Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
12 illum | Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 minn John Busuttil ANDREA Muscat appena 20 sena twieled ir-Rabat, Għawdex fit-3 t'Awwissu 1995. Studja l-Universitá ta' Malta fejn iggradwa bil-B. Sc. (Hons) Earth Systems u għadu jistudja fl-istess Universitá filwaqt li fil-ħin li jibqgħalu, jaħdem fuq il-paġna ta' Gozo Weather Page li f 'dawn l-aħħar xhur ħadet popolaritá kbira għax it-tbassir tiegħu ftit jew xejn ifalli. Paġna fuq Facebook li anke jekk ta' etá daqshekk żgħira, diġá akkwista żewġ unuri, wieħed prestiġġjuż mogħti mir-Raħal tiegħu, l-Għarb bil-ġieħ ta' Għarb Gozo Cultural Award u anke f 'Novembru tal-2014 rebħet l-unur ta l-aħjar paġna informatika fuq Facebook, mill-Gżejjer Maltin kollha. Iżda x'wassal lil Andrea biex jidħol f 'din l-isfera tat-tbassir tat-temp? "Kienet ħolma tiegħi min mindu kelli etá żgħira. Kotba, ġugarelli, programmi fuq it-televiżjoni kollox kien ikollu x'jaqsam mat-temp. It-temp huwa ħaġa affaxxinanti u xtaqt li n-nies isiru jħobbuh u jifmuh aktar. Ma kienx ikun possibli li nasal fejn qiegħed illum, li kieku ma kienx għall-appoġġ tal-familja u sħabi, li dejjem iħeġġuni biex il-ħolm tiegħi jsir realtá." Il-fatt li Andrea hu Għawdxi ġegħelni naħseb li kien dejjem moħħu fit-temp għax ried jaqsam bil-vapur u ried ikun jaf kif inhi s-sitwazzjoni tal-baħar, iżda jidher li jien żbaljat u mhux il-każ għax qal li dan il-fatt qatt m'affetwah. "Iżjed affetwani l-fatt li Għawdex huwa ferm iżgħar minn Malta, u b'hekk l-effett tat-temp jinħass u jidher ħafna aktar, speċjalment fix-xitwa. Dak jaffaxxinani ħafna." Ippruvajt insib raġuni oħra u staqsejtu jekk li l-fatt li ġej minn raħal rurali, l-Għarb għenx biex allura dejjem ikun moħħu fit-temp u hawn ilqatt il-likk. "Iva, dak kien fattur importanti ħafna. Ir-raħal tal-Għarb jogħġobni ħafna għax imdawwar bin-natura u l-baħar jidher kważi minn kullimkien. Is-sbuħija tal- kampanja bla mittiefsa mill- bniedem waqt xi maltempata huwa wieħed mill-aqwa xeni li tista' tara. U billi l-Għarb qiegħed eżatt fil-punent estrem ta' Għawdex, x'ħin jaħkem il-majjistral tkun qisek qiegħed waqt l-aqwa avventura ta' ħajtek!" Ħafna huma dawk li dejjem jidħku jew jippruvaw iwaqqgħu għaċ-ċajt meta xi ħadd ibassar xi maltempata u ma tasal qatt. U għal dan, Andrea għandu raġuni ferm valida. "Diffiċli ħafna li tbassar it-temp f 'Malta u Għawdex. Għalkemm aħna żgħar, it-temp ivarja ħafna minn lokalitá għall- oħra, speċjalment waqt xi maltempata. L-ewwel nett, it-temp jinbidel b'mod kontinwu. Hemm ħafna elementi li jiffurmawh u jbiddluh. Fuq medda daqshekk żgħira ta' art, trid tkun il-ħin kollu attent għall- monitors u ssegwi r-ritratti tas-satelliti, biex tkun preċiż fit-tbassir. It-tieni nett, trid tifhem li t-tbassir tat-temp għal Malta jinkludi medda ta' madwar 80 kilometru 'il barra minn xtutna. Għalhekk meta xi drabi l-maltemp jgħaddi eżatt minn mal-kosta jew fuq il-baħar, ma jfissirx li r-rapport tat-temp kien ħażin. Li tista' tbassar bla problemi huwa r-riħ, dak dejjem jasal u eżatt fil-ħin, peress li l-effetti tiegħu jkunu fuq distanzi akbar minn fenomeni oħra." Andrea ddeċieda li fl-2012 meta kellu biss 17-il sena, joħloq paġna fuq Facebook bl-isem ta' 'Gozo Weather Page' li mit-twelid tagħha, il-pubbliku wera interess u entużjażmu kbir, "u dan għamilli kuraġġ biex inkompli nistinka u naħdem biex noffrilhom dak li xtaqu. Wara