Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
10 illum | Il-Ħadd 28 ta' Frar 2016 Intervista 'Il-Gvern qed jagħti l-kunsens I l-qasam tal-housing huwa wieħed mill-aktar oqsma li wera li qed ikun ta' problema għal dan il-Gvern kif ukoll fuq fomm bosta, hekk kif il-lista ta' stennijja għal nies biex jingħataw post tal-Gvern qabżet it-3,000. Mal-ILLUM, id-deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet li ħafna nies saħansitra jirrikorru għand l-istess Partit Nazzjonalista għaliex kemm-il darba, "jsibu l-bibien magħluqa u jsibu r-refuġju fina, bit-tama li nagħmlu xi ħaġa aħna biex intejbu s-sitwazzjoni." Minkejja dan, fil- baġit li għadda, il-Gvern alloka ammont sostanzjali ta' fondi, €50 miljun, preċiżament għal dan il-għan, allura dan ma jfissirx li din il-problema fil-fatt qed tiġi indirizzata? Mifsud Bonnici twieġeb li minkejja li huwa tajjeb li l-Gvern jirrikonoxxi li hawn problema fl-akkomodazzjoni soċjali, kollox għadu fl-arja. "Meta l-Gvern wiegħed li se jsolvi l-problema tal-akkomodazzjoni soċjali, qed nifhem li meta l-Gvern kien qed jagħmel dik il-wegħda, għamilha għax kellu xi tip ta' pjan jew strateġija." Minkejja dan, tkompli tgħid id-deputata Nazzjonalista, "tliet snin wara jirriżulta li l-Gvern ma kellux pjan, u issa qed jgħid li se jkun qed jinvesti dawn il-€50 miljun, li sa issa, la nafu minn fejn ġejjin u kif se jitħaddem il-proġett." Qalet ukoll li hi għamlet bosta mistoqsijiet fil-Parlament dwar dan il-proġett, dwar x'jinvolvi, min se jkun qed jimmaniġġja dan l-istess investiment, iżda baqgħet bla tweġibiet. "Kulma nafu huwa li l-Gvern ħass li l-Awtorità tad- Djar, li hi l-awtorità responsabbli mis-servizzi kollha dwar propjetà, mhix l-awtorità adatta għal dan il- proġett, imma minflok se tinħoloq kumpanija li tkun tal-Gvern stess, li ma nafu xejn dwar kif se tkun qed taħdem," żiedet tgħid Mifsud Bonnici. Żiedet issostni wkoll li ġaladarba dan l-investiment issemma' fil-baġit li għadda, tali investiment għandu jibda din is-sena stess għaliex baġit għandu jindika l-investimenti u l-infiq matul it-tnax-il xahar segwenti, "imma issa li kważi wasalna f 'Marzu, għad m'għandna xejn iswed fuq l-abjad dwar x'se jkun qed jiġri eżatt u kemm se jkunu dawk li se jibbenefikaw. Jekk għandek qabar, ma tikkwalifikax bħala 'first time buyer' Minkejja l-kritika tax-shadow minister għall-Politika Soċjali fl-oqsma tal-akkomodazzjoni soċjali, Mifsud Bonnici faħħret l-iskema tal-'first time buyers' fejn qalet li għamlet differenza anke għall-ekonomija tal-pajjiż għaliex huwa inċentiv tajjeb mhux biss għax-xerrejja żgħażagħ imma anke għan-nies f 'dan in-negozju. Dwar dan, Paula Mifsud Bonnici wkoll qalet li hemm xi nuqqasijiet f 'din il-liġi li jeħtieġ li jiġu indirizzati. Ċerti partijiet f 'din il-liġi kapaċi jaqilbu fl-assurd, hekk kif din il-liġi tal-first time buyers, "kif inhi, tiddefinixxi li l-persuna, jekk għandha propjetà, hi x'inhi din il-proprjetà, ma tikkwalifikax għall-iskema tal-'first time buyers'. Dan ifisser li anke jekk il-persuna jkollha xi garaxx biex iddaħħal il-karozza fih jew saħansitra qabar, din ma tistax tikkwalifika." Għaldaqstant, id-deputata temmen li hemm jeħtieġ li jsiru ċerti tibdiliet biex iktar 'first time buyers' ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema. 'L-Awtorità tad-Djar qiegħda tfalli' Anke jekk skema bħal tal-'first time buyers' hija waħda pożittiva u li tiffranka ammonti sostanzjali ta' flus lil dawn ix-xerrejja, bosta jkunu dawk li xorta waħda ma jifilħux iħallsu sabiex jixtru l-propjetà tagħhom. Hawnhekk, Mifsud Bonnici tirrimarka kif għalhekk, l-Awtorità tad-Djar falliet meta ma ġedditx ċertu skemi li kienu fis-seħħ. Meta saqsiet dwar ir-raġuni li tali skemi kienu nqatgħu, id-deputata qalet li, "r-raġuni li ngħatajt kienet li ma tantx kien hemm nies li applikaw, imma biss ftit mijiet. U hawn jiena ngħid li anke jekk huma ftit mijiet li bbenefikaw mill-iskema u għinthom jixtru l-proprjetà tagħhom, aħjar milli dawn il-mijiet qegħdin fuq il-lista għall-housing." Minħabba f 'dan u bosta skemi li d-deputata semmiet li nqatgħu, in-numru kbir ta' nies jistennew li jingħataw akkomodazzjoni ma naqasx." Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista allura, qed joffri xi tip ta' alternattiva dwar il-housing u l-problemi finanzjarji li qed jaffaċċjaw diversi setturi ta' nies fis- soċjetà, issaqsi din il-gazzetta? Għal dan, Mifsud Bonnici tirrispondi li l-PN għadu qed jistudja s-sitwazzjoni, waqt li se jkun qed juża d-dokument, 'Ekonomija għan-nies' sabiex jibbaża l-pjanijiet tiegħu għall-futur. 'Minkejja li l-ekonomija b'saħħitha, hawn min mhux ilaħħaq' Paula Mifsud Bonnici tkompli tgħid li fil-pajjiż qed tinħoloq distinzjoni bejn dawk in-nies li jifilħu jħallsu u dawk li le, li jinsabu fil-qiegħ u sfortunatament ma nstabx mezz ta' kif jistgħu jiġu mgħejuna, u "f 'dawn it-tliet snin kien hemm żieda f 'dawk in-nies li qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu." Fil-fatt id-deputata Nazzjonalista ssemmi bosta każi li hi bħala shadow minister għall-politika soċjali, u deputata fuq l-ewwel distrett tiltaqa' magħhom u tistaqsi kif il-pajjiż u, "l-ekonomija hija b'saħħitha, imma bosta nies jgħidulek, 'Jien m'iniex sejjer tajjeb u qed insib problemi biex inlaħħaq mal-ħajja' u mhux qed iħossu din l-ekonomija b'saħħitha fil-but tagħhom. 'Il-prekarjat kompla jikber' Ix-xogħol prekarju huwa pjaga li donnha tibqa' teżisti u tkompli tgħakkes, jekk mhix ukoll ir-raġuni ewlenija għalfejn ħafna nies ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja. Din hija kwistjoni li semmiet għal bosta drabi id-deputata Nazzjonalista bħala problema li jaffaċċjaw diversi ħaddiema. Meta mistoqsija dwar jekk taħsibx li dan l-isfruttament kien 'sploda' fl-aħħar leġiżlatura, Mifsud Bonnici sostniet li l-PN żgur ma jistax jgħid li l-prekarjat qatt m'eżista, imma "naħseb li kompla jikber issa." Żiedet tgħid li spiss il-ligi tiġi użata biex ċertu nies iduru magħha u jabbużaw minnha, għalhekk, "jeħtieġ li jkun hemm liġi li tgħalaq dawn il-'loopholes' kollha." Fl-istess waqt, Paula Mifsud Bonnici titkellem dwar il-fatt li l-PN, fil-leġiżlatura li għaddiet kien beda jaħdem fuq din il-kwisjoni, "fil-fatt Gvern preċedenti kien beda jindirizza din il-problema anke f 'dak li ghandu x'jaqsam mal-prekarjat fis-settur pubbliku, għaliex jekk int trid li ma jkun hemm iktar prekarjat, trid tkun int li tmexxi l-eżempju." Minkejja dan, Mifsud Bonnici tirrimarka li jeħtieġ li, "naraw x'wiegħed qabel l-elezzjoni l-PL, għax il-ġlieda kontra l-prekarjat kienet 'il cavallo di battaglia' tiegħu, u għalhekk wieħed kien jassumi li dan kellu strateġija sħiħa ta' kif se jkun qed jelimina l-prekarjat." Iżda, dwar dan, Mifsud Bonnici tgħid li l-Gvern jinsab għaddej minn din is-sitwazzjoni ta' prekarjat, u "din il-ġimgħa stess, sirna nafu kif kien hemm ħaddiema fi skejjel tal-Gvern bil-prekarjat għaliex dawn kienu qed jaħdmu b'kuntratti ta' tliet xhur." F'dan il-punt tal-intervista, irriproduċiet mistoqsija parlamentari li kienet turi kif uħud mill-kuntratti lil kumpaniji ta' tindif fi skejjel tal-Gvern, kienu qed jiġu mġedda kull tliet xhur. Minn dakinhar, iżda il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħareġ stqarrija li fiha ċaħad dan kollu għaliex saru verifiki mill-istess Ministeru, li juru li r-rati minimi ta' ħlas lill- impjegati, jaqbżu r-rata minima nazzjonali. 'Iktar minn 1,000 sabu xogħol f 'xahar, iġġiegħlek titħasseb' 'Fuq l-istess argument tal- impjiegi, allura kif tispjega l-fatt li ċ-ċifri juru r-rata ta' qgħad dejjem nieżel?', staqsiet din il- Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Jekk persuna għandha qabar, din ma tikkwalifikax bħala first time buyer " " In-nies jistennew biex jingħataw post tal-Gvern, qabeż it- 3,000 " "