Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 | illum 31 Sports Jiddominaw il-Motocross l-aħwa Muscat, u Galea jirbaħ l-Autocross Nhar il-Ħadd li għadda, l-assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat is-sitt programm bl-autocross u t-tieni tal-Motocross mill- Kampjonati aSMK Pasta Poiatti 2015/2016. Matul il-ġurnata impenjattiva rreġistraw 46 kompetitur bejn muturi u karozzi. Ħarsa lejn il-ġurnata fejn fl-Autocross rajna żewġ klassijiet. F'dik tal-'Autocross Modified' rajna lil JeanPaul Grech fuq Peugeot 106, Gordon Johnson fuq Opel Corsa u Godfrey Gauci fuq Ford Fiesta jiddominaw il-heats kollha tal-ġurnata fejn kull kompetitur kellu żewġ rebħiet minn tlieta biex issiġillaw posthom fil- finali Klassi A. Magħhom ikkwalifikaw Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Josef Grech fuq Ford Fiesta u Josef Abela fuq Opel Nova. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Galea u l-aħwa Grech jagħmlu ħruġ tajjeb b'Galea jieħu t-tmun tal-finali segwit mill-aħwa Grech JeanPaul u Josef. L-attenzjoni marret fuq ir-raba' u l-ħames post okkupat minn Gauci u Johnson b'dan tal-aħħar kien qed jagħmel pressjoni fuq Gauci sakemm Gauci kellu jirtira minħabba ħsara mekkanika fir-rota ta' quddiem. Ir-riżultat finali spiċċa b'Galea jirbaħ il-finali segwit mill-aħwa Grech - JeanPaul fit-tieni u Josef jidħol fit-tielet post. Abela u Johnson daħlu fir-raba' u l-ħames post. Għall-finali ta' Klassi B ikkwalifikaw Matthew Borg u Keith Borg it-tnejn fuq Vauxhall Nova, Jurgen Mallia fuq Honda Civic, Ġużi Pace fuq Ford Escort, Joseph Micallef u Jonathan Camilleri it-tnejn fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħrug tajjeb minn Micallef u Camilleri b'Micallef jieħu it-tmun tal-finali quddiem Camilleri u Pace waqt li Kieth Borg fir-raba post beda jagħmel pressjoni fuq Pace sakemm fil-ħames dawra issuperah. Il-finali ta' 9 Laps spiċċat b'Micallef rebbieħ segwiet minn Camilleri u Keith Borg. Fir-raba' post spiċċa Pace filwaqt li Matthew Borg u Mallia rtiraw mill- finali minħabba ħsara teknika. Fil-Klassi Autocross Standard rajna start-line kompost minn Terence Azzopardi fuq Opel Corsa, Deane Farrugia, Melvin Buttigieg u Ian Fenech kollha fuq karozza Citroen AX u Traydon Bailey fuq Ford Ka. Mat-tluq ta' din il-finali, Azzopardi li kellu ħrug tajjeb ħa t-tmun tal-finali, mill- ewwel segwit minn Farrugia u Bailey. L-attenzjoni daret fuq Farrugia fejn bi żball żgħir min-naħa tiegħu spiċċa biex tilef pożizzjoni għal Bailey li kien isegwi warajh. Fix- xena daħal ukoll Fenech li sab l-ispazju u avvanza żewġ pożizzjonijiet. Il-finali spiċċat b'Azzopardi jirbaħ segwit minn Fenech u Farrugia waqt li fir-raba' post spiċċa Bailey u fil-ħames post spiċċa Buttigieg. Fil-Motocross, kellna ġurnata impenjattiva b'kompetituri Maltin kif ukoll Għawdxin jieħdu sehem. Fil-klassi A rajna taqtigħa interessanti bejn l-aħwa Muscat - Paul u Trevor, li ddominaw il-ġurnata. Fil-heats, Paul Muscat fuq mutur KTM rebaħ iż-żewġ heats segwit minn Clayton Camilleri ukoll fuq KTM. Fit-tieni heat, l-aħwa Muscat irnexxielhom jiddominaw it-tiġrija, b'Paul Muscat jirbaħ segwit minn ħuh Trevor Muscat fuq Honda. Ir-riżultat finali tal-ġurnata spiċċa b'Paul Muscat rebbieħ quddiem ħuh Trevor Muscat u Camilleri fit-tielet post. Fil-Motocross Klassi B, rajna numru sabiħ ta' Għawdxin li kkompetew u ddominaw din il-klassi. Fl-ewwel heat tal-ġurnata rajna lil Etienne Bigeni fuq mutur Kawasaki jirbaħ segwit minn Mario Cauchi fuq mutur Honda. Fit-tieni heat tal-ġurnata rajna lil