Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
28 illum Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 Sports minn Cristian Antony Muscat Hibernians .................. 2 Sliema W ..................... 1 Hibernians komplew ikabbru l-problemi ta' sliema Wanderers, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam mal-pożizzjoni tal-blues fil-klassifika, meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu wieħed f 'kull taqsima minn andrei agius u bjorn Kristensen rispettivament. B'hekk, il-Pawlisti komplew iżommu l-pass mat-timijiet ta' fuq, hekk kif jinsabu tliet punti biss wara Valletta, waqt li fetħu vantaġġ ta' ħames punti fuq iż-żewġ timijiet li jinsabu fit-tielet post b'punti ndaqs, Birkirkara u Balzan. Għall-Wanderers, din kienet ir-raba' telfa konsekuttiva li ħalliethom fit-tmien post, b'punti ndaqs daqs Pembroke Athleta, jiġifieri 24 punt. Hibernians kellhom lil Clayton Failla u Rui da Gracia Gomes neqsin minħabba li għadhom qed jirkupraw minn injury, waqt li Jonathan Pearson u Gilmar da Silva Ribeiro kienu sospiżi għalihom. Huma laqgħu lura lil Diosdado Mbele, Andrei Agius u Marcelo Dias, wara li servew sospensjoni, waqt li Edison Luis dos Santos beda l-logħba mal-ewwel 11 għall-ewwel darba matul dan l-istaġun. Min-naħa l-oħra, għal Sliema Wanderers iddebuttaw l-erba' akkwisti ġodda, Njongo Priso, Jean Paul Farrugia, Denni Rocha dos Santos u Shola Shodiya Haruna, b'dawn it-tnejn tal-aħħar jiġu nklużi bħala sostituti. Huma kellhom lil Stefano Bianciardi sospiż, waqt li Saviour Fidelis, kien nieqes għalihom minħabba li għadu qed jirkupra minn injury. Il-Pawlisti irnexxielhom jiftħu l-iskor tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, meta minn freekick ta' Andrew Cohen, Andrei Agius antiċipa lill-goalkeeper żagħżugħ Timothy Aquilina permezz ta' daqqa ta' ras b'lura, bil-ballun jintemm fix-xibka. Il-Wanderes ġabu l-iskor indaqs fis-66 minuta, meta wara li rċieva minn kross mil-lemin, Jean Paul Farrugia, mill-viċin tefa' l-ballun ġewwa, biex b'hekk irnexxielu jsib ix-xibka propju fid-debutt tiegħu mal-Wanderers kontra l-eks tim tiegħu, Hibernians. Iżda kellhom ikunu l-Pawlisti li jiskorjaw il-gowl tar-rebħa fit-73 minuta, meta wara li rċieva minn freekick fit-tul, Bjorn Kristensen għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun wara l-goalkeeper tal-Wanderers, Timothy Aquilina. Hibernians - Borg, Lima, Soares, Dias, Cohen (Degabriele 70'), Kristensen, Mbele Mangue Mba, Agius, Dos Santos, Mbong, Santos Silva (Scerri 84') Sliema W. - Aquilina, A. Muscat, Friggieri (Shola Shodiya Haruna 79'), Scerri, Priso, Gatt Baldacchino, Potezica, Bezzina, Muir, Farrugia, Dimech (Rocha dos Santos 57') Referi - Mario Apap BJORN KRISTENSEN Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fil-5 ta' April 1993 f'Wied il-Għajn. Skorja t-tieni gowl li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għal Hibernians f'dan il-konfront. Jista' jiġi deskritt bħala mutur f'nofs il-grawnd kemm għal Hibernians kif ukoll għat-tim nazzjonali Malti. Huwa midfielder komplet fejn it-tqassim tal-ballun eċċellenti tiegħu kif ukoll ix-xamma għal gowl jiddistingwuh minn plejers oħra, fosthom dawk ta' età ikbar minnu. Rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-futbol Malti, fosthom il-Kampjonat Premier, l-FA Trophy u s-Super Cup ma' Hibernians. Rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-MFA għal tliet darbiet. Hibernians ikomplu jkabbru l-problemi ta' Sliema Wanderers Ritratt - Ray Attard Edison Luis Dos Santos jikkontrolla l-ballun segwit minn plejer ta' Sliema Wanderers Ritratt - Chris Mangion