Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Naxxar L ..................... 0 Tarxien R .................... 3 TARXIEN Rainbows irritornaw għar-rebħ meta kkonvinċew bis-sħiħ lil Naxxar Lions bl-iskor ta' 3-0. Kienu r-Rainbows li ħolqu l-ewwel periklu meta xutt ta' Alex Nillson għadda ftit barra ma' sieq il-lasta, u ħames minuti biss wara, freekick ta' Ayrton Azzopardi, dejjem għar- Rainbows għadda jħakkek mal-lasta. Naxxar Lions wieġbu għall-ewwel darba fil-21 minuta, meta minn cross ta' Alvaro Javier Hungaria Rosero, għola tajjeb in- numru 10, Daren Falzon, li iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu minn taħt il-lasti tgħaddi ftit għoli mil-lasti tal-goalkeeper żagħżugħ tar-Rainbows, Andrea Cassar. Ir-Rainbows fetħu l-iskor fl-40 minuta meta l-captain Triston Caruana niżżel il-ballun lejn Ayrton Azzopardi, li avvanza tajjeb u b'opportuniżm liema bħalu, mill-viċin qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Taljan tal- Lions, Alberto Gallinetta, bil-ballun jintemm f 'lasta vojta. Erba' minuti biss wara, il-Blues irduppjaw l-iskor meta Alex Da Piaxao Alves qabeż żewġ players avversarji, avvanza tajjeb fil- kaxxa, qabel ra l-ewwel xutt tiegħu jiġi milqugħ minn Alberto Gallinetta li iżda ma żammx, biex mir-rebound, il-ballun reġa' spiċċa fl-istess attakkant Brażiljan li tefa' fix-xibka. Fis-57 minuta, xutt mid-distanza ta' Eduardo Vallecillo ra lil Andrea Cassar isalva tajjeb iżda ma żammx biex mir-rebound Ennio Mattheus Hamutenya ra lill-istess goalkeeper Taljan idawwar tajjeb f 'corner. Naxxar Lions bdew juru logħob tajjeb u fl-64 minuta Duane Bonnici għadda tajjeb lejn Jurgen Debono, li minn qagħda ideali ra x-xutt tiegħu jgħaddi jħakkek mil-lasti. Sekondi biss wara Duane Bonnici xeħet cross perfett lejn Eduardo Vallecillo li ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi milqugħa minn Andrea Cassar, mgħejjun mill-mimduda, li iżda ma żammx biex l-istess player tal-Lions ra x-xutt tiegħu jintemm ftit barra. Fid-89 minuta, Tarxien Rainbows għamluhom tlieta biex issiġġillaw ir-rebħa meta Alex Nilsson qabeż tajjeb lis-sostitut David Fenech u permezz ta' xutt angulat minn ġol-kaxxa tefa' ġewwa. Naxxar L. - Gallinetta, Hungario Rosero, Scicluna, R. Grech (Fenech 21'), Vallecillo Casado (I. Grech 66'), Falzon, Godar Pereira (Bonnici 46'), Debono, Buhagiar, Hamutenya, Tasic Tarxien R. - Cassar, Baker, Tabone Desira, Caruana, Nilsson, Azzopardi, Prendes, Zerafa, Da Paixao Alves (Muscat 78'), Spiteri (Frances 82'), Mintoff (Giglio De Oliveira 67') Referi - Alan Mario Sant ALEX DA PAIXAO ALVES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja t-tieni gowl għal Tarxien Rainbows f'dan il-konfront. Qed ikollu staġun mill-aqwa mar-Rainbows. Ingħaqad ma' Tarxien Rainbows matul is-sajf li għadda. Tarxien Rainbows jirritornaw għar-rebħ Ritratt - Ray Attard David Fenech itajjar il-ballun 'il bogħod minn kull periklu, segwit mill-plejer ta' Tarxien Rainbows, Ayrton Azzopardi