Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 CHELSEA, barra minn darhom fl-Istadium of Light, dawru telfa f 'rebħa meta għelbu lil Southampton bl- iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Cesc Fabregas u Branislav Ivanovic, waqt li l-gowl waħdieni għal Southampton wasal minn Shane Long fit-42 minuta. Intant, Leicester City, ġewwa darhom komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta kkonsolidaw posthom fil-quċċata tal- klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra meta ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Norwich City, bil-gowl għalihom jasal minn José Leonardo Ulloa fid-89 minuta. Stoke City, ġewwa darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta' 2-1, biż- żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Marko Arnautovic, f 'temp ta' ħames minuti, bl-ewwel gowl għalih jasal minn penalti. Aston Villa naqqsu l-marġni tal-iskor fid-79 minuta permezz ta' Leandro Bacuna. West Ham United ġewwa darhom f 'Upton Park kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Sunderland, bil-gowl uniku għalihom jasal minn Michail Antonio man- nofs siegħa logħob. Intant, il-konfront bejn Watford u AFC Bournemouth intemm fi draw ta' mingħajr gowls. Sports Chelsea jdawru telfa f 'rebħa u Leicester City jikkonfermaw il-qawwa tagħhom RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 27 ta' Frar West Ham United vs Sunderland 1-0 Leicester City vs Norwich City 1-0 Southampton vs Chelsea 1-2 Stoke City vs Aston Villa 2-1 Watford vs AFC Bournemouth 0-0 Il-Ħadd 28 ta' Frar 15:05 Manchester U. vs Arsenal 15:05 Tottenham H. vs Swansea City Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 28 ta' Frar 12:30 Palermo vs Bologna 15:00 Carpi vs Atalanta 15:00 ChievoVerona vs Genoa 15:00 Sampdoria vs Frosinone 15:00 Udinese vs Hellas Verona 20:45 Juventus vs Inter It-Tnejn 29 ta' Frar 19:00 Lazio vs Sassuolo 21:00 Fiorentina vs Napoli 'Ma stajtx ma naċċettax l-estensjoni ta' erba' snin ma' Sliema' - Alex Muscat KIEN hemm bosta xnigħat u spekulazzjonijet li l-captain ta' Sliema Wanderers, Alex Muscat seta' jħalli lil dan il- klabb bi storja glorjuża fil-futbol Malti, biex jingħaqad ma' xi tim ieħor fil-Premier, bl- iktar wieħed li ssemma' ikun dak ta' Birkirkara, għalkemm kien hemm interess ukoll minn Hibernians. Iżda l-istess plejer meqjus bħala bandiera tal-Wanderers, xejjen dawn l-ispekulazzjonijiet kollha hekk kif fil-jiem li għaddew, ġedded il- kuntratt tiegħu mal-Blues għal erba' snin oħra, biex b'hekk jidher li se jkun qed itemm il-karriera tiegħu fil-futbol ma' dan it-tim li tant iħobb u huwa għal qalbu. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Alex Muscat wara li kien ġedded il-kuntratt tiegħu mat- tim immexxi mill-kowċ bravu u veteran Stephen Azzopardi, fejn tana dawn il-kummenti esklussivi rigward x'kien dak li xprunah biex ikompli jilgħab bil-flokk tal- Wanderers għal erba' snin oħra. Huwa sostna li meta tikkunsidra l-imħabba li għandu għall-arma ta' Sliema Wanderers, ma kienx hemm għażla oħra għajr li jestendi l-kuntratt mal-istess tim. Sostna li, "l-iffirmar ta' dan il- kuntratt tiegħi ta' erba' snin ma' Sliema Wanderers nhar l-Erbgħa 20 ta' Jannar, se jkun ifisser li fit-tmiem tiegħu, inkun ilni 16-il staġun nifforma parti mill- iskwadra tal-kbar ta' Sliema Wanderers. Dan seħħ wara laqgħa personali li kelli mal- president tal-klabb, Keith Perry. Matul dan ix- xahar, kien hemm ħafna spekulazjonijiet fuq il-futur tiegħi. Hija xi ħaga sabiħa li tkun taf li klabbs ta' ċertu livell ikunu jridu s-servizzi tiegħek bħala plejer, imma Sliema Wanderers mill- ewwel urew ix-xewqa li jien mhux talli ma nitlaqx lill-Wanderers, imma li nġedded il-futur tiegħi magħhom. B'hekk meta tqis il- passat tiegħi ma' Sliema Wanderers, u l-imħabba li jien għandi lejn din l-arma, ma stajtx ħlief naċċetta din l-estensjoni ta' erba' snin oħra mal-Wanderers. U nista' ngħid li ninsab kuntent ħafna li għamilt dan il-pass. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieq nirringrazzja lill-partitarji kollha Slimiżi, li kienu fattur importanti fid- deċiżjoni tiegħi li nġedded il-kuntratt tiegħi mal-istess Sliema Wanderers," temm jgħid Alex Muscat. Alex Muscat huwa prodott ta' Sliema Wanderers, iżda ddebutta fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti, il- Premier, meta kien misluf ma' Balzan mingħand il-Wanderers lura fl- istaġun 2003/04. Qabel din l-esperjenza, kellu wkoll esperjenza oħra ta' self din id-darba mal-klabb li llum jimmilita fl-Ewwel Diviżjoni, Lija Athletic. Il-captain ta' Sliema Wanderers, Alex Muscat, flimkien mal-president Keith Perry Plejers ta' Chelsea jiċċelebraw wara t-tieni gowl fir-rebħa kontra Southampton

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016