Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
32 illum Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 Sports Il-quċċata tal-isport Malti fil-Kampjonati Minn fomm il-moħħ wara dan is-suċċess storiku, Karl Izzo (L-Ewwel Parti) Jekk kien hemm sport li ssemma' b'mod partikolari u għamel ħoss fl- aħbarijiet sportivi mhux biss matul ix-xahar li għadda, m'hemmx dubju li dan kien il-waterpolo. Dan hekk kif it-tim nazzjonali Malti tal- waterpolo għall-ewwel darba fl-istorja, ħa sehem fil-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo f 'Belgrad fis-Serbja, fejn spiċċa fil-15-il post, u b'hekk evita l-aħħar post, wara li fl-aħħar logħba għeleb lit-Turkija bl-iskor ta' 14-13 wara l-għoti tal- penalties, wara li l-iskor sal-ħin regolamentari kien dak ta' draw ta' 10- 10. Fattur storiku ieħor għall-waterpolo lokali li f 'dawn l-aħħar snin laħaq il-quċċata tal-isport lokali, kien dak li l-plejer Stevie Camilleri, li hu bla dubju wieħed mill-aqwa, jekk mhux l-aqwa plejer li qatt ipproduċa dan l-isport f 'pajjiżna, spiċċa l-aqwa skorer f 'dawn il- Kampjonati Ewropej b'21 gowl. U dan meta f 'dawn il-Kampjnati ħadu sehem uħud mill-aqwa plejers tal-waterpolo fid-dinja, fosthom dawk Serbi, Kroati, Montenegrini, Taljani, Spanjoli u Ungeriżi fost oħrajn - xi ħaġa li għandha tagħmel dan it-tragward personali li rnexxielu jikseb Camilleri, wieħed iktar rimarkabbli u ta' min ifaħħru. Ftit wara li t-tim nazzjonali tal-waterpolo rritorna minn Belgrad, din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-moħħ kemm wara dan is-suċċess storiku miksub mit-tim nazzjonali tal-waterpolo, kif ukoll wara l-avvanzi kbar li għamel il-waterpolo lokali tul dawn l-aħħar snin. Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-waterpolo, Karl Izzo, tana dawn il-kummenti dwar x'għadda minnu t-tim matul dawn il-Kampjonati Ewropej f 'Belgrad fis- Serbja, bejn l-10 u t-23 ta' Jannar li għadda, liema kampjonati se jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil-karriera tal-plejers li rrapreżentaw lil pajjiżna, mhux anqas lit-tliet plejers ferm żgħażagħ li rrapreżentaw lil Malta f 'dawn il-Kampjonati, jiġifieri Nicky Grixti, Ben Plumpton u Nicholas Bugelli. Izzo spjega kif, "Eżatt wara l-ġurnata tal- kwalifikazjoni storika li rnexxielna nirbħu hawn Malta fl-aħħar ta' Settembru, bdiet it-triq li kellha twassalna għall- Kampjonati Ewropej li kellhom isiru f 'Belgrad bejn l-10 u t-23 ta Jannar li għadda. Ġimgħa eżatt wara din il- kwalifikazzjoni jien u l-President tal-ASA, is Sur Joe Caruana Curran, morna Belgrad fejn hemmhekk assistejna għat- tlugħ tal-poloz tal-gruppi - ix-xorti ma tantx daħkitilna għax ġejna fl-iktar grupp diffiċli li kien se jlaqqagħna mal-aqwa żewġ timijiet tad-dinja tal-waterpolo fil- mument, jiġifieri s-Serbja u l-Kroazja. Dan huwa fatt minħabba li fl-aħħar finali tat-Tazza tad-Dinja li saret fir-Russja, il-finali kienet ikkontestata bejn dawn iż-żewġ timijiet nazzjonali. Fl-istess grupp tagħna telgħu ukoll Franza, li diġà konna affrontajniehom fl-Olanda fl-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni f 'Jannar tal-2015, u hemmhekk tlifna bl-iskor ta' 24-4. Il-fatt li kkwalifikajna għal dan it-tournament prestiġjuż, kienet diġà xi ħaġa fenomenali, imma issa wkoll ridna nkunu ppreparati għaliex fis- Serbja konna se nsibu timijiet b'saħħithom ħafna mill-bidu sal-aħħar tal- kompetizzjoni. Konna