Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

minn Mark Borg Ir-randan beda nhar l-Erbgħa li għadda 10 ta' Frar, f 'ras ir-randan u jispiċċa il-Ħamis 24 ta' Marzu, li hu magħruf bħala Ħamis ix-Xirka. dan ifakkar il-jum meta Ġesù ħa l-aħħar ikla tiegħu mal-appostli. dan il-perjodu jiftaħ bil-ġurnata magħrufa bħala l-Erbgħa tal- Irmied meta dawk li jemmnu jinġabru f 'konċelebrazzjoni li matulha jintefa rmied fuq ġbin kull persuna. Il-qassis ifakkar lil kull konċelebrant li "trab kont u trab terġa' ssir." Għal min hu reliġjuż, ir-Randan huwa żmien ta' preparazzjoni għall-Għid. Dan jagħmluh permezz tat-talb, penitenza, indiema għad- dnubiet li twettqu, karità, azzjonijiet ta' għajnuna lil min għandu bżonn, sawm u sagrifiċċji personali oħra. Iżda ma' dawn, maż-żmien żdiedu numru ta' tradizzjonijiet u użanzi oħrajn. Fost l-aktar popolari huwa li matul dan il-perjodu l-Kattoliċi ma jiklux laħam, speċjlament kull nhar ta' Ġimgħa, biex ifakkar li Ġesù miet f 'dik il-ġurnata. Tfakkar ukoll kif Ġesù Kristu kien ta ħajtu għad-dnubiet. Ir-randan fih 44 jum mhux 40 Ir-Randan jdum 40 jum li jirriflettu l-40 jum li Ġesù għamel fid-deżert qabel ma beda l-missjoni pubblika tiegħu. Iżda meta wieħed jgħodd in-numru ta' ġranet li hemm bejn 10 ta' Frar u 24 ta' Marzu, jinduna li fil-fatt hemm 44. Biex jispjegaw din l-anomalija hemm min jgħid li dan jiġri minħabba li l-Ħdud ma jingħaddux. Tajjeb però li dawk li se jagħmlu sagrifiċċju għar-Randan ikunu jafu li s-sagrifiċċju fil-fatt huwa għal 44 jum u mhux għal 40. X'sagrifiċċju se tagħmel din is-sena għar-randan? Niftakar żmien meta kien importanti għalina li meta jasal ir-Randan nonqsu minn xi ħaġa li togħġobna għal tul dawn l-erbgħin jum. Dan konna nagħmluh bi ftit riflessjoni għall-iskopijiet spiritwali wara din it- tradizzjoni Kattolika. Aktar konna nagħmluh bħala sfida biex naraw min kapaċi jżomm dan is-sagrifiċċju għal tul ir-Randan kollu. Min jieqaf jiekol iċ-ċikkulata, min jieqaf ipejjep u min jaqta' x-xorb alkoħoliku. Meta wieħed iqis il-ħsara li dawn jagħmlu lil saħħitna, hija ħasra li r-Randan ma kienx itwal. Fil-fatt is-sinifikat ta' dan huwa ħafna aktar importanti. Is-sawm u sagrifiċċji oħra huma importanti għall- iżvilupp spiritwali tagħna. Dan jibni l-karattru għaliex jgħallimna nirreżistu l-ġibdiet tal-ġisem. Huwa għalhekk li s-sawm insibuh kważi fir- reliġjonijiet kollha. Il-bidu storiku tar-randan Jidher li l-bidu storiku tar-Randan ma bediex minn żmien l-appostli imma l-oriġini tiegħu kien wara l-Kunsill ta' Niċene, l-istess Kunsill li pproduċa t-talba tal-Kredu, fis-sena 325. Is- sawm u s-sagrifiċċji jidher li minn dejjem kienu parti mit-tradizzjoni Kristjana iżda l-perjodu ta' dan għal 40 jum jidher li kellu oriġini aktar tard. Iżda fl-iskrittura nsibu ħafna referenzi għan-numru 40 u għalhekk m'għandhiex tkun sorpriża li ntgħażel dan in- numru bħala jiem ta' sawm u sagrifiċċji għall-perjodu tar-Randan. Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 | illum 9 Aħbarijiet Ir-Randan: Sawm, Sagrifiċċji u Storja Riflessjoni fuq il-mard morali u spiritwali u ġerħat emozzjonali Fl-Ittra Pastorali għar- randan, l-arċisqof ta' Malta Charles Scicluna u l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech taw il-messaġġ li Kristu huwa mediċina għall-mard tagħna. Huma qalu li barra l-mard fiżiku hemm mard ieħor li kapaċi jherrina. Hemm mard li jmermer ir-relazzjonijiet ta' bejnietna, speċjalment dawk familjari, fil-komunità ekkleżjali u fid-diversi oqsma tas-soċjetà. Huma qalu li hemm mard morali u mard ta' natura spiritwali. Qalu li hemm il-ġerħat emozzjonali ta' meta l-bniedem jintebaħ li qed jiġi skartat, tradut, umiljat, kalunjat, imqarraq u trattat inġustament. L-isqfijiet qalu "dan il-mard jimliena b'ħafna diqa, ningħalqu fina nfusna u ninqatgħu mill-oħrajn. Agħar minn hekk huwa meta ħaddieħor iwarrabna minħabba l-mard tagħna. Flok ma nsibu l-kenn, nintebħu li hemm min jistħi jgħid li jiġi minna li aħna morda. Il-komunità Nisranija mhix ħielsa mit- tentazzjoni li twarrab lil min jimrad." L-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech "L-oriġini tar-Randan kien wara l-Kunsill ta' Niċene, l-istess Kunsill li pproduċa t-talba tal-Kredu, fis- sena 325" Il-Papa Franġisku jitfa' l-irmied fuq ġbin wieħed mill-Kardinali nhar l-Erbgħa tal-Irmied

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016