Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Kapitli li jeħtieġ jingħalqu D in il-ġimgħa, il-Ministru Konrad Mizzi ħabbar li martu Sai Mizzi ma kienx se jiġġeddilha l-kuntratt li kellha bħala mibgħuta speċjali tal-Gvern fiċ-Ċina. Sai Mizzi kienet saret popolari mal-Maltin għar- raġunijiet il-ħżiena u isimha sar sinonimu ma' kapitlu ieħor li lanqas biss kellu jinfetaħ, aħseb u ara kemm kellu jħammar wiċċ il-Gvern bħalma għamel. Sai Mizzi hija mart Konrad Mizzi. Li mart Ministru tinbagħat bħala mibgħuta speċjali ta' pajjiżna fiċ-Ċina diġá kienet biżżejjed biex tqajjem ħafna mistoqsijiet u dubji. Il-ħatra tagħha u l-pożizzjoni li kellha tul dawn l-aħħar tliet snin qatt ma waqfet tkun is- suġġett ta' kritika kontinwa, ċajt u l-għerq ta' ħafna imbarazzament għall-Gvern. Fil-fatt, il-ħatra ta' Sai Mizzi la kienet tajba għall-Gvern Laburista u lanqas għal Konrad Mizzi, li minkejja l-idea ġenerali li huwa Ministru li kapaċi jwettaq, spiċċa kellu jġorr il-biċċa l-kbira tal-iżball tal-kwistjoni 'Sai' hu. Imma jekk il-ħatra ta' Sai Mizzi m'għamlitx xi ġid partikolari lil Konrad Mizzi u lill-Gvern, s'issa għad hemm dell ta' dubji dwar kemm din il-kariga ħalliet ġid għall-pajjiż. Għalkemm hawn ħafna nies li jixtiequ li għandhom il-paga ta' din is- sinjura, il-mistoqsija tagħna u l-problema li jista jkollha din il-gazzetta mhix il-paga. Jekk persuna turi u tagħti provi biżżejjed li ta' dak li daħħlet fil-but ipproduċiet biżżejjed, mela allura m'hemmx problema. Hawn min qed jistaqsi, f 'termini reali, u apparti 'Memorandum of Understanding' wieħed, kemm ġie investiment grazzi għal din il-mibgħuta speċjali, kemm inħolqu impjiegi u kemm saru proġetti grazzi għall-preżenza ta' Mizzi fiċ- Ċina. Il-Gvern, minn issa s' Awwissu, għandu ċ-ċans kollu biex jagħlaq dan il- kapitlu darba għal dejjem billi juri biċ-ċar xi rwol kellha Sai Mizzi, kif qdiet dan l-irwol u kif serviet il-kariga li ngħatat lilha. Jekk dan isir, allura tal-inqas il-Gvern ikun jista' jgħid li minn dan il-kapitlu, il-pajjiż ħa xi ħaġa tanġibbli. ...l-iżball dwar it-terapija ta' konverżjoni L-istorja fuq il-faċċata ta' din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda dwar it-terapija ta' konverżjoni, qajjem ftit ta' furur mhux ħażin. Naturalment ma kinitx storja li kienet se togħġob lill-Knisja, u ta' dan konna konxji. Ir-rabja li esprimiet l-istorja kienet ibbażata fuq ir-rabja li kienet qed tħoss persuna li għaddiet minn terapija ta' konverżjoni u li rat ħajjitha, anke jekk għal żmien temporanju, tinbidel f 'infern. Huwa dan l-iżball li għamlet il-Knisja f 'dan l-episodju kollu. Fl-opinjoni ta' din il-gazzetta, minkejja li l-position paper għamlet aċċenn fuq ċerti grey areas u għamlet ukoll argumenti legali li jistgħu jkunu validi, ħalliet l-aktar komponent importanti barra. Ħalliet barra l-uman, ma kellmitx lil dawk li għaddew minn terapija ta' konverżjoni, ma ppruvatx tifhem aħjar il-weġgħat tagħhom u tal- familji tagħhom. U kien dan li wassal għal rabja minn settur żgħir ħafna ta' nies li fl-aktar mumenti vulnerabbli, minflok sabu min jgħinhom jaċċettaw in-natura tagħhom sabu min ifixkilhom u min jimlilhom moħħhom b'teoriji qarrieqa. Aħna ċerti li l-Knisja u l-Arċiqof Charles J. Scicluna ma kellhomx l-intenzjoni li jweġġgħu, u pożittivi dwar il-fatt li l-għada stess, l-istess Scicluna fakkar kif din it- terapija mhux aċċettabbli. Nisperaw li qatt iktar ma jintesa' l-uman fi kwistjonijiet bħal dawn u li jekk parti mill- pont inħaraq, nerġgħu nibnuh kemm jista' jkun malajr. Editur: Albert Gauci Cunningham