Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 11 Intervista l-kunsens għall-prekarjat' gazzetta. Għal dan, id-deputata Nazzjonalista qalet li l-figura kbira mmens ta' iktar minn 1,000 persuna li f 'Jannar li għadda ma baqgħetx fuq ir-reġistru tal-qgħad, iġiegħel lil dak li jkun jaħseb, u tiddubita din iċ-ċifra. Hawnhekk, Mifsud Bonnici tgħid li kieku dan huwa verament il-każ, is-sitwazzjoni tkun waħda ideali, iżda "jirriżulta li mijiet minnhom, minflok qegħdin jirreġistraw mal-ETC, illum qegħdin jaħdmu ma' kumpanija li hi ssusidjata mill-GWU għaliex rebħet it-tender, b'kuntratti ta' tliet xhur u b'rati li meta tqabbilhom ma' ħaddiema tal-istess xogħol, huma ferm inqas." Għalhekk, dwar dan Mifsud Bonnici tistaqsi jekk dan huwiex meqjus prekarjat, "għax għalija, dan ifisser li l-Gvern qed jagħti l-kunsens tiegħu biex dawn il-persuni jaħdmu bil-prekarjat." Minbarra dan, id-deputata tistaqsi wkoll jekk jistax ikun li dan l-ammont ta' persuni li qed jonqsu minn fuq ir-reġistru tal-qgħad huwiex għax il-Gvern ikkrea ħafna postijiet mal-Gvern stess. 'Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista, li sa ftit snin ilu kien hu fil-Gvern, għamel biżżejjed biex jindirizza din il-problema?', issaqsi din il-gazzetta. Pronta tkun ir- risposta ta' Mifsud Bonnici li tgħid li, "l-mument li ngħidu li gvern għamel biżżejjed, inkunu fallejna. Żgur li gvern Nazzjonalista, minkejja li kien ħadem, ma kienx għamel biżżejjed, u anke kif jidher fil-programm elettorali, il-prekarjat kien qed jiġi indirizzat, billi beda mis-settur pubbliku billi assigura li l-ħaddiema li jkunu qed jaħdmu f 'dipartimenti tal-Gvern, ma jkunux qed jaħdmu bil-prekarjat." 'Ikollhom jaħdmu fil-prekarjat għax jinqatgħulhom il-benefiċċji' Parti min-nies li l-aktar qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal- ħajja, tispjega Mifsud Bonnici huma dawk li jaħdmu bil-prekarjat, speċjalment dawk li jkunu single parents. Sostniet li bosta single parents qed jispiċċaw jaħdmu xogħlijiet prekarji biex ipattu għad-differenza fid-dħul tagħhom minħabba l-iskema tat-tapering of benefits, fejn il-benefiċċji jonqsu gradwalment tul tliet snin sakemm jispiċċaw totalment. Fil-fatt, sostniet kif dawn bilfors ikollhom isibu xogħol, "għax jekk inti qed tnaqqasli mill-assistenza soċjali, jien bilfors irrid mmur naħdem, għax mhux se jkolli biex ngħix." Kompliet issostni li dan it-tapering of benefits isir ukoll f 'każi ta' persuni li jiddependu mill-għajnuna soċjali u jinsabu bla xogħol, u minħabba f 'hekk ifittxu xogħol, li mhux dejjem ikun iħallas tajjeb u b'kundizzjonijiet ideali, għaliex, "diment li inti tibqa' ma taħdimx, jibda jnaqqaslek is-social assistance, u allura jkollok issib taħdem...u x'xogħol li qed isibu huwa propju prekarjat." Minkejja dan, fuq is-sit uffiċjali tal-Gvern dwar is-sigurtà soċjali, huwa mniżżel speċifikament li jibdew jitnaqqsu dawn il-benefiċċji lil persuni li jkunu jinsabu f 'impieg jew ikollhom dħul daqs il-paga minima jew iktar. 'Il-barranin qed jagħmlu x-xogħol li ma jridux il-Maltin' F'bosta setturi, imma partikolarment dawk tat-turiżmu, naraw rekords kontra rekords, ta' turisti u profitti, però spiss ikun hemm sitwazzjonijiet fejn ħaddiema jitħallsu biċ-ċiċri waqt li l-kumpanija tkun qed tagħmel qligħ kbir. Dwar dan, id-deputata Nazzjonalista qalet li hija ħaġa li tinħass b'mod ċar li hemm numru ta' barranin, ġeneralment minn barra l-UE li huma lesti li jiġu pajjiżna u jaħdmu bi ftit flus, ħaliex huwa dejjem aħjar minn pajjiżhom. "Però, dan ix-xogħol li jagħmlu dawn in-nies, ma jkunux qed jagħmluh il-Maltin, u jien ma naqbilx mal-ħafna nies li jgħidu li l-barranin qed jeħdulna xogħolna. Ġeneralment, dawn ikunu xogħlijiet li l-Maltin ma jkunu iridu jagħmlu, u jkunu xogħlijiet ta' tbatija." Minħabba f 'hekk, Mifsud Bonnici tkompli ssostni li hemm bżonn ta' qafas legali biex tali abbużi jinqatgħu. 'Il-PL m'għadux il-partit tal- ħaddiema' Il-Partit Nazzjonalista, fil-kritika tiegħu spiss jitkellem dwar il-PL li qed jinqata' minn mal-ħaddiem u dawk li fil-passat kien meqjus bħala t-tarka tagħhom. Dan ifisser li issa l-PN, qed jipprova jieħu dan it-titlu ta' partit tal- ħaddiem billi jabbraċċa dik is-sezzjoni ta' nies li tħossha 'abbandunata' mill- PL? Għal dan Paula Mifsud Bonnici tgħid li ħafna nies m'għadhomx iħossu li l-PL għadu dak li kien, jiġifieri, l-partit tal-ħaddiem. "Dak il-partit li dejjem kien isejjaħ lilu nnifsu bħala l-partit tal-ħaddiema, illum issib ħafna nies li jgħidulek li l-PL m'għadux il-partit tal- ħaddiema. Tkun il-partit tal-ħaddiema jekk tkun qed tieħu miżuri biex taġevola lill-ħaddiema stess. Imma dan il-Gvern għamel affarijiet li juru bil-kontra, u n-nies qed iħossu li dan il-Gvern qed jagħmel diskriminazzjoni bejn il-persuni li jaqilgħuha u jikluha u l-faxxa ta' nies li għaddejjin tajjeb u ma jonqoshom xejn." U dwar il-PN bħala l-partit il-ġdid tal-ħaddiem, Mifsud Bonnici temmen li m'għandux ikun hekk biss, imma jeħtieġ li jkun il-partit ta' kulħadd. "Jekk Alla jrid, in-nies ikunu qed isibu lill-Partit Nazzjonalista, mhux biss bħala l-partit tal- ħaddiema, imma l-partit li jara li l-bżonnijiet ta' kulħadd bla ebda differenzi, jkunu qegħdin jiġu indirizzati u l-problemi tagħhom, intaffuhom." Il-PN żgur ma jistax jgħid li l-prekarjat qatt m'eżista, imma naħseb li kompla jikber issa " " Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016