Illum previous editions

ILLUM 28 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016| illum 7 to our new premises in Valletta Road, Luqa opposite TNT w e h a v e m o v e d Tel. 21 320 433 Aħbarijiet 848 liċenzji mal-MFSA sal-2015 SA Diċembru 2015 kien hemm 848 liċenzji maħruġa mill-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) u kien hemm 131 żjara ta' verifikazzjoni lill- banek, istitutuzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji u intermedjarji tal- assigurazzjoni, skemi ta' pensjonijiet, skemi ta' investiment kollettiv u servizzi ta' investiment, trustees u corporate service providers. Kien hemm ukoll 450 laqgħat oħra ta' verifika ma' entitiajiet liċenzjati li saru fl-MFSA matul l-2015. Din l-informazzjoni ta l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna għal mistoqsija parlamentari ta' Marlene Farrugia. Propost li jieqaf kull tip ta' ħlas fuq l-idejn Tkompli minn paġna 1 B'DAK propost, persuna li trid tħaddem immigrant u li sal-lum kienet sempliċiment tagħżlu minn triq fil-Marsa u tħallsu inqas mill-paga minima, se jkollha tibda tmur f 'uffiċċju li probabilment ikun ibbażat il-Marsa stess. Hawnhekk, tingħata tip ta' dokument li fih ikun stabbilit kemm il- siegħa dak l-immigrant ikun se jitħaddem, bi ħlas fiss, iddeterminat diġá fil-proposta li se titressaq quddiem il-kabinett. Dawk li tkellmu mal- ILLUM ma xtaqux jgħidu kemm hi r-rata li biha se jitħallsu l-immigranti impjegati b'dan il-mod, għalkemm huwa mifhum li kwalunkwe ħlas irid ikun daqs jew aktar mill- paga minima nazzjonali. Bħalissa, skont is-sit tad-Dipartiment għar- Relazzjonijiet Industrijali u xogħol, il-paga minima hija ta' €4.20 fis-siegħa, għal €168 fil-ġimgħa f 'każ ta' 40 siegħa xogħol. Dan ifisser li jekk din il-proposta tidħol fis-seħħ, uħud minn dawk li qed jimpjegaw immigranti b'mod irregolari mill-Marsa bħalissa se jkollhom jibdew joħorġu, mill-inqas, €1.20 iktar fis-siegħa. Skont dak li kienu qalu lill-ILLUM numru ta' immigranti jistennew fil-Marsa l-maġġoranza ta' dawk li jħaddmuhom u li huma Maltin jagħtuhom rata fis-siegħa li hija tajba u li xi minn daqqiet tlaħħaq anke l-€5 fis-siegħa. Jidher li l-akbar problema hija ma' persuni Sirjani, li llum jokkupaw ħafna mill-postijiet tax- xogħol fil-qasam tal- kostruzzjoni, speċjalment f 'dak li jirrigwarda tibjid, tikħil u 'finishings' oħra ta' proprjetá. Żewġ immigranti li tkellmu magħna kienu qalu hekk: "Is-Sirjani qatt ma joffrulna aktar minn €30 għal ġurnata xogħol. U b'ġurnata xogħol ifisser sa għaxar sigħat bla waqfien." Il-ħlas ma jsirx fuq l-idejn, imma permezz tal-uffiċċju Il-proposta se tfisser li jieqaf kull tip ta' ħlas fuq l-idejn li għaddej bħalissa. Tant li qed ikun propost li l-ħlas jingħata minn min jimpjega lill-uffiċċju, li mbagħad jgħaddih lill- ħaddiem. Dan ifisser li b'din il-proposta, apparti l-perjodu, il-persuna/ kumpanija li qed tħaddem ma jkollha ebda kontroll fuq il-ħlas. Din il-proposta kienet mħabbra fl-aħħar baġit u ssejħet 'Immigration Work Office'. L-għan ċar tagħha kien li kull min jixtieq jimpjega immigrant, ikun jista' jagħmel dan, "sakemm jimxi mal-liġi u sakemm ma jkunux żvantaġġjati l-ħaddiema Maltin u Għawdxin." Ma' din il-proposta, wera l-qbil tiegħu s-Sindku tal- Marsa Francis Debono li mal-ILLUM ta' nhar il-Ħadd 13 ta' Diċembru kien qal hekk: "ma narax problema li l-immigranti jinġabru dirett miċ-ċentru miftuħ tal-Marsa għal xogħol temporanju. L-immigranti xorta mhux se jkunu qed jaħdmu bil-ktieb tax-xogħol, imma tal-anqas ikun hemm sistema li biha tkun taf kemm u ma' min qed jaħdmu." sempliċiment tagħżlu minn immigranti jistennew fil-Marsa l-maġġoranza ta' dawk li ma' persuni Sirjani, li llum jokkupaw ħafna mill-postijiet tax- qalu hekk: "Is-Sirjani qatt ma joffrulna aktar minn €30 għal ġurnata xogħol. U

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 Frar 2016