Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 | illum 27 SportSillum minn Cristian Antony Muscat Balzan ...................... 1 Birkirkara ................. 0 Il-mIdfIelder offensiv ta' Birkirkarana, lydon micallef, ikkastiga lil Birkirkara meta gowl tiegħu f 'nofs it-tieni taqsima ta rebħa minima iżda meritata ta' 1-0 lil Balzan fuq Birkirkara. din ir-rebħa poġġiet lit- tim immexxi mill-kowċ Oliver Spiteri fit-tielet post, b'punti ndaqs daqs Birkirkara, jiġifieri 42 punt. Tajjeb ngħidu li din kienet il-ħames rebħa konsekuttiva għal Balzan, u l-ewwel telfa għal Birkirkara wara sitt riżultati pożittivi. Balzan kellhom lil Ryan Fenech nieqes, waqt li għal Birkirkara, neqsin kienu ż-żewġ plejers Ryan Scicluna u Edward Herrera, minħabba li għadhom qed jirkupraw minn injury. Għalihom iddebutta l-attakkant mis-Senegal, L'Imam Seydi. Rimarkabbli huwa l-fatt li għal Balzan, wara diversi xhur nieqes minħabba li kien qed isofri minn injury serja fl-għaksa, irritorna għalihom l-attakkant Montenegrin, Bojan Kaljevic, li iżda ma ġiex inkluż mill-kowċ Oliver Spiteri, u kien biss fuq il- bank bħala sostitut. Balzan kienu l-aħjar tim tul id-90 minuta u ddominaw lill-avversarji tagħhom tul il-konfront kollu, iżda rnexxielhom isibu x-xibka biss fl-64 minuta, grazzi għal xutt angulat mil-lemin ta' Lydon Micallef, li rċieva l-ballun mingħand Pedro Dos Santos Calcado, qabel għeleb lill-goalkeeper Kroat ta' Birkirkara, Miroslav Kopric. Balzan - Janjusevic, Grioli, P. Fenech, Bezzina, Arab, Effiong, Calcado (Vujacic 87'), Micallef (Sciberras 78'), Grima, Da Silva Souza (Brincat 85'), Serrano Valero Birkirkara - Kopric, Attard, Latini Mazzetti, Vukanac, Sciberras, Andelkovic (Agius 72'), Guillaumier (Darmanin 58'), Bilbao Zarate, Camenzuli, Mujanovic (Zammit 83'), Seydi Referi - Trustin Farrugia Cann ALAN DA SILVA SOUZA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax- Xahar għal Jannar li għadda. Ħalla impatt immedjat fuq il-Kampjonat BOV Premier League wara li ffirma ma' Balzan fil-bidu ta' Jannar. Għen lil Valletta jirbħu t-22 titlu tagħhom żewġ staġuni ilu. Lydon Micallef jikkastiga lil Birkirkara Ritratt - Ray Attard Ritratt - BOV Dwell fl-arja bejn Edison David Bilbao Zarate u plejer ta' Balzan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016