Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 Sports Wirja formidabbli minn Keith Galea fil-Mochika Sprint Duathlon IL-ĦADD 14 ta' Frar, beda l-istaġun tal-Malta Triathlon Federation bil-Mochika Sprint Duathlon, li ġiet organizzata mill- Agones SFC ġewwa Ħal Safi. Id-duathlon kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 4.4km, rota ta' 18-il kilometru u terġa' tispiċċa b'ġirja ta' 2.2km. Iċ-champion ta' Malta, Keith Galea, beda l-istaġun eżatt kif kien spiċċah is-sena l-oħra b' wirja konvinċenti biex wera li din is-sena huwa żgur li se jkun hemm biex ikompli jirbaħ iktar unuri. Galea wera l-intenzjonijiet tiegħu ċari mill-bidu nett hekk kif mar fuq quddiem b'pass b'saħħtu ħafna. Ħadd ma pprova jmur ma' Galea ħlief iż-żagħżugħ, Shaun Galea. Iż-żewġ Galea daħlu flimkien fl-ewwel transizzjoni b'ħin ta' 15.10, għoxrin sekonda vantaġġ fuq l-eqreb atleti. It-tnejn bdew ir-rota flimkien imma ċ-champion ta' Malta għamel attakk qawwi fl-ewwel kilometru, li Shaun Galea ma kellux saħħa jirrispondi. Iċ-champion ta' Malta nduna li dan kien l-attakk deċisiv u allura baqa' jagħfas. Huwa kien qed iżomm b'pass b'saħħtu ħafna u beda jżid il-vantaġġ tiegħu wara kull dawra. Allavolja wara Galea fforma grupp ta' għaxar ċiklisti li bdew jaħdmu flimkien biex inaqqsu d-distakk minn mal-atleta ta' Birkirkara St Joseph, xorta waħda baqgħu jitilfu l-ħin minn ma' Galea. Keith Galea għamel l-aqwa ħin tal- ġurnata fuq ir-rota f 'ħin ta' 29.47 biex daħal għat-tieni tranżizzjoni b'vantaġġ komdu. Huwa beda t-tieni ġirja b'pass tajjeb fejn baqa' jagħfas sal- aħħar għax kien jaf li kien hemm ċans tajjeb li jikser ir-rekord tal-korsa. Fil-fatt huwa rnexxielu jilħaq dan l-għan hekk kif rebaħ l-ewwel tellieqa tal- istaġun f 'ħin ta' 53.08 li huwa rekord tal-korsa ġdid b'żewġ minuti aħjar mill- ħin preċedenti li għamel Galea stess is-sena l- oħra. Ikkuntatjat minn din il-gazzetta, Galea esprima s-sodisfazzjon tiegħu speċjalment bir-rota fejn bena l-vantaġġ kbir li kellu biex rebaħ it-tellieqa. Huwa qal li biddel is- sistema tat-taħriġ tiegħu din is-sena u din il- prestazzjoni turi li qiegħed fit-triq it-tajba biex ikompli jnaqqas il-ħinijiet tiegħu. Galea xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu, Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħu, Catalin Stan, lill-ġenituri tiegħu u lill- ġenituri u l-familja kollha tal-mara tiegħu, lin- nutrizzionista personali tiegħu, Johanna Galea, kif ukoll lill-isponsors tiegħu, Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, DGtri. com, Starbene 24/7, Team Barry Whitmoore Malta Challenge Marathon, Mochika Outdoor Life, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), u lil SportMalta tas-sapport kontinwu li huma jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja lill- mara tiegħu, Elizabeth Galea, tal-paċenzja u tas-sapport kbir ħafna li ttih. Ritratt : Angie Conti Keith Galea jifraħ bil-kbir wara li rebaħ il-Mochika Sprint Duathlon Onorati ċ-Champions tal-ASMK għas-sena 2015 NHAR is-Sibt 20 ta' Frar, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, organizzat is-serata annwali biex tonora liċ-champions tal- Kampjonati ASMK Pasta Poiatti tal-istaġun 2014/2015. Din