Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 NEWSPAPER POST Nr 490 • 06 ta' Marzu 2016 www.illum.com.mt Intervista ma' David Farrugia Sacco Ara paġni 34 u 35 L-g˙aΩla dan il-G˙id GÓAWDEX Bejn it-28 ta' Frar u s-27 ta' Marzu 2016 ARTI | FIDI | TRADIZZJONI Easter in Gozo www.visitgozo.com Iktar informazzjoni u kopji tal-programm jistgħu jinkisbu minn www.visitgozo.com Argument wieħed u nispiċċa barra minn Albert Gauci Cunningham MARIA* għandha 54 sena u għandha żewġt itfal. Minkejja li xtaqet tibqa' anonima, mal-ILLUM spjegat kif minħabba li tikkoabita m'għadna xejn taħt isimha u mal-inqas argument mal-partner tagħha, tista' tispiċċa barra fit-triq, ta' fuqha senduqha. Meta ltqajna ma' Maria, hija spjegat kif minkejja l-karriera li kellha għal tant żmien, li aċċertatilha impjieg u pożizzjoni fis-soċjetá, relazzjoni mal-partner tagħha barra ż-żwieġ u li minnha hi għandha żewġt itfal, wassalha fis-sitwazzjoni li qiegħda fiha llum. "Wara li tlaqt mix-xogħol biex inkun nista' nrabbi ż-żewġ uliedi, illum spiċċajt m'għandi xejn. M'għandi dritt ta' xejn. Ngħix mas-sieħeb tiegħi u mal-inqas argument nista' nispiċċa barra, bla saqaf fuq rasi. Dan sew allura? Għalfejn m'għandi ebda protezzjoni? Dan hu r-rikonoxximent talli rabbejt żewġt'itfal?" *Maria huwa isem fittizju. Il-mara li tkellmet mal-ILLUM xtaqet tibqa' anonima. minn Albert Gauci Cunningham ILLUM, il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qiegħed jagħti indikazzjoni ta' riforma fil- kodiċi tal-etika tal-Ministri, li permezz tagħha se jkun qed jinbidel il-mod kif dawn u kif il-Membri Parlamentari jiddikjaraw l-assi u d-dħul tagħhom. L-ILLUM hija nfurmata li l-Prim Ministru diġá kkomunika l-intenzjoni tiegħu ma' numru ta' persuni qrib tiegħu li jsiru tibdiliet bil-għan li tiżdied it-trasparenza u li jkun evitat każ ieħor bħal dak żvelat il-ġimgħa l-oħra dwar Konrad Mizzi. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM spjegaw kif Muscat huwa konxju li t-terremot politiku li nqala' fl-aħħar ġimagħtejn ħalla lill-Gvern u lill-Partit Laburista elettoralment imbenġel. Din ir-riforma, li mistennija titħabbar fid-dettall fil-ġranet li ġejjin, se tkun it-tieni waħda li se jkollha l-għan li tagħmel tibdiliet konsiderevoli. Dan hekk kif fil-bidu tas-sena, il-Gvern preżenti ħabbar riforma oħra fid-Dipartiment tal- Artijiet. L-ILLUM hija nfurmata wkoll li fiż-żmien li ġej, il-Gvern se jkun qed jappunta Kummissarju tal-Istandards. Għalkemm għad m'hemmx persuna partikolari li ġiet magħżula għal din il-kariga, sorsi li tkellmu mal-ILLUM fakkru kif din l-għażla trid ssir b'reqqa kbira. B'reazzjoni għall-kriżi, Muscat iwiegħed tibdil Illum mistenni jindika riforma fil-kodiċi ta' etika tal-Ministri Tkompli f 'paġna 6 Ara paġni 8 u 9 In-nisa li biddlu d-dinja Tkompli f 'paġna 5 Laburista twelidt u hekk irrid immut F'INTERVISTA li qed tidher f 'paġni 10 u 11, l-eksdeputata Laburista Marlene Farrugia tgħid li Konrad Mizzi għandu jirreżenja "jekk iħobb lill- pajjiżu u lill-Partit Laburista" u li "Panama jew le, il-Partit Laburista tilef opportunitá." Mistoqsija jekk hux se tattendi l-protesta tal-PN li se ssir illum, Farrugia qalet li hija tittama li sal-lum, Mizzi jkun irreżenja u ma jkollhiex għalfejn. Fl-istess intervista, Farrugia tgħid li hija twieldet Laburista u, "Laburista rrid mmut" filwaqt li tgħid li f 'każ ta' elezzjoni, illum hi ma tivvotax. Mitluba tissostanzja l-allegazzjoni pjuttost gravi li għamlet il-ġimgħa l-oħra fuq il-paġna tagħha ta' Facebook meta qalet, 'il-mafja ta' Kastilja renjanti', Farrugia ma kinitx lesta li tispeċifika għal min kienet qed tirreferi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016