Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 minn John Busuttil ISSA drajna li Għawdex ibiddel il-kuluri u l-kulturi tiegħu skont iż-żmien. Hemm iż-żmien ta' ferħ u paċi li hu żmien il-Milied, hemm żmien il-bluha tal-Karnival u issa żmien ir-riflessjoni meta Għawdex jagħti l-ħajja lill-passjoni ta' Kristu. Fil-fatt, kważi kull raħal Għawdxi jorganizza xi ħaġa partikolari għal dawn iż- żminijiet għalkemm l-aħħar waħda ġdida se tkun il-Via Sagra animata fiċ-Ċittadella li għadha kif ġiet restawrata. Din il-Via Sagra se tibda mit-Tokk minn fejn il-banca Giuratale. Minn hemm, tibqa' tielgħa madwar iċ-Ċittadella bl-14-il stazzjon animat b'200 attur mill-Għaqda Dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira ta' Għawdex fejn id-dawl u l-mużika jagħti aktar ħajja lil din il-Via Sagra. Din se ssir darbtejn fid-19 ta' Marzu, l-ewwel waħda mis-7 pm sat-8 pm, u l-oħra tibda kwarta wara mit-8.15 sad-9.15. Avveniment ieħor organizzat mill-Ministeru ta' Għawdex se jkun Ħadd il-Għid, 27 ta' Marzu. Hip Hop Hooray se tiġi organizzata f 'Villa Rundle b'logħob għal familja kollha bejn l-10 ta' filgħodu u l-4 ta' wara nofsinhar. Se jkun hemm attivitá mal-Easter Bunny u wieħed ikun jista' jagħti donazzjoni għal Puttinu Cares. Sadanittant, tqassmu speċi ta' bajd tal-Għid fl-iskejjel, biex kull skola qed tiddekora l-bajda tagħhom u tintagħżel l-isbaħ bajda. Madwar Għawdex f 'dawn iż-żminijiet jiġu organizzati sitt purċissjonijiet tal- Ġimgħa l-Kbira, sitt purċissjonijiet tad-Duluri u għaxar purċissjonijiet tal-Għid. Żewġ purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira joħorġu l-Ħadd 20 ta' Marzu, dik tal- Qala u tal-Katidral tar-Rabat. Filwaqt li fil-Ġimgħa l-Kbira jkun hemm dik taż-Żebbuġ (bil-vari mlibbsa bil-ħwejjeġ tan-newl magħmula bl-idejn), tan-Nadur, ta' San Ġorġ tar-Rabat u tax- Xagħra. Il-Ħadd tal-Għid ikun hemm 10 purċissjonijiet bl- istatwa tal-Irxoxt, San Ġorġ tar-Rabat, Nadur, Xewkija, Kerċem, il-Katidral, Rabat, Fontana, Qala, Żebbuġ, Xagħra u l-Għarb. Ċenaklu Ħaj fin-Nadur 'L-Għaqda Ħbieb tal- Presepju' fin-Nadur, matul il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa ttella' 'Ċenaklu Ħaj' flimkien ma' Wirja marbuta ma' dan iż-żmien ambjentata fil- kampanja li ddawwar 'Dar Dun Franġisk Grima' fi Triq it-Tiġrija, fin-Nadur. Il-ħinijiet u dati tal-ftuħ huma dawn: • Jum id-Duluri – 18 ta' Marzu 8.00 – 9.30 pm • Ħadd il-Palm – 20 ta' Marzu 4.00 – 9.00 pm • Ħamis ix-Xirka 24 ta' Marzu 8.30 – 11.00 pm • Jum il-Ġimgħa l-Kbira 25 ta' Marzu 9.30 am – 1.00 pm Id-dħul huwa b'xejn u kulħadd hu mistieden biex iżur din l-attivitá li se tkun ambjentata f 'dar tipika Għawdxija u l-madwar tagħha li tmur lura għal aktar minn tliet mitt sena. Għawdex Il-passjoni ta' Kristu tingħata • Via Sagra ħajja fiċ-Ċittadella b'200 attur • Bethlehem Għajnsielem tinbidel f'Ġerusalem u l-fortizza Chambray tinbidel fil-Golgota • 10 purċisssjonijiet tal-Irxoxt, 6 tal-Ġimgħa l-Kbira u 6 tad-Duluri Għawdex ibiddel il-kuluri u l-kulturi tiegħu skont iż-żmien Kristu jissawwat fil-fortizza ta' Chambray Betlem jinbidel f 'Ġerusalemm f 'Għajnsielem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016