Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 | illum 35 Sports l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin ma nsemmux il-fatt li fl-aħħar grupp ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Euro 2016, lgħabtu kontra wħud mill-aqwa timijiet nazzjonali tad-dinja, fosthom l-Italja u l-Kroazja. Kulħadd iparla fil-vojt. Meta tilgħab kontra l-aqwa avversarji fid-dinja, fosthom kontra t-timijiet li semmejt int, l-Italja u l-Kroazja, ma tantx tista' tagħmel mirakli. Kull meta niżbaljaw, naqlawha mal-ewwel mill- pubbliku Malti. Biex nagħti eżempju se nsaqsi mistoqsija, jekk Ronaldo u Messi jiżbaljaw, ifisser li mhumiex tajbin fil-futbol? Tajjeb niftakru li filgħodu, aħna mmorru għax-xogħol u ma nittrenjawx bl-istess intensità daqs dawn il-plejers għax m'aħniex plejers professjonali bħalhom. Dawn ħajjithom futbol biss. Jien ngħid lil min jikkritikana, biex minflokna, jmur hu jilgħab fil-grawnd u jaffronta lil dawn il-ġganti tal-futbol mondjali. Aħna nwasslu sal-livell li wasalna fih, iżda dejjem nippruvaw navvanzaw. Ma tistax tagħmel il-mirakli fil-ħajja. Aħna nilagħbu kontra l-ġganti tad- dinja fil-futbol. Nipproponi lill-FIFA u l-UEFA jagħmlu gruppi għalina l-pajjiżi ż-żgħar, biex nikkompetu kontra xulxin, biex kulħadd ikun tal- istess kalibru tagħna. Hemmhekk iva, jekk ma nġibx riżultati pożittivi kontra dawn it-timijiet, bħalma ġara meta tlifna bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra Ġibiltà kkritikani. Dan għalkemm nixtieq insemmi spunt li konna lgħabna din il-logħba, ftit jiem biss wara li konna spiċċajna l-Kampjonat mat-timijiet rispettivi tagħna. Iżda, xorta waħda, hemmhekk ikkritikani, u naċċetta t-tmaqdir tal-poplu Malti, iżda ma tistax u ma naċċettaha qatt li tmaqdarni meta bħala Malta tlifna bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra timijiet nazzjonali meqjusa bħala ġganti tal- futbol mondjali, bħal mhuma l-Italja, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka u oħrajn - jiddispjaċini. X'emozzjoni tħoss meta tilgħab kontra plejers ta' fama u klassi mondjali mat- tim nazzjonali? Ovvjament, tieħu gost li tkun qed tilgħab fl-istess grawnd ma' dawn il- plejers ta' fama u klassi mondjali. Dan għax il-fatt li filli tkun qed tarahom fuq it-televixin jilagħbu mal-aqwa timijiet tad-dinja u filli tarahom jilagħbu ħdejk kontrik, hija tassew emozzjoni inspjegabbli. Hekk per eżempju int li żżomm ma' Tottenham tal-Ingilterra, lgħabt kontra Luka Modric u Christian Eriksen, meta bħala tim nazzjonali Malti affrontajtu lill-Kroazja u lid- Danimarka, rispettivament. X'ħassejt dak il-ħin? Ovvjament ħadt pjaċir immens u kienet emozzjoni kbira għalija. Barra minn hekk, meta bħala Nazzjonal, lgħabna kontra t-timijiet nazzjonali li magħhom jilagħbu dawn it-tliet plejers li int semmejt jiġifieri l-Kroazja u n-Norveġja, wara l-logħba rnexxieli nibdel il-flokk li jien kont lgħabt bih ta' Malta mal-flokk li kienu lagħbu bih huma mat-timijiet nazzjonali rispettivi tagħhom. Huma kits li ngħożż ferm f 'ħajti. Barra minn hekk, nixtieq insemmi wkoll li għandi l-flokk ta' Andrea Pirlo, li kien bidel il-flokk tiegħu ma' tiegħi, meta kont għadni plejer ta' Birkirkara, u konna affrontajna lil AC Milan f 'logħba ta' ħbiberija li kienet intlagħbet fl- Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, f 'Jannar tal-2007. Temmen li teżisti