Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 Għawdex President ġdid għal Assoċjazzjoni Hemm madwar 200 NGO fil-gżira ta' Għawdex minn John Busuttil Dan l-aħħar l-assoċjazzjoni tal-nGOs (organizazzjonijiet non- governattivi,) kellha l-laqgħa ġenerali fejn ġie magħżul il-kumitat ta' 13-il membru, fil-fatt kienu l-membri kollha li kkontestaw din l-elezzjoni u l-kumitat il- ġdid unanimament ħatar president ġdid, li hu Saviour Grech. Saviour Grech għandu 62 sena u huwa rtirat mid- dipartiment tal-edukazzjoni mal-Gvern bl-etá, fejn kien anke Kap ta' Skola minbarra għalliem. Saviour xtaq li kieku estendewlu l-etá tal-irtirar għax xtaq jibqa' jaħdem iżda dan baqa' ma sarx. "Ma ridtx nirtira mix-xogħol, iżda bqajt attiv billi naħdem għal rasi bħala konsulent għall- fondi Ewropej u proġetti, u ddeċidejt li nagħti kontribut lill-gżira tiegħi fuq bażi volontarja." Fil-fatt, bħala President tal-Għaqda tal- NGOs m'għandu l-ebda onorarja. L-Assoċjazzjoni tal- Organizzazjonijiet non- Governattivi Għawdxin, (Gozo NGOs Association) twaqqfet fuq inizjattiva tal- Ministeru għal Għawdex fl- 2003 bl-intenzjoni immedjata li jkun hemm rappreżentanza fuq il-Kumitat li kien se jibda jaħdem biex jalloka l-ewwel fondi Ewropej fi proġetti tal- Ministeru. Infatti, il-laqgħa li fiha għadda l-istatut u ġie elett l-ewwel kunsill, saret fis-Sala tal-Ministeru fil-preżenza tal-Ministeru u tas-Segretarju Permanenti. Għajnuna importanti kienet l-użu taċ-Ċentru tal-NGOs u ta' servizzi mill-Ministeru bla ħlas fejn ingħatalhom bini fix-Xewkija. L-ewwel president tal- Assoċjazzjoni kien Antoine Vassallo li bħala President, ġie mistieden għal bosta laqgħat biex jisħaq favur is- settur tal-volontarjat u anki biex jippreżenta lill-barranin dan l-aspett essenzjali tal- assoċjazzjoni. Fost l-attivitajiet li l-Kunsill kien involut fihom fl-ewwel snin, kien hemm seminar fl- 2003 stess dwar possibilitajiet ta' fondi mill-UE u żjara Klausenhof minn rappreżenti ta' xi għoxrin għaqda. L-ewwel preżentazzjoni tal-abbozz ta' liġi dwar il-volontarjat organizzah l-ewwel kumitat, u Vassallo ntagħżel biex jirrapreżenta n-non-enrolled VOs fl-ewwel Kunsill tal-Volontarjat li twaqqaf b'din il-liġi. Il-mira tal-Gozo NGOs association tibqa' li joffru sostenn lill-għaqdiet kollha, żgħar u kbar. Rappreżentanti minn sitta minnhom ipparteċipaw fi żjarat fil- Greċja u l-Italja. Opportunitá kbira għan-networking kienet 10 snin ilu meta ġiet organizzata l-'Gozo Day' bħala konklużjoni għall-NGO Forum fi żmien iċ-CHOGM. Ix-xogħol minn din l-assoċjazzjoni baqa' għaddej anke taħt Presidenzi oħra fejn f 'dawn l-aħħar tliet snin ġie organizzat u ċċelebrat il-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat f 'Għawdex. Sar ftehim mal-Malta Communications Authority u saru installazzjonijiet ta' 11-il laptop ġewwa ċentru għat-tagħlim tal-kompjuters għall-pubbliku, fejn b'kollox attendew aktar minn 500 persuna għal dawn il-korsijiet. Saru anke konferenzi u laqgħat pubbliċi mal- kandidati għal-elezzjoni tal- MEPs. Ġew anke organizzati l-Gozo NGO Award dawn l-aħħar sentejn. Saru anke Saviour Grech Passiġġieri jirduppjaw u l-karozzi jitriplaw minn John Busuttil GħawDex donnu li sar storja ta' suċċess. wara sena li għalqet fuq nota formidabbli f 'kull aspett ekonomiku, jidher li s-sena li