Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

minn Albert Gauci Cunningham DAWK li jiġbru immigranti mill- Marsa biex jagħtuhom ġurnata jew ammont ta' xogħol se jkollhom jibdew jagħmlu dan billi jmorru f 'uffiċċju biex jirreġistraw l-ammont ta' ħin li jridu jħaddmuhom u jħallsuhom daqs Malti, jew ħaddiem ieħor li jagħmel l-istess xogħol b'mod legali. L-ILLUM hija nfurmata li din il- proposta se titressaq għad-diskussjoni fil-Kabinett fil-ġimgħat li ġejjin u wara tinfetaħ konsultazzjoni għall-pubbliku dwarha. L-għan tal-proposta huwa li tibda tkun regolata s-sitwazzjoni ta' immigranti li jkunu qed jistennew fi Triq Aldo Moro u l-madwar. Hawnhekk, ta' kuljum filgħodu jinġabru għexieren ta' persuni Afrikani jistennew lil xi ħadd jiqfilhom bil-karozza jew vettura u jagħżilhom għax-xogħol. Lura f 'Diċembru li għadda, l-ILLUM kienet tkellmet ma' numru ta' immigranti li qalulna kif għal kwalunkwe xogħol, l-aktar ta' kostruzzjoni, tibjid u manutenzjoni, kienu jitħallsu madwar €3 fis-siegħa. Qalulna wkoll li kienu jintagħżlu skont l-istatura tagħhom, b'dawk ta' statura mdaqqsa jinġabru l-ewwel. Din il-proposta kienet żviluppata minn Jobs+ u approvata mid-Direttorat tad- Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni. €1.00 NEWSPAPER POST Nr 489 • 28 ta' Frar 2016 www.illum.com.mt L-g˙aΩla dan il-G˙id GÓAWDEX Bejn it-28 ta' Frar u s-27 ta' Marzu 2016 ARTI | FIDI | TRADIZZJONI Easter in Gozo www.visitgozo.com Iktar informazzjoni u kopji tal-programm jistgħu jinkisbu minn info@gozoculture.com Intervista ma' Roderick Briffa Ara paġni 34 u 35 "Kif se jimmansa lil-Laburisti Konrad Mizzi?" Ara paġni 4 u 5 Jew qabar jew dar. Agħżel Ara intervista f 'paġni 10 u 11 8,800 pastizz fil-ġimgħa Ara paġna 9 Jew jitħallsu daqs il-Maltin jew XEJN Libjani f 'Malta għal kura SA għaxar Libjani se jkunu qed jiġu Malta għall-kura fl- Isptar Mater Dei u l-Isptar St. James wara li kienu nvoluti fi ġlied kontra l-ISIS fil-belt Libjana ta' Sabratha. Militanti Iżlamiċi qed jieħdu vantaġġ mill-kaos politiku u nuqqas ta' awtoritá ċentrali fil- pajjiż, b'ġellieda leali lejn l-Istat Iżlamiku jieħdu kontrol ta' Sirte u jattakkaw diversi bliet oħrajn. Iktar kmieni din is-sena numru ta' forzi tas-sigurtá Libjani kienu mħanxrin mill- forzi militanti tal-ISIS u oħrajn inqatlu fi ġlied. Tkompli f 'paġna 7 'Wara Konrad imiss lilna' LILLUM tista' tiżvela kif tliet Deputati Nazzjonalisti din il-ġimgħa, avviċinaw lil Ministru Konrad Mizzi personalment u qalulu li ma jaqblux mal-attakki li qegħdin isirulu mill-Partit Nazzjonalista. Infurmawh ukoll li l-grupp Parlamentari Nazzjonalista mhux magħqud dwar l-attakki tal-PN fuq Mizzi, għax teżisti biża' li dawn se jwasslu biex jibdew ikunu attakati l-interessi finanzjarji ta' ħafna mid- deputati Nazzjonalisti. Din il-gazzetta għandha l-ismijiet tat-tliet Deputati Parlamentari li esprimew din l-opinjoni ma' Mizzi, minn wara dahar id-Deputati Nazzjonalisti l-oħrajn. Fost dawn, wieħed minnhom saħansitra kien jifforma parti mill-Kabinett Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi. Kien f 'nofs il-ġimgħa li għaddiet li f 'kumment mal-MaltaToday, il-Ministru Konrad Mizzi żvela li huwa kien fetaħ trust fi New Zealand u kumpanija fil-Panama. Dan, stqarr Mizzi, kien ġie ikkreat biex l-assi u l-flus tal-familja Mizzi jiġu ġesiti bl-iktar mod għaqli. Minkejja li Mizzi qal li iddikjara dan biex ikun "miftuħ u trasparenti," il-każ tefgħu taħt skrutinju intens mill-midja lokali u attakki mill- Oppożizzjoni Nazzjonalista. Il-kritika l-aktar li qed tkun ibbażata fuq il-fatt li mhux ċar minn fejn kienu ġejjin il-flus, anke jekk Mizzi qed jargumenta li kollox se jkun trasparenti u se jitpoġġa għall- iskrutinju fuq il-mejda tal- Kamra tar-Rappreżentanti. Punt qawwi ta' kritika kien il-fatt li l-Panama, fejn hemm il-kumpanija li fiha rreġistrat it-trust ta' Mizzi, huwa pajjiż assoċjat mal-ħasil ta' flus kif ukoll mal-evazjoni tat- taxxa. Dan apparti li huwa pajjiż blacklisted mill-Unjoni Ewropea. Il-fatti dwar dan il-każ ġew żvelati lejliet l-elezzjoni tad- Deputat Mexxej tal-Partit Laburista fejn Mizzi kien l-uniku kandidat, u kellu l-appoġġ ta' Joseph Muscat. Matul il-ġimgħa, Mizzi ħabbar ukoll li l-kuntratt lil Sai Mizzi bħala mibgħuta speċjali tal-Gvern ta' Malta f 'Shanghai ma kienx se jiġi estiż. Hu qal li l-affarijiet kienu nbidlu wara li hu kien sar deputat mexxej.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016