Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 | illum 13 Ghawdex FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA tingħata l-ħajja f 'Għawdex Betlem jinbidel f 'Ġerusalemm f 'Għajnsielem B'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem u Fort Chambray Limited, l-Għaqda Drammatika Għajnsielem ser ittella' attivitá bl-isem 'Ħadd il-Passjoni'. Din l-attivitá se tikkonsisti fid-daħla trijonfali ta' Ġesù fil-Belt ta' Ġerusalemm, il-ftuħ uffiċjali tal-aħħar ċena segwita mill-Via Sagra ħajja, 'Kont Hemm' li hija ibbażata fuq dik li nieda San Ġwanni Pawlu II nhar id-29 ta' f 'Marzu tal-1991. Din tibda fil-Ġnien tal-Ġetsemani u tintemm ħdejn il-qabar. Kull stazzjon ilaqqgħana ma' diversi personaġġi mill-Iskrittura li jwasslu riflessjoni li tirrifletti s-sehem tagħna f 'dik il-ġrajja fosthom Ġesu, Ġwanni, iċ-Ċenturjun, Marija ta' Magdala u oħrajn. Il-Via Sagra se tibda mis- sit Ta' Passi f 'Għajnsielem, fejn jittella' Bethlehem f 'Għajnsielem, u tkompli lejn is-sit storiku ta' Forti Chambray flimkien mal- udjenza. L-ambjent ta' dawn il-postijiet huwa ideali sabiex ittella' attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-Kitba u d-direzzjoni hi f 'idejn JoAnne Debrincat, filwaqt li d-direzzjoni artistika hi f 'idejn Franco Ciangura. Jieħdu sehem madwar 60 attur kif ukoll diversi nies wara l-kwinti. "Ħadd il-Passjoni" tittella' fit-19 ta' Marzu 2016 fil- 4.30pm L-għar li twieled fih jinbidel fil-kamra għall-aħħar ċena tiegħu Għaqda Drammatika Għajnsielem tibdel l-għar li twieled fih Ġesu għall-aħħar ċena tiegħu fejn diversi atturi se jirrapreżentaw lil Ġesù u l-appostli fil-lejl tal- Ewkaristija. Fiċ-ċenaklu se jkun hemm ukoll kċina fejn se jiġi ppreparat ikel tradizzjonali tal-okkażjoni. L-atmosfera u l-ambjent naturali flimkien mal-annimali f 'dan il-post, żgur se jgħinu biex kull min iżur dan iċ-ċenaklu jista' jgħix l-esperenzja ta' dak iż-żmien. Din l-attivitá se ssir fil-lejl ta' Ħamis ix-Xirka, 24 ta' Marzu 2016 minn 8.30pm sa 11.30pm u fl-għodwa tal-Ġimgha l-Kbira, 25 ta' Marzu 2016, minn 9.00am sa 12.00pm. Iċ-ċenaklu fin-Nadur Ħadd il-Passjoni f 'Għajnsielem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016