Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 29 Sports minn Cristian Antony Muscat Tarxien R .................. 0 Sliema W .................. 1 SLIEMA Wanderers irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor minimu ta' 1-0, biex b'hekk ħadu ftit nifs wara li kienu għadhom ġejjin minn xejn inqas minn ħames telfiet konsekuttivi. Min-naħa l-oħra, wara d-draw deludenti ta' 1-1 kontra St Andrews, dan kien riżultat ieħor diżappuntanti għal Tarxien Rainbows. Fit-42 minuta, ir- Rainbows ħolqu l-ewwel periklu permezz ta' xutt ta' Luke Montebello minn tarf il-kaxxa li għadda ftit barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper ta' Sliema Wanderers, Glenn Zammit. Kienu Tarxien Rainbows li reġgħu ħolqu l-periklu fil-ftuħ tat-tieni taqsima, eżattament fid-49 minuta meta korner ta' Ayrton Azzopardi sab lid-difensur ċentrali Bruno Giglio De Oliveira, iżda d-daqqa ta' ras tiegħu ġiet devjata minn player tal-Wanderers, bil-ballun jispiċċa f 'korner ieħor għal Tarxien Rainbows. Kien biss fis-57 minuta li l-Wanderers ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-logħaba meta l-ex attakkant Brażiljan ta' Valletta, Denni Rocha dos Santos għadda tajjeb lejn Jean Paul Farrugia li kien f 'qagħda ideali biex jixxuttja iżda pront daħal id-difensur tar-Rainbows, Ebiabowei Baker li xeħet il-ballun f 'corner. Żewġ minuti biss wara huma fetħu l-iskor meta cross tal-captain Alex Muscat ġie kklerjat qasir mid-difiża tar-Rainbows, bil-ballun jispiċċa f 'saqajn Johann Bezzina, li b'ċertu abilità niżżel tajjeb il- ballun qabel b'xutt preċiż tefa' l-ballun wara l-goalkeeper żagħżugħ tar- Rainbows, Andrea Cassar. Tarxien R. - Cassar, Baker, Caruana (Mintoff 74'), Giglio De Oliveira, Azzopardi, Hevia Menendez (Tabone 33'), Montebello, Fernandez Prendes, Zerafa, Da Paixao Alves, Frances (Nilsson 67') Sliema W. - Zammit, A. Muscat (Friggieri 70'), Scerri, Priso (Shola Shodiya Haruna 83'), Gatt Baldacchino, Potezica, Bezzina, Rocha Dos Santos, Muir, Farrugia (Hendry 90'), Bianciardi Referi - Marco Borg JOHANN BEZZINA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Jinsab misluf ma' Sliema Wanderers mingħand Hibernians. Kien mutur f 'nofs il-grawnd għall-Wanderers f 'din il-logħba, u bla dubju kien l-aqwa plejer fil- grawnd. Matul l-istaġun li għadda kien pedina importanti biex Hibernians jirbħu l-Kampjonat, u m'hemmx dubju li huwa għandu futur mill-isbaħ quddiemu. Sliema W jiksbu rebħa minima biex jieħdu ftit nifs minn Cristian Antony Muscat Hibernians .....................6 Qormi ............................0 HIBERNIANS sabuha wisq faċli biex jegħlbu lil Qormi bl-iskor kbir ta' 6-0, meta sat-tmiem tal-ewwel taqsima huma diġà kienu erba' gowls minn fuq. Tajjeb ngħidu li din kienet it-tmien telfa konsekuttiva għal Qormi. Il-Pawlisti laqgħu lura lil Jorginho iżda kellhom lil Jorge Santos Silva u Rui da Gracia Gomes neqsin bi Clayton Failla ma jkunx inkluż mal-ewwel 11 hekk kif kien biss fuq il-bank tas- sostituti. Min-naħa l-oħra, Qormi kellhom lil Clifford Gauci u Ryan Micallef neqsin. Hibernians fetħu l-iskor wara disa' minuti logħob meta minn korner ta' Jackson Lima, għola tajjeb Andrei Agus li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża, ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta' Qormi, Andreas Vella. Fl-14-il minuta, l-istess Andreas Vella dawwar f 'korner, freekick ta' Jorginho u mill-korner li rriżulta mogħti minn Andrew Cohen, Gilmar indirizza l-ballun fid-direzzjoni ta' Jorge Pereira da Silva, li x-xutt angulat tiegħu għeleb lill-goalkeeper ta' Qormi. Il-Pawlisti għamluhom 3-0 fit-23 minuta grazzi għal xutt b'saħħtu ta' Andrew Cohen wara li d-difiża ta' Qormi naqqset milli tikklerja l-ballun f 'sigurtà wara korner ta' Gilmar. Seba' minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Ousmane Sidibe, waqqa' lil Jorginho fil-kaxxa u r-referi Trustin Farrugia Cann ordna penalti u keċċa lid-difensur ta' Qormi. Mill-11-il metru, Edison Luis Dos Santos ma żbaljax. Hibernians komplew ikabbru l-iskor fit-63 minuta meta Gilmar Da Silva Rivberio, wara li rċieva l-ballun mingħand Tarabai, għeleb lil Andreas Vella permezz ta' xutt angulat fil-baxx. Tmien minuti wara, Tarabai twaqqa' fil-kaxxa u mill-11-il metru, Jorge Pereira Da Silva tefa' l-ballun fix-xibka biex għamel l-iskor 6-0 favur it-tim minn Raħal Ġdid. Sitt minuti minn tmiem id-90 minuta, Qormi kellhom plejer ieħor imkeċċi hekk kif it-Taljan Pietro Viggiani tkeċċa mir- referi Farrugia Cann, wara li ta daqqa lil plejer avversarju. Fid-89 minuta, tkeċċa wkoll Jackson Lima għal Hibernians wara li rċieva t-tieni karta safra fil-logħba. Hibernians - Haber, Pearson, Lima, Soares, Cohen, Kristensen (Vella 79'), Agius, Dos Santos (Xuereb 73'), Mbong, Da Silva Pereira, Da Silva -Ribeiro (Degabriele 67') Qormi - A. Vella, E. Vella (Bonnici 74'), Sidibe, Gusman, Leeflang Boestra, Yankam, Cassar, Micallef (Barbara 60'), Olawale Ojuola, T. Vella (Viggiani 67'), Magro Referi - Trustin Farrugia Cann JORGE PEREIRA DA SILVA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja doppjetta personali f'din il-logħba. Huwa parti fundamentali mit-tim ta' Hibernians, speċjalment mid- dipartiment offensiv tat-tim minn Raħal Ġdid. Faċli wisq għal Hibernians kontra Qormi Ritratt - Joe Borg Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta Ritratt - www.hiberniansfc.org

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016