għadha kif bdiet se tkompli bl-istess xejra jekk mhux anke aktar qawwija. Il-formula rebbieħa tidher li hi dik li fi tmiem il- ġimgħa, jitraħħsu n-nollijiet tal-vapur għalL-Maltin fejn iħallsu l-istess noll daqs l-Għawdxin. Il-fatti juru li fl-aħħar weekend ta' Jannar (mhux tal- Karnival), dak bejn it-30/31 ta' Jannar il-Gozo Channel ġarret 4,563 passiġġier li huma aktar mid-doppju li ġarret sena qabel fl-istess perjodu (2,252), filwaqt li bħala karozzi, ġarret it-tripplu ta' dak li ġarret is-sena ta' qabel fl-istess perjodu. Ġarrew 1,752 vettura mqabbla mas-625 fis- sena ta' qabel. Passiġġieri 30-31 ta' Jannar 2016 - • 4,563 31 Jannar u 1 Frar 2015 • - 2,252 Vetturi 30-31 ta' Jannar 2016 - • 1,752 31 Jannar u 1 Frar 2015 • - 625 Dawn il-figuri ssarfu f 'ekonomija qawwija fil-gżira Għawdxija. Fejn jidħlu lukandi Silvio Rapa is-sid tal-Grand Hotel u Tony Ellis, is-sid tal- Baron Holdings li hi kumpanija li tmexxi diversi farmhouses jgħidulna li esperjenzaw żieda qawwija ta' negozju u ljieli fil- lukandi. Għalhekk il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-akbar żewġ stabbilimenti li hemm f 'Għawdex, The Duke's u l-Arkadia dwar din iż-żieda ta' Maltin f 'Għawdex. "Il-Maltin meta tagħtihom noll irħas, jiġu iżjed u jonfqu aktar" – antoine Portelli (arkadia) Antoine qalilna li kien hu li ssuġerixxa lill-Ministru fil-bidu tal-amministrazzjoni tiegħu biex iraħħas in-nollijiet fit-tmiem il-ġimgħa xitwin. "Il-Ministru Refalo sema' bis- suġġeriment tiegħi u dan tana l-frott. U fil-fatt kollox juri li dan l-ewwel xahar tas-sena kien suċċess kbir. Mhux talli żdiedu n-nies li daħlu fl-istabbiliment tagħna, iżda l-bejgħ żdied b'aktar minn 10 fil-mija. Għax il-Malti hu turist li jonfoq ħafna. Kull meta wieħed joħroġ jew imur vaganza, jonfoq u għalhekk ir-roħs iħajjar lill- Malti jiġi Għawdex u jonfoq aktar. Dan hu prova li b'aktar aċċessibilità għal Għawdex ifisser aktar ekonomija b'saħħitha għal gżira Għawdxija. Irridu nammettu wkoll li dis-sena it-temp kompla jgħin u anke l-kalendarju kif ġew il-festi għenu mhux ftit. Anke l-attivitajiet organizzati f 'Għawdex kienu bonus għal aktar Maltin li jiġu Għawdex." "Is-suċċess fil-kummerċ ħajjarna biex ninvestu f 'boutique hotel fuq il- kumpless" – Maria Farrugia (The Duke's) "Hu fatt li l-ekonomija t'Għawdex hi mxekkla bl- insularità doppja tal-gżira. Iżda l-Għawdxin irnexxilhom li l-iżvantaggi tal-aċċessibilità, jittrasformawhom f 'oppurtanijiet. Dan narawh fl- attivitajiet li qed jiġu organizzati matul is-sena kollha. L-iskop aħħari tagħhom hu li jkabbru t-turiżmu intern u barrani lejn Għawdex. Fil-fatt, dawn l-avvenimenti kattru bil-kbir il-viżitaturi lejn Għawdex fi żmien meta n-negozju f 'Għawdex ikun kwiet. Dan qed iħalli impatt pożittiv qawwi fuq il-kummerċ ġenerali f 'Għawdex. Dan it-tkabbir ġie anke rifless fil-Kumpless tad-Duke's t'Għawdex fejn kien hemm żieda sostanzjali ta' nies li daħlu fil-kumpless, kif ukoll tkabbir fil-bejgħ mill-ħwienet. L-istess tkabbir fl-attivitajiet kummerċjali ġie anke rifless fil-bejgħ tal-propjetà li l-istess attivisti tal-Kumpless tad- Duke's għandhom f 'Għawdex. Dan it-tkattir kummerċjali u l-wasla ta' kotra nies matul is-sena kollha inkoraġġew lill- Bidu qawwi għall-ekonomija Għawdxija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016