Bigeni jibda tajjeb tant li għamel nofs it-tellieqa fuq quddiem, sakemm Cauchi rnexxielu joħodlu postu biex dan tal-aħħar spicca jirbaħ din it-tellieqa. Riżultat finali tal-ġurnata spiċċat b'Cauchi rebbieħ segwit minn Bigeni fit-tieni post u fit-tielet post daħal Joseph Bigeni fuq mutur Honda. Fil-Motocross Klassi Open rajna lil Paul Muscat fuq KTM jirbaħ din it-tigrija segwit minn Clayton Camilleri fuq KTM ukoll waqt li fit-tielet u r-raba' postijiet daħlu Edward Ciantar u Etienne Bigeni, it- tnejn fuq muturi Kawasaki. Intant, l-Assoċjazzjoni avzat li l-attivitajiet għax-xahar ta' Frar se jkunu, nhar il-Ħadd 14 ta' Frar b'tiġrija Enduro, is-Sibt 20 ta' Frar Dinner Presentation 2016, u fis-27 ta Frar, Autocross u Motocross. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni, www. asmk.org.mt jew, fil-paġni ta' Facebook A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email fuq info@ asmk.org.mt. Joseph Bigeni fuq Honda Ritratt: Mario Micallef 'Wara xahar wieqaf, qed naħdem ħafna biex nagħti l-100% ma' Pavia' - Rowen Muscat JeKK kien hemm isem ta' futboler Malti li għamel il-'headlines' b'mod kontinwu, fl-aħbarijiet sportivi u mhux biss matul Diċembru u Jannar, m'hemmx dubju li dan ma kien ta' ħadd ħlief dak ta' rowen Muscat. Dan hekk kif wara li huwa kien ħalla lil Birkirkara biex jingħaqad mat-tim li jimmilita fis-Serie B fl-Italja, ascoli, dan it-trasferiment sfaxxa minħabba li huwa m'għaddiex mit-test mediku, minħabba li kien qed isofri minn bronkite u ntbagħat lura Malta. Iżda l-istorja, fortunatament għal Rowen Muscat, ma ntemmitx hawn hekk kif wara, permezz ta' ħidma sfieqa mid-diriġenti kollha ta' Birkirkara, speċjalment mit-team manager Michael Valenzia, Rowen Muscat sab opportunità oħra tistennieh, din id-darba mat-tim li jimmilita fil- Lega Pro, dejjem fl-Italja, Pavia, fejn ingħaqad magħhom b'self sa tmiem l-istaġun, bl-għażla li jingħaqad magħhom b'mod permanenti matul is-sajf li ġej. Il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt ma' Rowen Muscat mal-bidu tal-esperjenza tiegħu ma' Pavia, dwar il-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida fil-karriera mill- aqwa tiegħu fil-futbol, ma' Pavia. Huwa qal li diġà beda jitħarreġ ma' Pavia, "fejn fl-ewwel tliet ijiem ħadmu fuqi personali biex nerġa' nġib il-fitness lura wara li għamilt xahar wieqaf għaliex kelli ġimagħtejn ta' vaganza ma' Birkirkara, u kelli ġimagħtejn oħra marid bid-deni, 'gastric flu' u bronkite u fil-jumejn l-oħra dħalt mat-tim normali fejn għadni qed naħdem ħafna biex nerġa' nikseb il-forma massima tiegħi u nagħti l-100% ma' Pavia. Bħala tim, bħalissa qegħdin fi stat li għandna ċans li niġu fl-ewwel erba' pożizzjonijiet tal- klassifika, biex imbagħad jintlagħbu l-playoffs għal kwalifikazzjoni fis-Serie B. Ovvjament, meta niġi lura fil-fiżika normali tiegħi kif kont qabel, irrid ngħin bis- sħiħ lil Pavia biex jilħqu dan it-tragward," temm jgħid Rowen Muscat. Bħalissa, Pavia jinsabu fis-seba' post ta' Girone A tal-Lega Pro, fejn jinsabu disa' punti taħt il-'leaders', Cittadella. Rowen Muscat huwa prodott ta' Birkirkara FC, u għamel id-debutt magħhom fil-Kampjonat BOV Premier lura fl- istaġun 2009/10. Fis-sajf tal- 2014, huwa ġie trasferit mal- klabb Ungeriż mill-ogħla diviżjoni, FC Dunaujvaros PASE, iżda huwa dam biss sitt xhur jilgħab ma' dan il-klabb minħabba li dan il-klabb ma setax iżommu għax kien hemm xi problemi finanzjarji serji fil-klabb. Rowen Muscat determinat li jirritorna fl-aqwa forma tiegħu ma' Pavia Calcio Ritratt - www.acpavia.com