Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089
30 illum Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 Sports F'LOGĦBA valida mill- ħames rawnd tal-FA Cup, Arsenal ġewwa darhom fl-Emirates Stadium sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti u deludenti ta' mingħajr gowls minn Hull City, biex b'hekk issa hemm bżonn li tintlagħab 'replay' ta' din il-logħba, biex b'hekk ikun determinat min se jirnexxielu jikseb post għar-rawnd li jmiss ta' din it-tieni l-aktar kompetizzjoni importanti fil-futbol Ingliż. F'konfront ieħor, Reading ġewwa darhom ħasdu lil West Bromwich Albion, meta għelbuhom bl-iskor ta' 3-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Paul McShane, Michael Hector u Lucas Piazon. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għal WBA wasal minn Darren Fletcher fl-54 minuta. Intant, Watford ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Leeds United, bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn awto-gowl tal- plejer ta' Leeds United, Scott Wootton, fit-53 minuta. Arsenal miżmuma fi draw ta' mingħajr gowls minn Hull City RIŻULTATI FA CUP Il-Ħames Rawnd FIXTURES Is-Sibt 20 ta' Frar Arsenal vs Hull City 0-0 Reading vs WBA 3-1 Watford vs Leeds United 1-0 Il-Ħadd 21 ta' Frar 15:00 Blackburn R. vs West Ham U. 16:00 Tottenham H. vs Crystal Palace 17:00 Chelsea vs Manchester City It-Tnejn 22 ta' Frar 20:45 Shrewsbury T. vs Manchester U Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 21 ta' Frar 15:00 Atalanta vs Fiorentina 15:00 Genoa vs Udinese 15:00 Sassuolo vs Empoli 15:00 Torino vs Carpi 18:00 Frosinone vs Lazio 20:45 Roma vs Palermo Organizzati b'suċċess l-IsportMalta Awards - l-Għażliet Sportivi Nazzjonali F'SERATA mill-isbaħ f 'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, nhar is-Sibt 13 ta' Frar, ittellgħet edizzjoni oħra tal-IsportMalta Awards - l-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Is-serata li xxandret b'mod dirett fuq TVM2, ippremjat il-kisbiet sportivi tas-sena 2015. B'kollox ġew ippreżentati xejn inqas minn 12-il kategorija. L-unur prestiġjuż tal- Isportiv tas-Sena rebħu l-plejer tal-waterpolo, Stevie Camilleri, waqt li l-atleta Charlotte Wingfield rebħet il-kategorija tal- Isportiva tas-Sena. Sara Xuereb li tipprattika t-Ten- Pin Bowling ġiet magħżula bħala ż-Żagħżugħa tas- Sena, bil-plejer promettenti tal-waterpolo, Ben Plumpton, intagħżel bħala ż-Żagħżugħ tas-Sena. Is-suċċessi tas- sena li għaddiet bil- kwalifikazzjoni storika għall-Kampjonati Ewropej wasslu lit-Tim Nazzjonali A tal-Waterpolo biex jirbaħ l-unur għat-Tim tas-Sena, bil-kowċ tal-istess tim Karl Izzo jiġi magħżul bħala l-Kowċ tas-Sena. L-unur tal-Uffiċjal tas-Sena rebħu r-referi tal-futbol, Clayton Pisani. Matthew Zammit, il- plejer tal-waterpolo ta' San Ġiljan u tat-tim nazzjonali tal-waterpolo, intgħażel mill-pubbliku permezz ta' votazzjoni bl-sms bħala r-rebbieħ tal-People's Choice Award. Ingħataw ukoll ir- rikonoxximent għall-atleta f 'Għawdex mirbuħ minn Mario Saliba, waqt li l-kungress tal-FIBA Europe tal-Basketball intagħżel bħala l-avveniment tas- sena. Ingħataw ukoll żewġ rikonoxximenti wkoll lil Special Olympics Malta, b'Warren Schembri jirbaħ fil-kategorija tal-irġiel, u min-naħa l-oħra, Shania Xuereb rebħet fil-kategorija tan-Nisa. Sadanittant, waqt is-serata kien hemm diskorsi tas-Segretarju Parlamentari Chris Agius, iċ-chairman ta' SportMalta, Luciano Busuttil, iċ- Chairman tal-Kumitat Organizzattiv ta' dawn l-unuri, Mark Cutajar, u Charles Camenzuli f 'isem l-Għaqda Ġurnalisti Sport. Il-mistieden speċjali tas-serata kien Simone Farina, eks plejer tal-futbol Taljan, li kixef tentattiv ta' korruzzjoni fil-futbol Taljan. Mark Cutajar jippreżenta l-unur tal-Isportiva tas-Sena lill-atleta Charlotte Wingfield Ritratti - Joe Borg Il-plejer ta' Arsenal Danny Welbeck diżappuntat wara li tilef iċ-ċans li jitfa' lit-tim tiegħu fil-vantaġġ fil-logħba kontra Hull City