Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
G ħal ġimgħat sħaħ, tista' tgħid wara li jagħlaq l-istaġun tal-Milied, l-islots tat- telebejgħ, fuq l-istazzjonijiet kollha, bdew l-assedju sħiħ ta' reklamar ta' lbiesi (anki tat-tfal) għall-preċett u l-griżma. Tfal, adolexxenti u nisa ommijiet, jingħataw pariri 'professjonali' dwar x'ilbiesi għandhom jilbsu għaċ-ċerimonja, bil-kpiepel u l-fascinators b'kollox. Il-vanità suprema fuq kollox. L-ommijiet jidħlu f 'konkors bejniethom dwar parata ta' moda għall-festi tal-preċett u l-griżma. U l-ommijiet idaħħlu fil- konkors lil uliedhom ukoll. Ħafna drabi din tkun okkażjoni grotteska b'nisa korpużi lebsin kappell imkittef. Ir-reklamar qiegħed taħt imnieħer kulħadd. Imma l-Knisja ma tissugrax titkellem biex ma titlifx aktar 'fidili'. Fuq il-palk: sensazzjonaliżmu sesswali u umanità Fir-repertorju teatrali tax- xahar li għadda, ittellgħu żewġ produzzjonijiet totalment differenti minn xulxin. Staġun Teatru Malti, il-kumpanija ta' Mario P. Azzopardi li issa saret notorja għas-sensazzjonaliżmu u għal kif tuża s-sess biex tbigħ, ippreżentat Ħabbilni ħa Nirbaħ. Magħha, il- produzzjoni ġabet kunflitt qawwi bejn ir-reġista Sean Buhagiar u l-istess Azzopardi, li biż-żjarat tiegħu mill-Kanada ma xebax jinsulenta lill-Maltin li ma jiħdux it-teatru bid-dixxiplina meħtieġa. Dan il-persunaġġ, li ħafna jgħidu li hi "ħaġa impossibbli li taħdem miegħu" jaħseb li hu xi xemx ġdida li telgħet fuq il-palk Malti. Min ħadem miegħu jallega kemm hu bully, kemm jgħajjat u jwerżaq u kemm jintimida lill-atturi u t-tekniċi b'kull xorta ta' kliem vulgari. Lil Sean Buhagiar ittrasformah f 'kelb tal-but, sakemm dan telagħlu u telaq mill-produzzjoni. Azzopardi kien ħoloq skandlu wkoll meta ħareġ, bħala direttur tal-V18, b'diskors xenofobiku kontra l-Iżlam. Mill-banda l-oħra, f 'nofs Frar il-grupp Unifaun Theatre ippreżenta Lampedusa ta' Anders Lustgarten fit-Teatru St. James Cavalier. Jidher li din id-darba il-Unifaun tbiegħdu mit- tendenza vjolenti tal-għażliet in-yer-face tagħhom u għażlu xogħol ta' immedjatezza, umanità u solidarjetà ma dawk l-erwieħ emigranti li qed jieħdu s-sogru li jindifnu fil-qiegħ tal-Mediterran jew l-Eġew. Storja ripetuta qrib xtutna wkoll, fejn is-sajd m'għadux aktar għall-ħut, iżda għall-katavri. Sadanittant, is-saga tal- Istaġun Teatru Malti għadha sejra, b'sorsi anki mill- Kanada, fejn ħadem Mario Philip Azzopardi, isostnu kemm hu "dittatur," l-hekk imsejjaħ impresarju Malti, li jaħseb li qabel wasal hu, il-palk lokali kien primittiv u selvaġġ b'atturi minn wara l-muntanji. Il-fatt hu li biex itella' x-xogħlijiet tiegħu għall- kumpanija Staġun Teatru Malti, Azzopardi jinqeda b'atturi u tekniċi li ħarrġu lilhom infushom wisq qabel tfaċċa hu mill-Kanada, mnejn wasal biex ibigħ prodott mimli sensazzjonaliżmu sesswali. Fejn wasalna bil-V18? Is-sena 2018 riesqa bil- ħeffa u magħha l-programm li suppost hemm maħsub għall-V18. Iżda minflok l-istruttura denja ta' programm Ewro- nazzjonali għall-kultura, Malta