Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 I l-politka hija l-mod ta' kif ngħixu kuljum, u għalhekk il-politika ma tistax tiġi mwarrba mill-ħajja tal-bniedem. Il-bniedem ma jistax jgħid 'jiena ma tinteressanix il-politika'. B'dan, ma rridx ngħid li kulħadd għandu jkun politikant jew imdaħħal direttament fix-xena politika, biss li rrid ngħid hu li dak li jiġri fix-xena politka, jaffetwa l-ħajja ta' kuljum. Quddiemna, għandna Gvern fi kriżi ta' korruzzjoni, u għal din il-korruzzjoni qed tħallas int. Eżempju wieħed hu li l-konsumatur qed iħallas prezzijiet esaġerati tal-petrol u d-diesel meta l-bqija tal-Ewropa qed tħallas prezz ferm inqas, bl-għoli tal-ħajja u b'pagi li mhux qegħdin jiżdiedu. Dan il- pajjiż jixraqlu tmexxija aħjar, tmexxija nadifa u onesta. Il- politika għandha tinbena fuq bażi soda ta' serjetá u onestá u għalhekk, il-poplu jixraqlu tmexxija li tkun onestá mal- poplu u mhux wieħed li jaħbi. Gvern għandu jaħseb fit-tul u mhux sa xiber imnieħru jew fih innifsu. Il-governanza t-tajba għandha tkun il- qofol ta' partit fil-gvern. Governanza tajba li tħalli l-frott sabiex kulħadd igawdi minnha u mhux il-ftit. Il- Partit Nazzjonalista ħareġ dokument jismu 'Nibnu fiduċja ġdida fil-politika li fih aktar minn 100 proposta għal governanza tajba. Id-dokument jidentifika 10 problemi li għandu l-pajjiż. 10 prinċipji li qed jibni fuqhom il-politika l-Partit Nazzjonalista, u 10 temi li jinkludu aktar minn 100 proposta għal gvernar aħjar. Dan id-dokument ġie maħdum wara li statistiċi wrew li n-nies, il-pubbliku in ġenerali qed jitlef il-fiduċja, sew fil-politiċi u fil-politika inġenerali. Fl-opinjoni tiegħi, li toqtol il-fiducja tkun qridt kollox. Imbagħad x'jifdal? Inħoss li l-Partit Laburista bena l-kampanja tiegħu fl- 2013 fuq bażi ta' marketing u tlellix. Ipproduċa kejk li minn barra kien sabiħ u deher tajjeb, imma meta dan l-istess kejk beda jittiekel, maż- żmien in-nies bdew isiru jafu li l-kejk ma kienx jintiehem tajjeb. Kif jingħad bl-Ingliż – 'the proof of the pudding is in the eating'. Fatti juru li l-korruzzjoni istituzzjonalizzata qiegħda toħroġ fil-beraħ kull ħin u kull mument. L-iskandli li heżżu l-fiduċja tal-Pulizija ivarjaw mill-Café Premier, Strada Zekka, l-każ Australia Hall, ix-xiri taż-żejt mill- Ażerbajġan, il-bejgħ tal- BWSC, il-bejgħ tal-uniku Sptar t'Għawdex u iktar. Din il-kullana ta' korruzzjoni ma tħallilek ebda għażla oħra ħlief li tqum u tgħajjat 'miskin hu min ikasbarni' bħal fi kliem Rużar Briffa. Kif tista' ma titkellimx u ma tipprotestax quddiem dawn l-iskandli kollha? Il- bniedem rett, mill-politikant jippretendi onestá u integritá, drittijiet u mhux pjaċiri, opportunitajiet u xogħol għal kull min irid jaħdem, ħarsien tal-ambjent – f 'kelma waħda governanza tajba. B'governanza tajba rrid ngħid serħan tal-moħħ, fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-Gvern kollha speċjalment is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ġustizzja u l-libertá tal-espressjoni. Quddiem din is-sitwazzjoni ta' madwarna, maħmuġa u korrotta, apparti kull sentiment partiġġjan, illum posti hu quddiem Kastilja NIPPROTESTA. Alex Mangion huwa kandidat Nazzjonalista. Opinjoni Konrad Mizzi: Il-garanzija ta' telfa K onrad Mizzi huwa d-Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit. Bla dubju, dan kien xokk kbir għall-PN. Aħna nafu u konvinti mill-kapaċitajiet kbar li jippossjedi Konrad. Imma l-aktar li huma konvinti minn dan, huma propju tal-PN. Dan il-Ministru, lil tal-PN minn dejjem gerfixhom. Sa minn qabel ma sar Ministru. Kien għadu biss kandidat qabel l-elezzjoni li għaddiet. Kollha niftakruh jitkellem u jispjega b'awtoritá liema bħalha dwar il-pjan tal-enerġija li kien qed iħejji għal pajjiżna l-Partit Laburista. Dan kien qed iġib kredibbiltá kbira lill-Partit Laburista, u allura jbiegħed mis-siġġu tal- poter lil tal-PN. L-elezzjoni li għaddiet kienet konferma ta' dan kollu. L-istorja ma waqfitx hemm. Meta sar Ministru, Konrad beda jimplimenta dak li kien qed jitkellem dwaru qabel l-elezzjoni. Mhux biss. Beda jimplimenta wkoll pjan fil-qasam tas-saħħa. U r-riżultati pożittivi tal- ħidma ta' Konrad fil-qasam tal-enerġija, u flimkien ma' Chris Fearne fil-qasam tas-saħħa, illum jista' jarahom u jgawdi minnhom kulħadd. Dan kollu xejn ma jogħġob lil tal-PN. Issa biex tgħaxxaqha, se jibda inkwiet ġdid għall-PN. Il-kapaċitajiet organizzativi ta' Konrad, issa se jkunu riflessi wkoll fl-organizazzjoni tal-Partit Laburista fil-kariga l-ġdida tiegħu ta' deputat mexxej. Insomma nkwiet ġdid għall-PN. Konrad Mizzi huwa l-garanzija ta' telfa ċerta għall-PN fl-elezzjoni li jmiss. X'ma jivvintawx u jigdbu fuqu! Kemm jixtiequ tal-PN li għandhom wieħed kapaċi daqs Konrad. Għandhom għira bażwija għalih. Skiet perfett fuq l-iskandlu tal-Fekruna F'dawn l-aħħar ġimgħat, ħarġu dettalji ġodda u serji dwar l-iskandlu tal- Fekruna. Sid il-Fekruna mar tajjeb ħafna meta Jason Azzopardi kien Ministru. Imma l-pajjiż mar minn taħt. Kellna noħorġu flus aktar milli suppost. Dan mhux qed ngħidu jien. Dan huwa r-riżultat ta' investigazzjoni intensiva ferm. Inkisru anke l-liġijiet tal-pajjiż. Xi jgħid Jason Azzopardi dwar dan? Azzopardi jista' ma jgħid xejn, imma se jkun qed jgħid u jaġixxi bil-kbir il- Gvern fuq dan l-iskandlu MANUEL CUSCHIERI "Konrad Mizzi huwa l-garanzija ta' telfa certa għall-PN fl- elezzjoni li jmiss. X'ma jivvintawx u jigdbu fuqu! Għandhom għira bażwija għalih" Sid il-Fekruna mar tajjeb ħafna meta Jason Azzopardi kien Ministru Għalfejn se nsemma' leħni llum? ALEX MANGION "Dan il-pajjiż jixraqlu tmexxija aħjar, tmexxija nadifa u onesta"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016