Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 | illum 21 TELEVIXIN Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Tħassib fuq it-Tarzna Palumbo Residenti, Raħal Ġdid Kif hawn bosta persuni li semgħu fuq mezzi tax- xandir u dawk pubblikati bħalissa, grazzi għas- Sinjura Spiteri li ħadet azzjoni f 'isem il-membri tas-Senglea Residents Association u anke pressure groups bħal fAA qed jittieħdu passi legali fil- konfront ta; Palumbo wara li dawn il-jiem, intensifika l-istorbju relatat max- xogħol li qed isir f 'din it-tarzna partikolari. Min-naħa tiegħi, qed nikteb għan-nom ta' dawk li joqgħodu ġewwa Raħal Ġdid speċjalment in-naħa ta' Għajn Dwieli u Wied Blandun bħala vittmi ta' din l-istess Tarzna fejn qed ikollna l-istess problemi ta' storbju u ħmieġ. Fil- passat, diġà kienet qamel polemika li jet jintrema trab tas-'sand blasting' iswed viċin tat-Tarzna, imma dan il-każ kien sieket. Issa, din id-darba wara li wasalna f 'estremità li intraprenditur għax għandu l-flus marrad ir-residenti tal-madwar u ħammeġ kemm felaħ, biex xi ħadd bħas-Sinjura Spiteri u s-Senglea Residents' Association ħadu passi u li minn hawn, nixtieq nawguralhom sabiex iġibu r-riżultati mixtieqa. Fuq riċerka ħafifa f 'ġurnali Taljani, il-kumpanija Palumbo kellha diversi każijiet kriminali marbuta ma' tniġġiż tal-ambjent viċin fejn dawn għandhom it-Tarzniet tagħhom u li għalihom kellha membri għolja tal-kumpanija arrestati għax instabu ħatja mill-Qorti. Wieħed minn dawn il-każijiet imur lura għall-2013. Fuq dan il- każ, wieħed huwa ta' min jitħasseb għall-mod ta' kif din il-kumpanija qed taħdem u tarmi l-iskart marbut ma' din l-industrija fejn dawn urew biċ-ċar li lanqas ma jirrispettaw lir- residenti tal-madwar fejn għandu x'jaqsam l-istorbju. Però, kemm nafu xi ħsara jistgħu dawn qed jikkawżaw fl-ambjent meta studji mhux qed jissemmew? Fl-aħħar nett, nixtieq nappella lill-Awtoritajiet biex ikun hemm iktar monitoraġġ kemm fuq affarijiet bħalma huma storbju kif ukoll l-ambjent in ġenerali. Ma ninsewx li meta wieħed jitlef l-ambjent li jgħix fih, dan ma jġibux lura! Min-naħa l-oħra, inħeġġeġ biex aktar residenti jieħdu pożizzjoni favur l-ambjent bi ħġarhom u għall-ġid tagħhom u ta' uliedhom. Titjib gradwali f 'tal-linja J. Bonett Balzan, Balluta Min jgħid li konna aħjar meta konna agħar bix- xarabanks, ma jafx x'inhu jgħid. Waqt li jiena ma noqgħodx lura u nikkritika, m'iniex xi wieħed li mmaqdar, għax l-interess tiegħi hu li nieħu servizz imtejjeb. Jiena li kont nagħmel medja ta' erba' sigħat kuljum, ħamest ijiem fil- ġimgħa fuq ix-xarabanks, naf minn liema martirju konna ngħaddu. Xufiera jieħdu t-te fit-terminus tal-Belt, u jitilgħu biex jibdew jaqtgħu l-biljetti x'ħin ikunu komdi u mhux minuti qabel ma suppost jitilqu minn Putirjal. Xufiera jieqfu nofs triq, iniżżlu l-passiġġiera x-Xemxija fit-triq lejn iċ-Ċirkewwa għax jgħidu li għandhom il-ħsara u kif jinżel l-aħħar passiġġier, jerħulha qisu minn dak li qalu dwar il-ħsara u mhux ħsara ma jkun hemm xejn, għax dik tkun skuża biex jiefqu kmieni mix- xogħol. Xufiera jaslu l-Marfa, jaraw il-vapur qed jistenna u b'inkejja, jibdew isuqu bil- mod, bil-kemm jitħarrku biex itellfu l-vapur lill-Għawxin wara ġurnata xogħol. Xufiera li jkun imisshom l-aħħar vjaġġ, ma jagħmluhx, u jħallu lil dak li jkun biex idabbar rasu jew b'xi taxi, jew imur lura l-flat jew jikri kamra f 'lukanda. Biex ngħid kollox, kien hemm ħafna xufiera sura ta' nies, iżda t-togħma morra tal-'gangsters tat-triq' konvenjentement, ħafna jinsuha. X'differenza ma' numru ta' sewwieqa li għax kienu sidien, kienu jqisu lilna l-passiġġieri li nagħtuhom l-għijxien ta' kuljum, qisna dud tal-art. Imbagħad, xi ngħidu għall-mod sgarbat kif kienu jilbsu? Jew kemm kien jżommu iżjed jew jagħtu bqija inqas? U dawk il-vetturi ta' wara l-gwerra tirkeb fuqhom, kont qisek qed tagħmel l-aerobics. U kemm inċidenti li ħallew nies mejta u b'diżabilità, tant li l-ebda kumpanija tal- assikurazzjoni ma riedet tidħol għar-riskju u kellu jindaħal l-istat biex iġiegħel lill- kumpanija tal-assikurazzjoni kollha flimkien jidħlu għar- riskju. Dan biss hu dak li l-bniedem komuni jesperjenza mill- atteġjament spiss qisu tal-'Wild West' u min jaf kemm kien hemm iżjed punti negattivi li jafuhom min kien iżjed intiż. La tkun vittma, tkun taf x'jiġifieri kif inċident tat- traffiku mhux biss jaħsad il-ħajja tal-vittma imma wkoll imarrad lil ommu sa ma jwassalha sal-qabar. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT