Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 13 Ghawdex FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA Għawdxi li jbassar it-temp l-kliem ta' inkoraġġiment, apprezzament u ringrazzjament mill-pubbliku li jgħinuni nkompli nagħmel dak li verament inħobb." Rikonoxximent li żgur se jibqa' memorabbli għalih u jinkoraġġih ikompli jtejjeb is-servizz, hu meta l-Għarb għażel li jirikonoxxih bl- Għarb Gozo Cultural Award. "Kienet sorpriża sabiħa ħafna, ħassejtni onorat u fl-istess ħin kuntent li fost daqshekk nies bravi u ħabrieka mir-raħal tal- Għarb, kont jien li intgħażilt għal dan l-unur prestiġġjuż min-naħa tas-Sindku u l-kunsilliera tal-Għarb. Inħossni sodisfatt ħafna li s-servizz u dedikazzjoni tiegħi huma apprezzati." Andrea mhux fi ħsiebu jieqaf hawn, "L-ewwel u qabel kollox irrid inkompli naħdem bl-istess interess u dedikazzjoni fuq il-paġna tiegħi. Bħalissa ninsab fl- aħħar sena tal-istudji tiegħi fl-Universitá ta' Malta. Meta niggradwa nixtieq inkompli nispeċjalizza fit-temp. Naħseb li mhu se nixba qatt nitgħallem u niskopri affarijiet ġodda fuq it-temp, għax huwa suġġett vast u interessanti, u fl-istess ħin ta' importanza kbira għall- bniedem, speċjalment kif qiegħed dejjem jinbidel u jsir daqshekk imprevedibbli." Min irid ikun jaf eżatt x'kapaċi jagħmel dan iż- żagħżugħ Għawdxi li għandu mħabba kbira lejn it-temp u naturalment jaffaxina ruħu bil-maltemp, filwaqt li jrid ikun jaf kif se jkun it-temp ta' għada jew ta' ftit sigħat ilu, jfittex il-paġna 'Gozo Weather Page' fuq Facebook. "Li tista' tbassar bla problemi huwa r-riħ, dak dejjem jasal u eżatt fil-ħin, peress li l-effetti tiegħu jkunu fuq distanzi akbar minn fenomeni oħra" Andrea jiġbed ir-ritratti tal-maltemp li wara jitfagħhom fuq il-paġna Gozo Weather Page