Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 23 Vetturi Ingranat 11 DAN l-aħħar donnu qiegħed nara ħafna battibekki kemm fuq is-siti soċjali, kif ukoll fit-triq bejn sewwieqa tal-muturi, ċiklisti u sewwieqa tal- vetturi b'erba' roti jew iktar. Ħafna drabi donnu ninsew il-vulnerabbiltà ta' sewwieqa tal-muturi u ċiklisti, u l-fatt li ħajjithom hija mhedda kontinwament meta jkunu fit- toroq. Nifhem il-frustrazzjoni tagħhom meta dawn jafu li ħajjithom mhux qiegħda f'idejhom biss, iżda wkoll f'idejn sewwieqa oħrajn. L-injoranza fis-sewqan, nistgħu ngħidu li mmissu magħha kuljum u meta wieħed ikun jaf li ħajtu tkun iperikolata minħabba xi żball jew egoiżmu ta' xi salvaġġ, ma ttiħx tort li jirrabja. Mill-banda l-oħra, qiegħed nara wkoll li l-frustrazzjoni min-naħa tax-xufiera tal- karozzi lejn ċiklisti qiegħda tiżdied ukoll. Ħafna drabi, uħud donnhom jinsew li bniedem ġeneralment juża karozza għaliex jixtieq jasal minn post għall-ieħor kemm jista' jkun malajr. Li kieku bniedem ma kellux għaġla, kien forsi jeħodha bil-pass. Meta ninqabad fit-traffiku, għalkemm nifrustra ruħi, naf li ma tantx hemm x'tagħmel. Però, meta ninqabad wara xi ħadd isuq bil-mod, kemm jekk hu xi intamat ġo karozza, xi ċiklist f'nofs ta' triq jew xi żewġ ċiklisti għaddejjin b'xi parlata maġenb xulxin, meta nara triq vojta quddiemhom il-frustrazzjoni tinbidel f'rabja u aptit li niekol l-isteering. Anke jekk ma nkunx mgħaġġel, meta t-triq tippermetti, naf li vettura għanda veloċità partikolari fejn il-konsum ikun l-iktar effiċjenti u fejn il-magna taħdem ixxamplata. Tista' sserraħ sieqek ix-xellugija għal xi ftit minuti, u l-piż ta' sieqek il-leminija awtomatikament tgħafas il- pedala tal-gass sa nofsha, li jwassal għal veloċità ta' bejn 60 u 100 kilometru fis-siegħa f'karozza komuni. Meta xi ħadd iġiegħlek issuq fuq gear baxx, u tibqa' taqleb 'il fuq u 'l isfel waqt li sieqek il- leminija taqleb kontinwament minn fuq il-gass għal fuq il- brejk, it-tempra tibda tielgħa. Biex tkompli żżid mat- tensjoni, meta ta' quddiemek ikun ċiklist jew qiegħed isuq xi żiemel bis-serkin, ġeneralment ikollok iktar biża' li tolqtu u ma tkunx trid iddoq il-horn biex ma taħsdux. Ħafna drabi, xi ċiklisti jkunu pronti li jfakkru li dawn qegħdin jimxu skont il-liġi, u mhuma jagħmlu l-ebda kontravenzjoni, anke meta żewġ ċiklisti jsuqu maġenb xulxin u dawn legalment ikollhom raġun. Però naħseb li din mhux kwistjoni ta' liġi, iżda kwistjoni ta' etika u prudenza. Min hu ċiklist, jista' jisma ċar li hemm karozza warajh u ma jirrikjedix wisq sforz biex titfa' ftit mal-ġenb għal ftit sekondi, tagħmel sinjal b'idejk u tħalli lil xi ħadd jgħaddi. Nifhem li l-ġenb tat-triq jista' jkollha xi ħofor jew ħġieġ imkisser, però xi parti sura se ssib għal ftit sekondi sakemm jgħaddu xi ftit karozzi. Hija konvenjenti li meta jfettlilna, insuqu f'nofs ta' triq għax għandna dritt, però meta jkun hemm it-traffiku, malajr niftakru li aħna ċiklisti u ngħaddu mill- ġenb tat-triq u bejn il-karozzi. Meta jkun konvenjenti, il-ġenb tat-triq ikun tajjeb. S'issa għadni qatt ma rajt ċiklist li jibqa' wieqaf fin- nofs tat-triq meta l-karozzi jkunu weqfin fit-traffiku. Irrid ngħid ukoll li dawk iċ-ċiklisti li jibqgħu fin-nofs huma minoranza. Hemm drabi fejn inċidenti u problemi fit-toroq isiru min-nies li jiksru l-liġi, però ħafna drabi, l-problemi