sejrin hemmhekk bħala l-uniku tim, mhux bi plejers professjonali għajr għal Stevie Camilleri, li jilgħab fis-Serie A1 fl-Italja, mat-tim minn Sirakusa, Ortigia. Kif konna s-Serbja, żorna wkoll dik li kienet se tkun il-lukanda tagħna għas- 16-il ġurnata, li konna se nqattgħu ġewwa l-kapitali Serba, Belgrad." "Wara l-kwalifikazzjoni," spjega Izzo, "tajt lill- plejers tiegħi mistrieħ assolut sal-15 ta' Ottubru fejn hemmhekk sejjaħt 16-il plejer, li minnhom kont se nagħżel l-aħħar 13 li kellhom finalment jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali. Mit-13-il plejer li kienu parti mit-tim li wassal lil pajjizna għal din il-kwalifikazzjoni, naqas il-plejer xellugi ta' esperjenza Michele Stellini li bħal sajjetta fil-bnazzi, tlett ijiem wara l-logħba kontra l-Polonja, ġie jħabbarli li kien se jirtira mill-waterpolo! Żdiedu mat-tim, il-plejers John Brownrigg, Ben Plumpton, Nicholas Bugelli, Ryan Sciortino u Luke Caruana. Ta' għajnuna kbira għalija kien il-fatt li ħafna mit- timijiet kienu diġà bdew jittrenjaw mal-kowċis barranin tagħhom li ġew Malta biex ikunu preżenti għal sena sħiħa, u mhux kif kien jiġri fil-passat, meta dawn il- kowċis barranin, kienu jiġu biss għat-tliet xhur tas-sajf. Il-plejers tan-Nazzjonal kienu jittrenjaw miegħi tliet darbiet fil-ġimgħa u f 'dawn is-sessjonijiet, jien kont inħalli l-aħħar siegħa biex inkun nista' nilgħab kontra tim lokali tal- waterpolo. Fuq ftehim mal-klabbs, fl-1 ta' Diċembru, il-plejers kien se jkollhom taħriġ 'full-time', dejjem miegħi. Il-programm ta' taħriġ minn issa sat-tluq tagħna kien imfassal b'reqqa kbira, imma ovvjament minħabba li għandna ħafna limitazzjonijiet kemm finanzjarji kif ukoll minħabba problemi ta' xogħol, għax il- plejers tagħna mhumiex professjonali u għalhekk ma tantx stajna nħallu l-pajjiż biex immorru nittrenjaw barra minn Malta. Fil-5 ta' Diċembru, tlaqna għal 'training camp' ġewwa Mataro fi Spanja, permezz tal- kuntatti tajbin li għandna mal-Assoċjazzjoni tal- Waterpolo ta' Spanja, fejn fassalt programm ta' taħriġ intensiv fuq medda ta' ħamest ijiem, fejn filgħodu konna nitħarrġu għal tliet sigħat kuljum, li kienu jinkludu sessjoni fil-gym, għawm u logħba, filwaqt li filgħaxija konna nilgħabu logħba kontra timijiet tal- Ewwel Diviżjoni Spanjola, u l-qofol kien meta fl-aħħar jumejn lgħabna darbtejn kontra t- tim nazzjonali qawwi ta' Spanja. Ridt li nilagħbu dawn il-logħob, biex inkunu konxji ta' dak li konna se nħabbtu wiċċna miegħu ġewwa Belgrad, għaliex l-Ispanjoli huma meqjusa bħala fost l-aqwa sitt timijiet nazzjonali tal-waterpolo fid-dinja. Hawnhekk, jien kelli ċans nara u nevalwa ċerta tattika li stajt nuża fil-Kampjonati, imma wkoll nara min kellhom ikunu t-13-il plejer finali li kelli ntella' miegħi Belgrad. Ta' min jgħid li l-player internazzjonali Malti, Stevie Camilleri, ingħaqad magħna għal din il-mawra fi Spanja, u kien hemm nieqsa mill-iskwadra l-captain Niki Lanzon, li ma setax jagħmel il-vjaġġ minħabba impenji personali, u l-plejers Luke Caruana u Ryan Sciortino li kont neħħejt mill-iskwadra qabel dan il-vjaġġ. Mir-ritorn tagħna f 'Malta fl-10 ta' Diċembru sat-tluq tagħna għal Belgrad fit-8 ta' Jannar, aħna ttrenjajna kontinwament kuljum ħlief għall-ġurnata tal-Milied u l-ġurnata tal-ewwel tas-sena. Hawnhekk, ringrazzjament kbir imur għal SportMalta, Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-waterpolo, Karl Izzo