Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 | illum 11 Intervista u hekk irrid immut' Deputat mexxej? "Għandu jirreżenja wkoll. Il-PL, bl-istorja li għandu ma jixraqlux li jkollu Deputat Mexxej b'din l-istigma fuqu. Hemm ħafna nies li jistgħu jaqdu dan l-irwol." Farrugia tieqaf għal ftit u tgħid li, "jekk iħobb lil pajjiżu u jħobb lill-Partit Laburista jirreżenja." Allura x'taħseb Marlene? Partit Laburista li se jmur għall-elezzjoni b'Konrad Mizzi bħala Deputat Mexxej għandu ċans jirbaħ? Kieku ssir illum elezzjoni, bil-perċezzjoni ħażina li semmiet, taħseb li l-PL jirbaħha? "Kieku jmur illum għall-elezzjoni u juri li lest isaħħaħ lilu nnifsu, avolja ħa daqqa ta' ħarta enormi, xorta jkun jista' jirbaħ. Jekk iħalliha tkaxkar jiġrilu bħalma ġralu Gonzi. Il-Partit Nazzjonalista, min-naħa l-oħra, għadu mhux f 'sitwazzjoni li juri li mhux se jirrepeti l-istess żbalji, anke jekk qed jirranka." Hija żiedet tgħid li l-każ tal-Panama "xxokkja." Tkompli billi tagħmel dikjarazzjoni pjuttost b'saħħitha, u tgħid li "d-dekandenza tal-PN wara dawk is-snin kollha, qed tiġri fi ftit żmien. Ftakar," tkompli l-eks deputata Laburista, "li l-partit ta' Gonzi qala' kinsa anke jekk żamm l-ekonomija fil- wiċċ, li juri kif għan-nies, il-governanza hija importanti." B'ċerta ton definittiv tgħid li jekk ma jittieħdux deċiżjonijiet fil-mument, dan il-każ jista' jwassal għal telfa elettorali. 'Il-Mafja ta' Kastilja renjanti'.... isostanzja Marlene Naslu f 'punt fejn iqum ftit ta' argument. Marlene Farrugia qalet hekk fi status li tellgħet fuq Facebook: 'Il- Mafia ta' Kastilja renjanti.' Allegazzjoni u akkuża mill-aktar gravi. L-ILLUM tistaqsiha tissostanzja din l-allegazzjoni. Għal min qed tirreferi meta tgħid mafja? Għaliex qed tgħid hekk? Għal liema atti jew azzjonijiet qed tirreferi meta tirreferi għal-mafja? Farrugia tgħid hekk, "Ċara. Il-mafja ta' Kastilja fetħu kontijiet fil-Panama. Għaliex fetħuhom fil-Panama?" Inwaqqfuha mill-ewwel u nistaqsu, 'int qed takkuża...' imma tinterrompi "m'jien qed nakkuża lil ħadd." Imma s'issa ħareġ li kien hemm tnejn min-nies li setgħu kellhom jew għandhom kumpaniji l-Panama u li joperaw minn Kastilja: Konrad Mizzi u Keith Schembri. 'X'qed takkuża u tinsinwa Farrugia? Li dawn mafja? Farrugia ma tweġibx direttament. Tgħid li min jagħmilhom dawn l-affarijiet "jagħti impressjoni li hemm x' jaħbi. Mafja meta titfa' l-ġebla u taħbi jdejk, fid-definizzjoni tiegħi. Għalfejn il-Panama?" Imma allura, kumpanija fil-Panama awtomatikament tfisser li dawn il-persuni huma mafja, tkompli tippressa l-ILLUM? "Għaliex mill-pajjiżi kollha fetħu kont il-Panama? Dawn nies li huma wiċċ il-Gvern tagħna. Għalfejn kellhom jagħmlu din il-ħsara kollha? Għalfejn kellna kuntratti mhux ippubblikati?" Imma l-ILLUM tfakkar li meta qed titfa' tikketta ta' mafja, 'qed titkellem b'ċertezza, issa qed tistaqsi, u m'intix qed tippreżenta fatt. Kieku jien ngħid Marlene mafjuża, ngħidha għax għandi l-provi...int m'għandekx provi.' "Iva", twieġeb Farrugia, "hemm il- kontijiet fil-Panama." Imma dik prova biżżejjed ta' att mafjuż? Terġa tistaqsi l-ILLUM. "Prova biżżejjed li joskuraw isem pajjiżna ghax għamluha bil-fatti. Kienu lesti jieħdu ċans b'isem il- kredibbiltá ta' pajjiżna." L-ILLUM terġa' twaqqaf lil Farrugia u tgħidilha li, 'tista' ssejħilhom irresponsabbli, tista' tuża aġġettivi oħra, imma meta int qed tgħid 'mafja' trid tissostanzjaha." Farrugia tfakkar kif, "huma stess qalu li għandhom kumpanija l-Panama, u dik ma tixraqx." 