Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 Sports Il-quċċata tal-isport Malti fil-Kampjonati Minn fomm il-moħħ wara dan is-suċċess storiku, Karl Izzo (L-Aħħar Parti) Hekk kif it-tim nazzjonali tal-Waterpolo temm l-avventura tiegħu fil-kampjonati ewropej f 'Belgrad, il-moħħ wara s-suċċessi ta' dan it- tim, il-kowċ karl Izzo tkellem ma' din il-gazzetta dwar l-avvenimenti u l-esperjenza tat-tim qabel u matul din il- kompetizzjoni. Il-kowċ Izzo tkellem dwar is-saħħa tal-avversarji li t-tim kellu jaffaċċja u s-sodisfazzjon tiegħu u l-istaff, bl-andament tat-tim f 'din l-istess kompetizzjoni Ewropea. "Jekk tqis is- saħħa tal-oppożizzjoni li lgħabna kontrihom, jien inqis lili nnifsi sodisfatt ħafna bir-riżultati li ksibna ġewwa Belgrad. Forsi l-ikbar diżappunti kienu kontra l-Kroazja u sa ċertu punt kontra l-Islovakkja, fejn jien personali ppretendejt li nġibu mhux biss riżultat aħjar, imma wkoll prestazzjoni iktar pożittiva u aggressiva. Li tilgħab kontra l-qawwa tal-aqwa tim tad-dinja fil-waterpolo, is-Serbja ġewwa darhom quddiem 8,000 ruħ ġol-Kombank Arena, kienet esperjenza indimentikabbli għal kulħadd, u anki jekk l-iskor ta' 20-2, huwa riżultat kbir, meta tqis kontra min qed tilgħab huwa għalina riżultat rispettabli ħafna. Kontra Franza, urejna t-titjib li għamilna fl-aħħar sena, għax li titlef b'distakk ta' għaxar gowls, kien ħafna aħjar mit-telfa b'distakk ta' għoxrin gowl li sofrejna f 'Jannar tal-2015. Il- prestazzjonijiet u r-riżultati kontra Spanja u r-Rumanija kienu eċċellenti meta tqis li qed tilgħab kontra żewġ timijiet li jinsabu fl-ewwel tmien postijiet tar-rankings mondjali tal-waterpolo." Izzo ġie mistoqsi wkoll dwar il-mentalità li telgħu biha bħala tim u kif din sarrfet f 'logħob ta' kwalità kontra l-aqwa timijiet tal-waterpolo Ewropej. "Aħna morna Belgrad bit-tir li naqtgħu figura tajba, imma bl-ebda pretensjoni ta' rebħa, peress li konna qed inħabbtu wiċċna ma' timijiet u plejers professjonali, imma r-rebħa mistħoqqa kontra l-qawwa tat-Turkija fl-aħħar logħba tagħna għall-finali tal-15/16-il post, ġabet ewforija fil- kamp Malti. Kienet rebħa storika u bagħtet lit-Torok li kellhom magħhom ukoll tliet plejers Serbi li biddlu l-passaport għal dak Tork, lura f 'darhom bħala l-unika tim li ma rebaħx logħba f 'din il kompetizzjoni. Ta' sodisfazzjon kbir għalina kien il-fatt li taqla' kliem ta' tifħir min-nies importanti fil-logħba tal-waterpolo bħal Campagna, Rudic, kif ukoll ir-referi Stavridis, li lkoll faħħru l-progress kbir li għamilna bħala tim nazzjonali tal-waterpolo tul il-medda tas-snin." Izzo kompla jitkellem dwar is-sens ta' sodisfazzjon u l-ħila tal-plejers li wasslu t-tim sa dik il-pożizzjoni. "Jien għandi kliem ta' tifħir għal kull plejer li fforma parti minn dan it-tim nazzjonali f 'Belgrad, min-numru 1 san-numru 13. Dan għax huma kollha taw sehemhom, min għal ftit, min għal ftit iktar u min għal ħafna. Kien grupp magħqud u bla nkwiet ta' xejn. Ovvjament, ma nistax ma nsemmix l-unur kbir li rebaħ il-plejer tagħna Stevie Camilleri, li spiċċa bħala l-aqwa skorer ta' dawn il-Kampjonati b'21 gowl. Huwa kien strumentali għat-tim tiegħi, u kien ta' eżempju professjonali għal sħabu l-plejers kollha. Insemmi wkoll liż-żewġ goalkeepers Nicky Grixti u Alan Borg Cole, li qdew dmirhom tajjeb ħafna. Nicky kellu iktar logħob minn Alan peress li dan tal-aħħar weġġa' fir-raba' logħba kontra Spanja. Nicky fl-età żgħira ta' 19-il sena wera li huwa goalkeeper ta' klassi, fejn lagħab bħal donnu kien goalkeeper veteran u kien strumentali fir-rebħa kontra t-Turkija, fejn laqa' wkoll żewġ penalties fil-'penalty shoot Mark Meli fl-azzjoni Matthew Zammit, ix-'Xellugi' f 'konfront għall-ballun mal-captain ta' Spanja, Guillermo Molina Ritratt : www.deepbluemedia.eu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016