Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 | illum 13 Ghawdex FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA Assoċjazzjoni ta' NGOs f 'Għawdex proġetti bħal Benniena ta' Drawwiet u proġett tal- Mużajk. Il-President il-ġdid qalilna li hemm qrib il-200 NGO f 'Għawdex u meta staqsejtu fiex jikkonsisitu dawn l-għaqdiet volontarji, huwa qalli li dawn jinkludu għaqdiet filarmoniċi, folkloristiċi, u kulturali flimkien ma' oħrajn sportivi, filantropiċi u soċjali li jaħdmu kemm fuq bażi lokali kif ukoll fuq dik reġjonali. Hu fatt li hemm diversi għaqdiet żgħar li kollha huma volontarji, iżda hemm ukoll għaqdiet kbar bħal, Din l-Art Ħelwa, Federazzjoni Għawdxija Persuni Diżabilita, Friends of the Sick & Elderly, GTA, GBC, Oasi Foundation, Fondazzjoni Nanniet, fost l- oħrajn. "L-għan ta' din l-għaqda huwa wieħed nobbli li tirrapreżenta dan is-settur Għawdxi. Kif ukoll l-għan li tesponi u tippromwovi l-ħidma siewja li jwettqu bosta għaqdiet mhux governattivi li huma impenjati fil-qasam tal-volontarjat f 'Għawdex. Filwaqt li nfaħħar l-impenn ta' għadd sabiħ ta' persuni li jaħdmu fil-qasam tal-volontarjat f 'Għawdex, infakkar kif dan l-impenn jirriżulta f 'ħidma siewja għall-ġid tas-soċjetà Għawdxija. "Wieħed għandu jħares lejn il-qasam tal-volontarjat u tal-Organizzazzjonijiet Non Governattivi f 'Għawdex bħala wieħed b'saħħtu, li jipprovdi opportunitajiet uniċi għall-kwalità ta' ħajja aħjar fil-gżira, partikolarment fid-dawl ta' servizzi jew attivitajiet fejn iż-żieda fl- effiċjenza tal-produzzjoni kif ukoll fl-ammont tal- produzzjoni tipprojbixxi l-iżvilupp tagħhom fuq bażi kummerċjali. Il-futur ta' dan is-settur huwa f 'idejna, din l-għaqda hija biss għodda li skont kif wieħed jużaha, tista' tagħmel ġid, però tista' tagħmel ħsara wkoll." Dan l-aħħar qamet kontroversja fil-media dwar xi teħid ta' fondi, u meta staqsejt lill-president il-ġdid dwar dan, qalli li l-assoċjazzjoni qed tiġi akkużata li tieħu xi fondi, però "jien għandi f 'idejja l-'audited accounts' tal- aħħar sena u ma jirriżultali l-ebda nuqqas. Jien nista' naħlef għal dak li għandi f 'idejja. L-assoċjazzjoni ma tqassam l-ebda forma ta' fondi lill-għaqdiet li huma affiljati magħha. Kull ma tagħmel l-assoċjazzjoni hu li bħal entitajiet oħra mhux Governattivi, tapplika għall-għajnuna taħt id- diversi skemi li minn żmien għal żmien, diversi istituzzjonijiet joffru lill- għaqdiet mhux Governattivi. Il-fondi li l-assoċjazzjoni tirċievi mingħand l-entità li tkun nediet l-iskema, jiġu użati biex ikun jista' jiġi implimentat il-proġett." Jidher li l-presidenza l-ġdida ta' Saviour Grech bdiet daqsxejn fuq sieq ħażina meta barra l-problema tal- fondi, issemma' ħafna l-fatt li fil-kumitat hemm kandidat għall-elezzjoni mal-PN, li hu Ryan Mercieca u li qamet kwistjoni dwar jekk dan setax ikun bħala NGO meta jista' jieħu vantaġġ għalih nnifsu. Saviour Grech qalilna li kandidat għall-elezzjoni jkun kandidat meta jitfa n-nomina tiegħu uffiċjalment, "barra minn hekk, m'hemm xejn fl-istatut li tgħid li kandidat ma jistax ikun membru fl-assoċjazzjoni. Għalkemm nemmen li tkun etika kieku meta jitfa' n-nomina uffiċjalment, dan jirtira mix- xogħol fl-assoċjazzjoni sa ma tgħaddi l-elezzjoni." "Jien ma jdejqunix kandidati politiċi għax taf eżatt x'inhi l-aġenda tagħhom, jinkwetawni dawk li ma tafx l-aġenda tagħhom x'inhi." Saviour qalli li meta tħajjar jimmilita f 'din l-assoċjazzjoni kien hemm min qallu li aħjar jistenna ftit għax din l-assoċjazzjoni kienet għaddejja minn xi turbulenzi "Meta ndunajt li għandi l-appoġġ u bdejt nilmaħ l-imbatt, kont aktar riżolut li nkun hemm. Mill-ewwel bdejt naħdem biex l-elezzjoni ssir aktar fi trasparenza u b'ċertu serjetà fejn in- nominazzjonijiet tlabt li jiġu kollha ssiġillati. Għalkemm skantajt kif l-ismijiet xorta ħarġu fil-media, meta aċċess għalihom kellhom biss it- tliet kummissarji elettorali li nħatru mill-eks president, Charles Zammit. Iżda issa nixtieq li dan il-kapitlu jingħalaq darba għal dejjem u nibdew naħdmu għall-ġid tal-volontarjat f 'Għawdex. Flimkien irridu naħdmu biex inneħħu s-suspetti li nħolqu u l-eks president li hu membru tal-kumitat jgħaddi l-'handover tiegħu għax s'issa kien skużat u m'attenda l-ebda laqgħa tal-kumitat." Saviour Grech qal li jrid jaħdem biex l-assoċjazzjoni tkun vuċi għall-Għawdxin u jwassal il-messaġġ tal- volontarjat fil-kumitat li huma rappreżentati fih fl-MCESD tar-reġjun ta' Għawdex. jitriplaw attivisti tal-kumpless tad-Duke's biex jinvestu fil-futur qarib f 'Boutique Hotel ta' 30 kamra fl- ogħla sular ta' dan il-kumpless. Dan l-investiment ġdid se joffri alloġġ b'differenza f 'Għawdex. "Dan it-tkattir ekonomiku hu riżultat tal-ħidma tal- imprendituri Għawdxin. Iżda, kien attwat ukoll sforz it- tħabrik, l-inizjattivi, ir-reklamar u l-iskemi ta' vjaġġar bi prezz vantaġġjuż mnedija mill- Ministru għal Għawdex, Anton Refalo."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016