Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 23 Ikel Ciappetti – Mdina minn Bżar u Melħ FIL-WESGĦA ta' Sant' Agata, l-Imdina, tefa' ta' ġebla mis-sur fejn hemm l-isbaħ veduti minn din l-eqdem kapitali ta' Malta, insibu dan ir-restorant gustuż li joffri varjetá ta' ikel tipikament Malti u msajjar fit-tradizzjoni Maltija. Jien ħadt linguini bil-qarnit u capuccino. Li laqatni kien li l-qarnit kien imsajjar eżatt kif kienet tagħmlu ommi, inkluż dak in-naqra kappar fih, u waqt li kont qed nieklu kelli memorji sbieħ ta' meta kont għadni żgħir u l-ġenituri kienu għadhom ħajjin, ilkoll nieklu madwar il-mejda. Għax l-ikel mhux biss jimlik meta għandek il-ġuħ imma għandu l-poter li jġiblek memorji sbieħ. It-togħmiet jistgħu jfakkruk f 'affarijiet li ġraw snin ilu u li kienu ġew midfuna x'imkien fis-subkonxju, u togħma waħda familjari toħroġ dawn il-memorji u għall- inqas, f 'moħħna nerġgħu ngħixuhom mill-ġdid. Fil-fatt għal mumenti twal, waħdi f 'dak ir-restorant, kont qed ngħix fil-passat, fi żmien ieħor u f 'post ieħor. Sfortunatament dak il-mument għadda wkoll. Għax l-ikel tant kien tajjeb li spiċċajtu f 'kemm trodd salib. U dan meta lanqas kelli wisq ġuħ, aħseb u ara kieku kelli. Fuq il-menu wieħed isib l-istuffat tal-fenek, fwied tal-fenek, klamari mimli, ravjul magħmul bil-ġbejniet, spagetti biz-zalza tal-fenek, ħut u braġjoli. Iddeċidejt li l-braġjoli nħallihom għal darb'oħra li naħseb se jkun fil-futur qarib. Il-capuccino kien tajjeb ukoll, magħmul minn kafé ta' kwalitá tajba u ammont ta' ħalib eżatt u mhux mifqugħ bil-ħalib kif issibu f 'ċerti postijiet. Peró nixtieq li r-ristoranti kollha madwar Malta jeħduha drawwa li joffru tazza ilma lill-klijenti tagħhom, speċjalment meta jordnaw xi kafé, u għandu jkun totalment obbligatorju meta jordnaw espresso. Ciappetti, jekk jogħġobkom. Wieħed ma jistax igerger mis-servizz, li kien eċċellenti. L-ikel wasal malajr u bi tbissima, iżda I-aktar aspett li jispikka hija l-atmosfera ta' dan il-post, u allaħares ma kienx hekk. Ma nistax nimmaġina li wara li tagħmel sigħat timxi madwar din il-belt ġawhra, kellek tmur tiekol f 'post li ma joffrix ambjent li jaqbel ma' dak li ssib barra l-bieb. Imma jidher li s-sidien investew ħafna ħsieb biex jagħmlu dan ir-restorant verament wieħed b'atmosfera Maltija. L-unika ħaġa kont nagħmel hu li nżid l-isem bil-Malti fuq il-menú jew anke nagħti l-isem Malti bħala l-isem prinċipali tal-ikla u noffri traduzzjoni bl-Ingliż. U kif qegħdin fiha, fuq il-menus tagħna għaliex ma nibdewx noffru traduzzjonijiet bil-lingwi prinċipali Ewropej meta tikkonsidra li llum il-ġurnata għandna ħafna turisti ġejjin minn diversi pajjiżi Ewropej? Forsi wasal iż-żmien li nagħmlu wkoll traduzzjonijiet għall-Franċiż, Taljan, Ġermaniż, Spanjol u anke Russu. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma iqsar fix-xitwa milli fis- sajf. Fil-fatt, bħalissa jiftħu kuljum imma biss għall-ikla ta' nofsinhar għalkemm nhar ta' Ġimgħa u s-Sibt jiftħu wkoll għall-ikla ta' filgħaxija mis-7pm 'l quddiem. Ciappetti joffru wkoll ikel li hu ħieles mill-glutina u wieħed għandu jsaqsihom għal dan. Dar il-Fjuri: Dar oħra fil-komunità għall-persuni b'diżabbiltà IS-SEGRETARJU Parlamentari Justyne Caruana ilbieraħ inawgurat Dar il-Fjuri, li hi t-tieni dar fil-komunità għall- persuni b'diżabilità li tinsab f 'Għawdex. Din hija t-tieni dar minn għaxra li dan il-Gvern impenja ruħu li jiftaħ f 'din il-legiżlatura bħala parti mill-proġett soċjetà ġusta. Din id-dar se tkun qed tilqà sa' massimu ta' għaxar persuni b'diżabilità u se tkun qed tiġi operata mill-Aġenzija Sapport. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fakkret li waħda mill-wegħdi elettorali tal-Gvern kienet ta' serħan tal-moħħ għall- ġenituri u familjari ta' persuni b'diżabilità, u din id-dar se tkun qed tipprovdi servizz skont dak stipulat fl-istandards għas-servizzi residenzjali għall-persuni b'diżabilità. Hija fakkret li din id- dar ġiet magħżula wara li nħarġet espressjoni t'interess għal djar fil-komunità f 'Għawdex u sar xogħol estensiv biex din il-proprjetà saret kompletament aċċessibbli. Semmiet xi proġetti oħra b'risq il-persuni b'diżabilità li saru f 'Għawdex fosthom il-Learning Hub għall-persuni b'diżabilità, it-taħriġ tal-lingwa tas- sinjali għall-persuni neqsin mis-smigħ, it-twaqqif ta' Special Olympics f 'Għawdex, l-uffiċċju l-ġdid tal-KNPD, il-front desk tal-Aġenzija Sapport li wkoll permezz tiegħu, impjegati Għawdxin li jaħdmu f 'Malta ġew jaħdmu f 'Għawdex u li permezz tiegħu fi żmien li ġej se jigu ħaddiema oħrajn. Is-Segretarju Parlamentari Caruana semmiet ukoll il-progett ta' sheltered employment li qed isir b' kollaborazzjoni mal- korporazzjoni għat-taħriġ u x-xogħol, kif ukoll il-proġett li qed isir bħalissa li permezz tiegħu, tmenin persuna b'diżabbiltà se jkollhom impjieg. B'hekk qiegħed jinħoloq xogħol f 'Għawdex għall-Għawdxin anki għall- persuni b'diżabilità. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana kkonkludiet billi qalet li l-Gvern bħalissa qiegħed jaħdem fuq ħamest idjar fil-komunità oħra li jinkludu waħda f 'Ħaż- Żabbar u waħda f 'Pembroke. pensions newspaper ad.indd 13 22/02/2016 10:26 AM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016