Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 29 Sports minn Cristian Antony Muscat Mosta ........................0 Balzan .......................3 BALZAN żammew il- pressjoni fuq il-leaders Valletta hekk kif huma rreġistraw it-tmien rebħa konsekuttiva, meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta' 3-0, fil-Hibernians Stadium f 'Kordin. Min-naħa l-oħra għal Mosta, din kienet it- tielet telfa f 'erba' logħbiet. Rimarkabbli huwa l-fatt li l-Blues rebħu logħba waħda biss mill-aħħar 10 logħbiet, li huma kienu mpenjati fihom. Balzan kellhom lil Samir Arab u Pedrinho neqsin, hekk kif kienu sospiżi, iżda rritorna għalihom Elkin Orlando Serrano Valero wara li tilef l-aħħar logħba. Intant, Mosta laqgħu lura lil Onyekachi Okonkwo u Dyson Falzon iżda kellhom lil Jonas Ekani Rodrigues nieqes. Balzan irnexxielhom jiftħu l-iskor fl-34 minuta meta minn cross mix-xellug ta' Alfred Effiong, għola tajjeb Aleksandar Vujacic li niżżel il-ballun lejn Lydon Micallef li għeleb lil Omar Borg permezz ta' xutt fil- baxx. Żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Balzan irdoppjaw l-iskor grazzi għal Aleksandar Vujacic li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka, wara li tentattiv ta' Alfred Effiong ġie parzjalment milqugħ mill-goalkeeper ta' Mosta. Tmien minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il- midfielder internazzjonali Paul Fenech għamilhom 3-0 permezz ta' xutt b'saħħtu minn barra l-kaxxa li ma ta ebda ċans lill-goalkeeper ta' Mosta, Omar Borg. Mosta - O. Borg, Micheletti, A. Borg (Brincat 64'), Farrugia, Alabi, Guobadia, Falzon (Xuereb 65'), Mensha, Micallef, Chijioke Pius, Okonkwo (Frendo 68') Balzan - Cassar, Grioli, (Kaljevic 71'), Fenech, Bezzina, Grima (Focsa 58'), Effiong (Cipriott 79'), Vujacic, Sciberras, Micallef, Serrano Valero, Brincat Referi - Trustin Farrugia Cann PAUL FENECH Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja t-tielet u l-aħħar gowl għal Balzan f 'din ir-rebħa ta' 3-0 għalihom. Ingħaqad ma' Balzan mingħand Birkirkara f 'Jannar li għadda. Huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin. Balzan jiksbu t-tmien rebħa konsekuttiva minn Cristian Antony Muscat Qormi ......................... 0 Valletta ....................... 2 VALLETTA komplew jikkonsolidaw posthom fil- quċċata tal-klassifika meta għelbu lil Qormi bl-iskor ta' 2-0 fil-Hibernians Stadium, biex b'hekk estendew is- serje ta' riżultati pożittivi għal 13-il logħba, fejn din kienet is-sitt rebħa konsekuttiva għalihom. Min-naħa l-oħra, għal Qormi din kienet id-disa' telfa konsekuttiva għalkemm urew xi titjib mill-aħħar wirjiet tagħhom. Valletta kellhom lil Ian Azzoaprdi, Romeu Pericles Romao u Roderick Briffa neqsin minħabba li għadhom qed jirkupraw minn injury, waqt li għalihom Federico Matias Falcone kien sospiż. Intant, Qormi kellhom lil Ousmane Sidibe u Pietro Viggiani neqsin. Kienu Valletta li kif mistenni ħarġu fuq l-offensiva meta wara biss żewġ minuti logħob, Jhonnattann Benites da Conceicao, kien sfortunat li ma tefax lill-Beltin fil- vantaġġ meta t-tentattiv tiegħu minn ġol-kaxxa stampa mal-wieqfa. Tliet minuti biss wara, Valletta marru fil-vantaġġ grazzi għal xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa ta' Llywelyn Cremona li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta' Qormi, Jean Matthias Vella. Fid-59 minuta, Valletta rduppjaw l-iskor permezz tal-captain tat-tim nazzjonali Michael Mifsud, wara li rċieva pass perfett mingħand Abdelkarim Nafti, permezz ta' xutt fil-baxx li għeleb lill- goalkeeper ta' Qormi, Jean Matthias Vella. Qormi - J. M. Vella, E. Vella, Gusman, Leeflang, Yankam, Cassar, Micallef (Magro 64'), Olawale Ojuola, Vella, Spiteri (Farrugia 86'), Gauci Valletta - Bonello, Caruana, Camilleri, Cruz Gill, Mifsud, Ledesma (Suda 76'), Cremona, Pani, Calistus Umeh, Benites da Conceicao (Fenech 86'), Nafti (Borg 61') Referi - Matthew De Gabriele JHONNATTANN BENITES DA CONCEICAO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Irritorna ma' Valletta matul is-sajf li għadda wara li kien ingieb f'Malta propju mill-Beltin. F'pajjiżna lagħab ukoll mar-rivali ta' Valletta, Birkirkara. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka f'dan il-konfront, bla dubju kien l-aħjar plejer fil- grawnd. Valletta jikkonsolidaw posthom fil-quċċata Ritratt - www.vallettafc.net Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta