Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 31 Sports Illum issir il-Vodafone Malta Marathon fost numru rekord ta' parteċipanti ILLUM se ssir il-31 edizzjoni tal-maratona ta' Malta fejn se jieħdu sehem numru rekord ta' parteċipanti. Din is-sena il-maratona qed terġa' tkun sponsorjata minn Vodafone Malta għat- tielet darba u għalhekk reġgħet ingħatat l-isem ta' Vodafone Malta Marathon. Din il-maratona hija ferm importanti fil-kalendarju tal-isport Malti u saret għall-ewwel darba lura fl-1994 fejn dakinhar kienu ħadu sehem ftit inqas minn 600 parteċipant. Il-maratona għamlet passi ta' ġgant 'il quddiem speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' ammont ta' parteċipanti. Fil-fatt, matul din is-sena se jkunu qed jieħdu sehem iktar minn 4,000 parteċipant li jimmarka l-ikbar ammont ta' parteċipanti sa minn meta ilha ssir din il- maratona. Il-maratona tinqasam fi tliet taqsimiet: Il-Full Marathon li għandha distanza ta' 42 kilometru u li fiha se jieħdu sehem 750 atleta, in-nofs maratona li għandha distanza ta' 21 kilometru u li fiha se jieħdu sehem 'il fuq minn 3,500 atleta, kif ukoll il-walkathon. Sinonima ma' din il-maratona nsibu wkoll il-parteċipazzjoni massiċċa ta' atleti barranin fejn fil-maratona ta' din is- sena se jieħdu sehem iktar minn 2,000 atleta barrani bil-maġġoranza tagħhom, madwar 600, ġejjin mir- Renju Unit. Il-maratona se tkun qed titlaq mill-Imdina u bħal kull sena se tkun qed tintemm f 'The Strand, Tas-Sliema. Intant waqt konferenza stampa li saret ftit tal-jiem ilu, id-Direttur tal-Vodafone Malta Marathon, Joe Micallef appella lis-sewwieqa biex ikunu prudenti fit- toroq minn fejn ikunu għaddejjin il-parteċipanti tal-maratona. Ritratt - Malta Tourism Authority Kollox lest għall-Vodafone Malta Marathon Disa' timijiet se jikkompetu f 'żewġ diviżjonijiet fil-Kampjonat tax-xitwa tal-Waterpolo IL-BOV Kampjonat tax-xitwa tal-Water Polo 2016 li se jkun qed jibda llum, se jkun qed jara disa' timijiet jikkompetu f 'żewġ diviżjonijiet, bit- Tim Nazzjonali tal-U/19 jipparteċipa kemm fil- BOV Premier kif ukoll fil-Kampjonat BOV tal- Ewwel Diviżjoni. Fil-BOV Waterpolo Premier Division, it-timijiet kollha se jilagħbu fuq bażi ta' round-robin bl-aqwa tliet timijiet jgħaddu għall-play-off għat-titlu. Fl- ewwel diviżjoni, it-timijiet se jikkompetu fuq bażi ta' round robin doppju bl- aqwa tim jiġi ddikjarat bħala r-rebbieħ. "Qabel jibda l-BOV Kampjonat tax-Xitwa, nixtieq nieħu din l-opportunità biex f 'isem il-Bank of Valletta uffiċjalment nifraħ lit- Tim Nazzjonali Malti għall-kisbiet tiegħu fil- Kampjonati Ewropej li ntemmu reċentement, prestazzjoni storika li spiċċat b'rebħa fuq it- Turkija," qal Anthony Scicluna - Uffiċjal Kap fil-Bank of Valletta. "Aħna nixtiequ wkoll nifirħu lil Stevie Camilleri bħala l-aqwa skorer f 'din l-ogħla kompetizzjoni Ewropea tal- water polo, żgur li l-ewwel esperjenza tax-xorta tagħha għall-persuni sportivi Maltin." Min-naħa l-oħra, il- President tal-ASA, is-Sur Joe Caruana Curran qal, "Aħna qed nistennew livell ogħla ta' logħob fil-BOV Kampjonat tax-Xitwa ta' din is-sena. Il-plejers tat-tim nazzjonali jinsabu fl-aqwa forma tagħhom, u dan għandu jkollu effett fuq sħabhom il- plejers l-oħra. Wara l-prestazzjoni pożittiva miż-żgħażagħ fil-Kampjonati Ewropej, f 'Baku is-sena l-oħra, il- parteċipazzjoni tagħhom fiż-żewġ diviżjonijiet tal- BOV Kampjonat tax-Xitwa se tkompli tibni fuq abbilitajiet tekniċi sabiex jipproduċu l-futur tal- waterpolo Malti." Intant, l-ASA, f 'kollaborazzjoni mal- klabbs kollha, tirriżerva d-dritt li ċċaqlaq id-dati u l-ħinijiet tal-partiti minn dan il-Kampjonat, kif jitqies meħtieġ. Azzjoni fuq il-lasti tal-goalkeeper ta' Sliema, Ryan Coleiro Tim mill-MWA se jikkompeti f`kompetizzjoni għall-pajjiżi Mediterranji fi Spanja FIS-SIGĦAT li ġejjin, tim mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting se jkun qed jikkompeti f`kompetizzjoni għall- pajjiżi Mediterranji f 'La Coruña, fi Spanja. It-tim tal-irġiel se jikkonsisti fiż-żagħżugħ Andy Grech flimkien ma' Matthew Camilleri u Rodmar Pulis waqt li t-tim tan-nisa se jkun qed jinkludi lil Kristen Borg u Elisia Scicluna. F'din il-kompetizzjoni, il-weightlifters Maltin se jkunu qed jikkompetu kontra wħud mill- aqwa atleti tal-Mediterran fosthom l-Eġittu, it- Turkija, l-Italja u Spanja fost oħrajn. Għal Pulis din se tkun kompetizzjoni importanti fil-preparazzjonijiet tiegħu għall-kwalifikazzjoni Olimpika għal-Logħob f 'Rio, fil-Brażil. It- tim magħżul se jkun akkumpanjat mill-kowċ Jesmond Caruana. Il-weightlifter ewlieni Malti, Rodmar Pulis