Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 15 Opinjoni M'intomx se tikkonvertuna M a nistax ma nesprimix il- perplessitá tiegħi jien u naqra l-position paper maħruġa mill-Knisja dwar il-Bill on Conversion Therapy. L-arroganza li ntużat, kemm biex tiġġustifika l-conversion therapy fuq nies LGBTIQ u kemm meta tasal tgħid li persuni eterosesswali hemm ċans li jigu ddiskriminati minn din il-liġi, hija xi ħaġa inkredibbli. Nixtieq ngħid lil dawk is-seba' persuni li kitbu l-position paper f 'isem il-Knisja - is-salvaturi tal- eterosesswali mill-ħakma kkulurita tal-omosesswali - li l-vera diskriminazjoni qiegħda fuqna, in-nies LGBTIQ. Id-diskriminazjoni tibda minn mindu tkun għadek żgħir. Is-soċjetá dderrik u tiddettalek kif għandek taġixxi u lil min għandek tħobb. Minn etá żgħira nkunu bbumbardjati b'immaġini ta' żewġ persuni tas-sess oppost, daħkana, maħbubin u ferħanin. L-ebda tip ta' viżibbiltá għal min ma jaqax taħt dan il-mudell - dawk li jkunu daħkana, iħobbu u jkunu ferħanin ma' persuna tal- istess sess tagħhom. Meta tibda tikber, tibda tħossok differenti u żbaljat, tibża' minn dak li tħoss ġewwa fik, tibża' li għandek xi ħaġa ħażina, tibża' li fid-dinja m'hawnx nies oħra bħalek. Din il-biża' tiġi minħabba nies bħal dawn li kitbu l-position paper - nies li minflok jagħmluha faċli għal nies bħalna jegħlbu dawn id- diffikultajiet maħluqa mis- soċjetá, minflok jiddefendu terapija li sa waslet lil nies biex jikkomettu suwiċidju. L-inviżibbiltá tagħmlek vulnerabbli, dgħajjef, ineżistenti. Din hija l-vera problema li rridu niġġieldu. M'għandniex bżonn terapiji li jgħidulna biex naċċettawx dak li aħna. Għandna bżonn kotba li minn mindu nkunu żgħar, juruna li fid-dinja hawn diversitá ta' mħabba u forom differenti ta' familja. X'inhi din il-biża' kollha minn tipi differenti ta' mħabba? Għandna bżonn kotba li juru tifla li tħossha mdejqa għax isimha jdejjaqha, hi tħosshha tifel, u t-tfal tal-klassi u sħabha tal-mużew jaċċettawha kif inhi u jirrispettaw id- deċizjonijiet tagħha għax l-aqwa li jarawha kuntenta. Dan kollu f 'Malta għadu ma seħħx. Kellna ċans tad-deheb ftit tax-xhur ilu bl-introduzzjoni ta' kotba li jitrattaw dawn it-temi, peró ma ddaħħlux. Mingħajr ebda sorpriża, l-ebda entitá tal-knisja ma tkellmet jew ħarġet position paper fuq id-diskriminazjoni fuq tfal LGBTIQ għax milli jidher, ċerti tfal huma inqas ugwali minn oħrajn. F'kurrikulu sħiħ ta' 5 snin tal-istudji soċjali, iż-żwieg bejn persuni tal-istess sess u t-tema ta' nies gay u leżbjani tissemma darba biss. Jekk mhux tal- mistħija dan il-fatt… Position paper għandha tinħareg ukoll b'solidarjetá ma' persuni trans li l-maġġoranza tagħhom ikollhom jaħdmu għal rashom għax isibuha diffiċli jsibu xogħol u jiġu rrifjutati minħabba l-identitá tal- ġeneru tagħhom. Il-Knisja setgħet qalet kelmtejn ta' solidarjetá wkoll ma' dawk in-nisa transesswali li jispiċċaw fiċ-ċirku tal- prostituzjoni biex iħallsu l-ispejjeż tal-operazzjonijiet li hawn Malta, mhuwiex provdut mill-istat. Dan kollu ma jseħħx għall-gost. Dan huwa bżonn biex persuna tħossha dak li verament hi. Ninsab mimli dispjaċir għax għadni ma nistax nifhem kif aħna dejjem spiċċajna l-vittmi ta' ideoloġiji u reliġjonijiet differenti. Ġejna mibgħuta fil-kampijiet ta' konċentrament fi żmien in- Nazziżmu, ġejna ċertifikati minn suppost 'esperti' bħala nies morda u mibgħuta ġo manikomji. Biex akkwistajna drittijiet bażiċi kellna niġġieldu għal snin twal biex imbagħad naslu fl- 2016, nisimgħu lill-Knisja titbaqbaq fuq 'dritt' li tmur għal terapija biex tgħinek issir eterosesswali u tiċħad dak li vera int. Jien, minn hawn, messaġġ wieħed għandi għal ġenituri, tfal, żgħażagħ, nanniet u kull min b'xi mod għandu kuntatt ma' nies LGBTIQ. Nies bħalna dejjem kien hawn fl-istorja, konna hawn u se nibqgħu hawn. M'għandniex għalfejn inħossuna morda għax m'aħniex. 'L-esperti' jgħidu ħafna xorti. Aħna m'aħniex morda, aħna nies b'kapaċitajiet u difetti daqs ħaddieħor, bid-differenza li l-eżistenza tagħna mhix viżibbli u sta għalina li nagħmluha viżibbli kemm jista' jkun. Tistħux tgħidu li intom gay, trans, leżbjani. Dawn il-kliem joħolqu spazju fejn ma kienx jeżisti. Tkellmu u uru min intom bis-saħħa, biex il- ġenerazzjoni li jmiss, issib pajjiż aħjar milli sibnieh aħna. Alex Caruana Membru tal-Moviment Graffitti "Biex akkwistajna drittijiet bażiċi kellna niġġieldu għal snin twal biex imbagħad naslu fl-2016, nisimgħu lill- Knisja titbaqbaq fuq 'dritt' li tmur għal terapija biex tgħinek issir eterosesswali u tiċħad dak li vera int" "Tibża' minn dak li tħoss ġewwa fik, tibża' li għandek xi ħaġa ħażina, tibża' li fid-dinja m'hawnx nies oħra bħalek" ALEX CARUANA