l-attività saret fil-'Kullegg Santa Klara', f 'Pembroke bis- sapport tas-Segretarjat Parlamentari għar- Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Sport Malta, General Soft Drinks Marketing Ltd, Delicata Winemaker u Pasta Poaitti. Matul din l-attività, l-Assoċjazzjoni rrikonoxxiet diversi unuri fosthom iċ-champions tal-istaġun 2014/2015. Fil-kategorija tal-Karozzi Autocross fil-Kampjonat Nazzjonali A bħala champion, l-ASMK onorat lil Christian Mark Galea li jsuq Fiat Ritmo, u lir- runner-up tiegħu Philip Joe Vella fuq Opel Nova. Fl-Autocross Kampjonat Nazzjonali B, iċ-champion kien Godwin Martin u r-runner-up tiegħu kien Jonathan Camilleri, it- tnejn fuq Opel Corsa. Fl-Autocross Standard Class tal-Kampjonat Nazzjonali iċ-champion kien Deane Farrugia fuq Citroen AX, bir-runner- up tiegħu jispiċċa Salvu Micallef fuq Volkswagen Polo. Fl-Autocross Gozo Kampjonat Nazzjonali, iċ- champion kien Dominic Zammit fuq Alfa Sud, bir- Runner-up tiegħu ikun Joseph Agius fuq Ford Fiesta. Fil-Kategorija tal- Muturi, kellna diversi sezzjonijiet. Fil-Motocross Kampjonat Nazzjonali A, insibu champion lil Clayton Camilleri fuq KTM, bir-Runner-Up tiegħu Edward Ciantar fuq Kawasaki. Fil-Motocross Kampjonat Nazzjonali B - iċ-champion kien Ludvic Muscat fuq KTM bir-Runner–up jispiċċa s-sewwieq Għawdxi Adam Sultana fuq Kawasaki. Fis-Sezzjoni Enduro Kampjonat Nazzjonali rajna lic-champion James Zahra fuq Yamaha jerġa' jirbaħ dan it-titlu bir-Runner-Up tiegħu ikun Matthew Gauci fuq KTM. Fis-Sezzjoni Trials Kampjonat Nazzjonali Klassi A – iċ-champion kien Damon Bonello fuq Gas Gas bir-Runner-Up tiegħu, Robert Caurana fuq Gas Gas. Fit-Trials Kampjonat Nazzjonali Klassi B iċ-champion kien Joseph Scicluna fuq Gas Gas bir-Runner-Up tiegħu jispiċċa Manuel Camilleri fuq Beta. Matul is-serata, il- President tal-ASMK, Frans Deguara, ħabbar tliet membri onorarji ġodda, li huma l-eks kaxxier tal-ASMK, Edgar Xuereb, li ħalla l-kariga wara 20 sena servizz, Francis Joseph Azzopardi li s-servizz tiegħu fl- ASMK imur lura għall- aħħar 31 sena, minkejja li għadu jagħti s-servizz tiegħu bħala Chief Marshall, kif ukoll għamel diversi snin jokkupa kariga fi ħdan l-ASMK. Membru onorarju ġdid ieħor fi ħdan l-ASMK huwa Emanuel Pisani, li għal diversi snin twal kien u għadu sal-lum il-ġurnata, jagħmel ix-xogħol ta' Chief Flag Marshall, kif ukoll okkupa karigi fi ħdan l-ASMK għal diversi snin. Illum l-ASMK għandha President Onorarju wieħed u ħames membri onorarji. Għal din is-serata, attendew ukoll u ppremjaw it-trofej liċ- champions tal-ASMK għall-2015, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Chris Agius, kif ukoll David Agius, kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Isport. Intant, nhar il-Ħadd li ġej, l-Assoċjazzjoni se tkompli bil-Kampjonati ASMK Pasta Poiatti 2015/2016, fejn se tiġi organizzata s-seba' attività bil-Karozzi Autocross u r-raba' attività bil-Muturi Motocross. L-attività tibda fil-11am u se ssir fil-Kumpless Sportiv tal- ASMK f 'Ta' Qali. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, www.asmk. org.mt. Ritratt : Mario Micallef Iċ-Champions kollha tal-ASMK għas-sena 2015

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016