'Imma dan il-fatt waħdu jfisser li huma mafja? tistaqsi l-ILLUM. "Dik waħdeha le, imma tinsiex, kellna nivvutaw dwar kuntratti li ma kinux ippublikati kollha, kellna nivvutaw fuq kwistjonijiet meta ma kellniex il-fatti kollha." X'qed tallega? Li hemm min qed idaħħal fil-but? L-ILLUM tirrimarka kif Farrugia qed tipprova tgħaqqad jew tqarreb numru ta' trufijiet. 'Semmejt is-Socar, kuntratti mhux ippublikati, iż-Żonqor, iż-żjara l-Azerbaijan u l-kumpanija fil-Panama. Fl-istess nifs qed takkuża bil-mafja. Nistaqsu lil Farrugia direttament, 'int qed takkuża lil xi ħadd li għandu kontijiet il-Panama biex idaħħal fil- but?' "Hemm kumpanija il-Panama. Fatt. Ħbew numru ta' kuntratti. Fatt. Nistaqsu mistoqsijiet u jweġbuk, u wara nsiru nafu li qed isir mod ieħor. Fatt. Meta dawn l-affarijiet isiru b'ċerta frekwenza, idaħħlu f 'moħħ in-nies li l-affarijiet qed isiru mhux kif jixraq. Affarijiet li jsiru f 'pajiiż tal-mafja mhux f 'pajjiż demokratiku Ewropew. Nittama li jirrenja s-sens komun Illum se ssir protesta mill-PN, li qed isejħilha protesta kontra l-korruzzjoni. Marlene se tattendi? "Qed nittama li niċċelebra li l-PL inaddaf biex jerġa' jirbaħ. Nittama li l-protesta tal-lum ma jkunx hemm bżonnha għax il-Gvern ikun sema' mill-poplu u ħa azzjoni." Taħseb li se jkun hemm tibdil? "Diffiċli ma jinbidel xejn, għandi tama qawwija li jirrenja s-sens komun, jirreżenja Konrad Mizzi u l-moviment jiggverna kif jixtieq il-poplu. Din hija t-tama tiegħi." Min ma jilħaqx l-għeneb jgħid li qares Imma Marlene Farrugia hija mara 'bitter'? "Altru milli 'bitter'. Bdejt mix-xejn, imma bdejt minn familja tal-ħaddiema, ħdimt daqs bagħal. Forsi ż-żwieġ ma rnexxiex imma xorta sibt kuntentizza mod ieħor u nħossni kuntenta, speċjalment bil-karriera li bnejt." Farrugia tgħid li Joseph Muscat żamm il-wegħda tiegħu li jagħżel bejn Godfrey u bejnha u fil-fatt kien offra lil Godfrey żewġ ministeri. "Godfrey qed jagħti kontribut billi huwa whip, u jien billi niġbed l-attenzjoni lill-Gvern fejn inħoss li hemm nuqqasijiet." Imma ma setgħetx Marlene baqgħet titkellem dwar nuqqasijiet fi ħdan il- partit? Għalfejn irreżenjat? "Irreżenjajt għax fid-diskussjoni dwar il-MEPA kont se nivvota kontra dak li wegħedna fil-programm elettorali." Infakkarha li l-PL kien wiegħed li l-MEPA tinqasam f 'żewġ awtoritajiet fil-programm elettorali tiegħu, kif fil-fatt seħħ. "Mhux għal dik, għal per eżempju l-mod kif kienu se jibdew jintgħażlu r-rappreżentanti tal-NGOs fl-Awtoritá tal-Ambjent." Twelidt u rrid immut Laburista L-ILLUM tinnota kif tul l-intervista, Marlene tuża kliem bħal "tagħna", "magħna" u "aħna" meta tirreferi għall- Partit Laburista. Imma Marlene għadha Laburista? "Jien minn ġuf ommi Laburista. Xi tfisser li tkun Laburista?" tistaqsi Farrugia, li mill-ewwel issemmi l-kwotazzjoni ta' Ġużé Ellul Mercer kwotata minn Evarist Bartolo din il- ġimgħa, 'il-bniedem jeħtieġ jitwieled ta' bniedem, jgħix ta' bniedem, jiekol ta' bniedem u jmut ta' bniedem." Marlene tisħaq li dan huwa t-twemmin tagħha u li tħossha komda biss f 'partit li jimxi ma' dan it-twemmin. Taserixxi li, "Laburista twelidt u Laburista rrid mmut." 'Teskludi li terġa' tmur mal-PN u tkun kandidata mal-istess partit?' tistaqsi l-ILLUM. Marlene ittemm l-intervista b'ton pożittiv, u minkejja l-kritika ħarxa li fetħet diversi drabi fil-konfront tal-PL tgħid hekk, "irid ikun il-PN li jersaq lejn dak li nemmen jien. Il-Partit Laburista għad fadallu ċans li jitnaddaf, nispera li l-PL ma jibqax jitbiegħed mit- twemmin ta' x'ifisser li tkun Laburist." Jekk iħobb lil pajjiżu u jħobb lill-Partit Laburista, jirreżenja " " Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016