nqabdet fi tnalja ta' kontroversja bejn il- proklamat direttur artistiku u s-sanchopanza tiegħu, Sean Buhagiar, ingaġġat mingħajr ħadd ma jaf kif u x'fatta minn Azzopardi stess. Imma rrid nieqaf ftit fuq V18. Sirna nafu wara kollox, li Azzopardi, li nvesta fl- elezzjoni tal-2013 meta ra fejn kien qed jonfoħ ir-riħ u ngħata position of trust, li dan il-psewdo-guru tat- teatru se jkollu f 'idejh biss sitt avvenimenti x'jieħu ħsieb għall-V18. Mill-bqija, ħadd ma jaf xejn, wisq inqas l-artisti u n-nies tal-kultura l-oħra, bis-soltu apatija tagħhom. Lanqas biss tkellmu meta saru allegazzjonijiet fil-media li Azzopardi saħansitra "heddidhom li jimblokkahom politikament bis-saħħa tal- konessjonijiet li għandu." Hemm aspett ieħor importanti dwar V18. Dan il-programm ewro-nazzjonali suppost iħalli wirt għat-tul għall-poplu Malti. Imma ħadd ma jaf x'se jkun dan il-wirt. Aktar minn 80% ta' sondaġġ (mhux xjentifiku) fit-Times wera li in-nies trid lil Mario Philip Azzopardi jitneħħa għal diversi raġunijiet, fosthom għall- bulliżmu, il-vulgaritajiet u r-razziżmu tiegħu. Iż-żgħażagħ bħala props Hemm żgħażagħ Maltin li jintużaw mill-politiċi għall- propaganda sfaċċata. L-aktar eżempju akut ta' dan hu meta jidhru fil-media fillieri ta' żgħażagħ, skjerati bħal sentinelli mingħajr spirtu, fl-isfond ta' xi diskors politiku minn mexxej ta' partit jew ieħor. Issa jista' jagħti l-każ li dawn iż-żgħażagħ diġà huma 'akkolti' u d-dehra tagħhom fuq l-iskrin jinvestuha għal meta l-partit li jissapportjaw ikun fit-tmexxija tal-pajjiż. Huma diġà jkunu l-preferuti. Dawn iż-żgħażagħ jippreferu l-messa in xena politika, il-palk fejn jintużaw bħala props jew forċini għal dawk li jmexxu. Sitwazzjoni patetika. Dawn iż-żgħażagħ lesti jpartu l-ispirtu tagħħom mas- sottomissjoni biex jaqdu lill- partit (jew lilhom infishom, fil-ġejjieni). Il-mewt ta' Umberto Eco Il-ġimgħa l-oħra tħabbret il-mewt tar-rumanzier, lingwista, saġġista, akkademiku u semjotiku Umberto Eco (1932-2016), li f 'Malta forsi kien magħruf l-aktar bħala l-awtur tar- rumanz 'Il nome della rosa' li fuqu nħadem il-film enigmatiku b'Sean Connery fil-parti ewlenija. Eco ħadem għal madwar ħames snin fit-televiżjoni (RAI) fejn iltaqa' ma' persunaġġi bħal Stravinsky, Boulez u Brecht, fost ħafna oħrajn. Snin ilu il-BBC Radio 4 kienu staqsewh liema ktieb jagħżel, minbarra Shakespeare u l-Bibbja, kieku kellu jsib ruħu waħdu fuq gżira. Wieġeb li jagħżel id-direttorju tat-telefown ta' New York. Meta staqsewh għaliex qal li dak id-direttorju jinkludi l-kunjomijiet kollha mondjali, li fuqhom seta' jibni bosta stejjer. Eco miet ta' 84 sena u kien kremat, kif xtaq. 18 illum | Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 'Ħabbilni ħa nirbaħ' u kpiepel tal-preċetti Opinjoni MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI "L-hekk imsejjaħ impresarju Malti jaħseb li qabel wasal hu, il- palk lokali kien primittiv u selvaġġ b'atturi minn wara l-muntanji" Mara bil-fascinator għall-preċett: jaf ikun aċċessorju grottesk