kollox, it-temp jaffetwa l-ħajja tagħna ta' kuljum. Lanqas temmen kemm hawn nies iħobbu t-temp, jew aħjar il-maltemp. Il-fatt li fil-gżejjer Maltin is-sajf huwa twil u qalil, ħafna nies jistennew ix-xitwa b'ċertu entużjażmu. Il-paġna Gozo Weather Page ħadet spinta kbira fil-popolaritá wara li f 'Novembru tal-2014 rebħet l-unur tal-aħjar paġna informatika fuq Facebook, mill-gżejjer Maltin kollha. Fis-sajf tal-2015 ġejt onorat bl-Għarb Gozitan Cultural Award għas-servizz tiegħi, u b'hekk il-paġna żiedet aktar fil-popolaritá. Din il-paġna jsegwuha wkoll ħafna emigranti Maltin u Għawdxin imferrxa f 'diversi pajjiżi, kif ukoll turisti li jkunu ġejjin iqattgħu xi btala hawn. Mhux l-ewwel darba li artikli u ritratti mill-paġna tiegħi jigu pubblikati fuq siti elettroniċi oħra, kemm lokali u internazzjonali, fosthom space.com, Euronews u MeteoWeb." Iżda Andrea kif jirnexxilu jaqta' t-tbassir tiegħu? "B'dedikazzjoni kbira, paċenzja u ħin. Nipprova nżomm ruħi aġġornat bl-aktar mezzi avvanzati f 'software u apparat, u fl-istess ħin monitoraġġ kontinwu ta' data riċenti. Fix-xitwa speċjalment, trid tkun dejjem alert għax it-temp jinbidel malajr." Andrea qal li minn kemm ilu miftuħ dan is-sit, ħadem u mexxieh waħdu f 'rigward ta' temp u kwalunkwe xogħol relatat miegħu. "Dan is-sit tista' tgħid li hu parti minn ħajti 24/7. Nirċievi ħafna emails, messaġġi u posts li nipprova nwieġeb bl-aħjar mod li nista'. Huwa sit fejn flimkien mal-pubbliku, nagħtu importanza lill- fotografija u l-astronomija, li huma żewg passatempi oħra tiegħi." Iżda eżattament kemm jeħodlu ħin dan it-tbassir u x'tip ta' strumenti juża? "Meta t-temp ikun bnazzi jeħodli ħin mill-anqas, iżda żminijiet ta' maltemp jirrikjedu aktar xogħol u ħin biex ikun possibli li nżomm il-paġna aġġornata u l-pubbliku infurmat sew. Is-sistema li nuża għat-tbassir tat-temp hi waħda kompjuterizzata. L-apparat li jkejjel ir-riħ, ix-xita u l-umditá huma mqabbda b'sistema wireless ma' weather station li tittrażmetti din id-data lil software fuq kompjuter u b'hekk, tidher kontinwament online. Apparti dawn, għandi software ieħor li jiena nuża biex inkun nista' naqra u ninterpreta r-riżultati tas- software u b'hekk inkun nista' noħrog rapport tat- temp aġġornat u fl-inqas ħin possibli. Kultant peró, taqra tbassir minn wieħed għall-ieħor u ma jkunx jaqbel, x'jikkawża dan? "Dan jista' jiġri għax mhux kulħadd juża l-istess software biex ibassar it-temp u għax software differenti ma jiġux aġġornati fl-istess ħin. Fl-aħħar mill-aħħar, kollox jiddependi fuq l-interpretazzjoni personali ta' min ikun qed jaqra l-mudelli ġġenerati minn dan is- software." 24 siegħa kuljum għal sebat ijiem għandi nifhem li jħallulu xi introjtu mhux ħażin, iżda jidher li dan mhux il-każ, għax is-servizz ta' din il-paġna Andrea joffrih b'xejn. "Hija xi ħaġa li nħobb nagħmel u tagħtini sodisfazzjon kbir. Il- pubbliku jgħinni billi jibgħatli ħafna ritratti u video clips, iżda l-akbar għajnuna huma Għawdex Andrea: Iż-żagħżugħ Għawdxi • Il-paġna tiegħu rebħet l-unur tal-aħjar paġna informatika fuq Facebook, sena u nofs ilu • Jaħdem fuq il-paġna 24/7 u l-uniku ħlas hu l-apprezzament tal-pubbliku • Jgħid li l-maltemp jista' jaqbżek u jgħaddi mal-kosta iżda r-riħ dejjem tista' tbassru "Is-sbuħija tal- kampanja bla mittiefsa mill- bniedem waqt xi maltempata hija waħda mill-aqwa xeni li tista' tara" Andrea jingħata l-ġieħ ta' Għarb Gozo Cultural Award