l-problema tal- korruzzjoni relatata mal-betting f 'Malta? U jekk iva, kemm temmen li din hi kbira? Jien nemmen li teżisti l-problema tal- korruzzjoni fil-futbol Malti, iżda nħoss li xi wħud ikabbru u jesaġeraw din il- problema. Il-problema tal-korruzzjoni teżisti kullimkien anki f 'kampjonati f 'pajjiżi kbar bħall-Ingilterra u l-Italja, fejn naraw skors kbar ta' 6-0 jew 7-0. Allura nistaqsi possibi li dawn il-logħbiet kollha jkunu mbagħbsa? Din twassalni għal mistoqsija oħra: Possibli li l-logħbiet tal-futbol f 'Malta ikunu kollha mbagħbsa? Żgur li dan ma jistax ikun u mhuwiex minnu. Jekk hawn min jaħseb hekk, allura naqbdu nagħlqu l-bibien tal-istadia kollha u ma nilagħbu xejn. Int li użajt l-aqwa riżorsi u lgħabt fl-aqwa stadia madwar id-dinja mat-tim nazzjonali Malti, kif tikkumpara dawn ir-riżorsi u stadia meta mqabblin ma' dawk li int tuża regolarment f 'pajjiżna ma' Valletta? Il-fatt li hawn timijiet kbar f 'Malta, li lanqas biss għandhom grawnd fejn jittrenjaw hija xi ħaġa ferm inkwetanti. Dan ma jgħoddx biss għall-futbol biss f 'pajjiżna, iżda aħna fuq futbol qed nitkellmu. Barra minn Malta, kif diġà għidtlek, it-timijiet huma professjonali, u aħna m'aħniex. Iżda m'hemmx dubju li bħala riżorsi fejn nittrenjaw u nilagħbu, għad fadlilna ħafna x'nitgħallmu minn dawk ta' pajjiżi oħra barra minn Malta. Inħoss li f 'dan ir- rigward, pajjiżna għadu naqra lura biex jilħaq il-livelli ta' dawn il-pajjiżi. Bħala plejer li ksibt daqstant suċċess fil-futbol Malti, fejn nistgħu ngħidu li rbaħt kull m'għandu x'joffri dan il- futbol, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol. Barra minn hekk, nixtieqek tgħaddi messaġġ lill- partitarji ferm ferventi u numerużi Beltin, li isegwukom mill-qrib fid- diversi stadia li tkunu mpenjati fihom madwar Malta. Bħala żgħażagħ, ngħidilhom li mhux għax ikollhom logħbiet tajbin mal- ewwel jibdew jaraw kbir, tikbrilhom rashom u jaħsbu li laħqu s-sema, għax fil-futbol bħal fil-ħajja, filli fuq u filli isfel. Ngħidilhom biex dejjem jimxu fuq il-passi li jtuhom il-kowċis rispettivi tagħhom fl-iżvilupp tagħhom fil-futbol, u jibqgħu jitgħallmu meta jitilgħu minn kategorija għall-oħra fil-futbol, għax iktar ma tikber, iktar ma taf xejn. Intant, bħala partitarji ta' Valletta, ngħidilhom biex jibqgħu warajna u jibqgħu juru fiduċja fina sa tmiem l-istaġun. Nafu li mill-bidu tal- istaġun kellna tim kompletament ġdid, u għalhekk għandhom jistaportuna, għalkemm ir-riżultati qed jaslu. Dan għandu jwassal biex f 'Mejju li ġej, nisfidaw għar-rebħ tal- Kampjonat BOV Premier, kif żgur li jixtiequ huma. Aħna se naħdmu għal dawn l-għanijiet. Naħseb li l-partitarji ta' Valletta, qed jindunaw li għandna tim ferm magħqud u qed niġbdu ħabel wieħed, biex finalment nilħqu dawn it-tragwardi flimkien. Twieled fl-24 t'Awwissu 1981 Rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-futbol Malti fosthom l-unur personali ferm prestiġġjuż tal- MFA Plejer tas-Sena Qabel ingħaqad ma' Valletta, lagħab ma' Lija Athletic, Pietà Hotspurs, Sliema Wanderers u Birkirkara. Libes għal diversi drabi l-faxxa ta' captain kemm ta' Valletta, kif ukoll tat-tim nazzjonali Malti. Roderick Briffa Ritratt: Chris Mangion "Għandi tir f 'moħħi li nidħol fil-klabb tal- mija billi nilgħab u naqbeż il-100 logħba mat-tim nazzjonali"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016