kariga li ġiet offruta lil Abela mill-Prim Ministru Joseph Muscat kienet mixtieqa minn persuni oħra. Persuni li fil-fehma tagħna, ma kinux denji għal dan il-post. U jidher li parti mir-raġuni tal-ħatra tista' tkun marbuta ma' dan kollu. editur: albert Gauci Cunningham