Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 Ritratt: Chris Mangion Ritratt tal-ġimgħa Ritratt mill-isbaħ tal-Bajja s-Sabiħa f 'Birżebbuġa mil-lenti tal- fotografu tagħna Chris Mangion. Il-baħar ikħal jiltaqa' mar- ramel bajdani li jagħmel lil din il-lokalità waħda mill-isbaħ n- Nofsinhar ta' Malta Il-Kummissjoni Ewropea tfaħħar ir-riformi fil-qasam tal-Ġustizzja ...tfaħħar iż-żieda l-ħatriet ta' nisa l-ġudikatura F'RAPPORT li ħarġet il-Kummisjoni Ewropea kien innutat b'mod pożittiv li r-riformi fil-qasam tal-ġustizzja li beda dan il-Gvern, qed iwasslu għal riżultati pożittivi f 'dan il- qasam. Fil-fatt, fir-rapport tagħha l-Kummissjoni tgħid li l-effiċjenza f 'dan il-qasam tkompli tikxef nuqqasijiet għalkemm tgħid ukoll li "l-implimentazzjoni tar-riformi ġudizzjarji qed iwasslu għal riżultati pożittivi." Apparti minn dan, ir- rapport jgħid li sar titjib notevoli fejn jidħol dewmien fil-kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi. Il- Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici fakkar, waqt Konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ, kif dan huwa pożittiv meta mqabbel mas- sitwazzjoni li sab il-Gvern preżenti f 'dan il-qasam fil- bidu tal-leġiżlatura. Fir-rapport tagħha, il- Kummissjoni qalet ukoll li r-rata li biha qed jiġu deċiżi kawżi amministrattivi, jiġifieri kawżi li jiftħu ċ-ċittadini u l-kumpaniji kontra d-diversi awtoritajiet governattivi tjiebet sostanzjalment fl-2014. Fil-fatt, din ir-rata ta' titjib kompliet anke fl-2015 tant li l-Clearance Rate tat-Tribunal Amministrattiv telgħet minn 40% fl-2012 għal 149% fl-2014 u finalment għal 411% fl-2015. "Dawn huma riżultati konkreti li jgawdi minnhom il-poplu Malti u Għawdxi kollu," kompla jgħid il-Minstru Bonnici. Huwa spjega kif il- Kummissjoni Ewropea tfaħħar ukoll "l-użu li għamilna bl-għodod tal- informatika biex nagħtu servizzi ġodda b'xejn lil kull min jaħdem jew jidħol il- Qorti, biex intejbu l-kwalità tas-servizz, fosthom applikazzjonijiet li fassalna għall-mobile phones, l-e- filing u l-online exchanges of information." Ma setax jonqos li wara l-kwistjoni tal-ħatriet fil- ġudikatura, Bonnici jsemmi x'qalet l-istess Kummissjoni dwar din il-kwistjoni. Bonnici rrimarka kif il-KE kkumentat dwar il-ħatriet fil-ġudikatura u, "waqt li ma ssemmi xejn fuq il-metodu tal-ħatra tal-ġudikanti, tfaħħar il-fatt li l-Gvern żied sostanzjalment l-ammont ta' nisa fil-ġudikatura tant li issa dan tela' għal 43%. Sa tliet snin ilu", kompla jgħid Bonnici, "din ir-rata kienet biss ta' 35%. Din l-istatistika se tkompli titjieb bil-ħatra li jmiss tal-Avukat Caroline Farrugia Frendo għall- Maġistratura." Il-Ministru Bonnici elenka wkoll numru ta' sfidi li jissemmew fir-rapport, fosthom, it-titjib fil-kawżi tal-insolvenza, taħriġ għall-ġudikatura u t-tkattir ta' metodi oħrajn relatati mat-tilwim bħalma huma l-medjazzjoni u l-arbitraġġ. Il-Ministru Owen Bonniċi tenna jgħid li "qegħdin nofs triq u nistgħu nħarsu aktar 'il quddiem għal aktar riformi issa li x-xogħol li sar qed jiġi rikonoxxut mill-Kummisjoni Ewropea. Fadal ħafna aktar x'isir biex il-qasam tal-ġustizzja jilħaq l-effiċjenza li l-familji u negozji Maltin u Għawdxin ilhom jixtiequ għal ħafna snin." Il-Ministru Owen Bonniċi temm jappella biex il-qasam tal-Ġustizzja ma jsirx ballun politiku. Intant mistoqsi mill- ġurnalisti preżenti meta l-abbozz li ressaq il-Gvern rigward il-ħatriet tal- membri tal-Ġudikatura Bonnici wiegħed li din ir- riforma se tkun ġiet fis-seħħ sal-aħħar tal-leġiżlatura, kif kien imwiegħed fil- programm elettorali tal- Partit Laburista. Ara wkoll l-artiklu tal- Ministru Owen Bonnici f 'paġna 17 Il-Ministru Bonnici waqt li kien qed jitkellem dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016