jsiru min-nies li jimxu eżattament mal-liġi u ma jużawx ftit sens komun u etika. Huwa sens komun u prudenza li tnaqqas il- veloċità meta tgħaddi minn xi għadira ilma u ma taħsilx lil xi ċiklist minn fuq s'isfel. Ma tridx tkun xi filantropu biex tħalli ftit spazju mill-karozza ta' quddiemek u ta' maġenbek meta tkun wieqaf fit- traffiku biex xi ħadd ikun jista' jaqsam bil-karozza u jgħaddi xi mutur jew rota min maġenbek. Billi 't-triq tiegħek,' ma jfissirx li persuna oħra għandha toqgħod tistenna l-karità biex xi ħadd iħalliha tgħaddi. Iktar u iktar tkun antipatku, kretin u egoist meta tkun wieqaf u tkun pront tgħalaq tiġri l-ispazju biex timblokka t-triq lil xi ħadd meta taraħ se jipponta joħroġ u anke tmur fil-karreġjata opposta li ma jmurx jgħaddi minn quddiemek. Mill- banda l-oħra, jekk issib lil xi ħadd uman li jċedilek, billi isselimlu bħala ringrazzjament mhux se tikser għonqok. Jekk qiegħed navviċina roundabout u nara trakk mgħobbi sa ruħ ommu tiela' telgħa jokrob bi tbatija, bid- dritt, għandu jieqaf u jħallini indur mar-roundabout. Però naf li billi nserraħ kemm kemm saqajja fuq il-brejk, u nagħmel sinjal biex jgħaddi, nista' niffrankalu li jieqaf f'daqqa u jerġa' jaqla mill- wieqaf b'riskju li jagħmel il- ħsara lill-ingranġġ tal-vettura tiegħu. Mhux kwistjoni li tibża' minnu għax għandu vettura ikbar, imma kwistjoni li tirrispetta li hija ħafna iktar faċli li int tnaqqas ftit waqt li tavviċina r-roundabout milli żżid il-veloċità biex tidħol qablu. Li ċċedi lil xi ħadd biex joħroġ, mhux sinjal ta' dgħufija jew biża', iżda sinjal ta' rispett, maturità u kunfidenza fis-sewqan. Meta nara bniedem għaddej b'veloċità mhux ħażin, nifhem li dan forsi xi ftit mgħaġġel u ma nippretendix li ijedili biex noħroġ. Però meta nara lil xi ħadd għaddej bilkemm jiċaqlaq u għadu diversi metri 'l bogħod, ma nippretendix li jaqbad idoqq il-horn bħallikieku kien għadu kif iffranka xi inċident fatali bil-ħiliet kbar tiegħu meta dan lanqas kellu bżonn imiss il-brejk. Jekk tara karozza wiefqa f'nofs ta' triq, minflok toqgħod tpaqpaq imbgħad tissindika malli tgħaddi maġembha, mhux aħjar kieku tieqaf fin-nofs biex twaqqaf il-karozzi ta' warajk, u tinżel tgħin lil sidha jimbotta l-vettura mal-ġenb biex it-traffiku jkompli miexi, speċjalment jekk inti f'saħħtek u qiegħed fi triq mhux imwarrba? Naħseb li bħala poplu, sirna nosservaw ħafna iktar il-liġijiet minħabba l-biża' taċ-ċitazzjonijiet, però għadna lura ħafna fejn tidħol etika, prudenza u sens komun. L-għalliema tas-sewqan għandhom jgħallmu lis- sewwieqa l-ġodda l-imprtanza ta' ftit etika fis-sewqan u anke fit-test għandhom isaqsuhom xi mistoqsijiet li jinvolvu l-etika. Jekk gwardjan jew pulizijia jara xi eżempji ċari bħal dawn li semmejt, għandhom minn tal-inqas ikellmu lil dawn is- sewwieqa u jinformawhom li bl-egoiżmu tagħhom qegħdin jikkawżaw iktar traffiku u rabja fost is-sewwieqa. Kemm jekk int sewwieq ta' karozza, mutur, rota jew żiemel, jekk tippretendi li tiġi rrispettat, trid tirrispetta lil ħaddieħor int. Fuq kollox, irridu minn xulxin. Hija kwistjoni ta' etika Ir-'road rage': fenomenu kbir fit-toroq tagħna Hi knovenjenti li meta jfettlilna, insuqu fin-nofs, u meta jkun hemm it-traffiku, niftakru li aħna ċiklisti u ngħaddu mill- ġenb jew bejn il-karozzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016