Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 | illum 15 Opinjoni telfa ċerta għall-PN tal-PN. Skiet perfett fuq l-iskandlu Enemalta L-Enemalta hija korporazzjoni li bena Gvern Laburista fis-snin 70. Korporazzjoni li aħna ħallejnieha b' saħħitha. Korporazzjoni li tal- PN fil-Gvern ġabuha għarkupptejha. Falliment li kien se jwassal biex magħha jinżel il-pajjiż kollu. Immaġinaw, aktar minn 900 miljun ewro dejn. Bir-raġun in-nies tistaqsi min ħawwad fil-borma biex tal-PN kissru l-Enemalta? Għad insiru nafu. Forsi ma ndumux. Imma osservaw, min-naħa tal-PN skiet perfett. Skiet perfett fuq l-iskandlu Air Malta Xi ngħidu mbagħad għal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta? Din ukoll hija kumpanija li bnieha Gvern Laburista. Kumpanija li matul is- snin, tat kontribut enormi għall-industrija tat-turiżmu. Kumpanija li kienet tfisser opportunitajiet ġodda tax-xogħol għall-ħaddiema tagħna li sa ftit taż-żmien qabel, qatt ma kienu joħolmu bihom. Kumpanija li kienet tirreġistra l-profitti kull sena, u li mill-profitti kien jitqassam bonus kull sena lill-ħaddiema tagħha. Anke l-Air Malta, tal- PN irnexxielhom iġibuha għarkupptejha. Biżżejjed tkunu tafu li appena tlajna fil-Gvern fl-2013, sibna Air Malta b'telf ta' 78 miljun ewro. Air Malta li l-akbar daqqiet ħadithom meta xi ħadd bravu taħt il-PN fil-Gvern iddeċieda li jixtri l-ajruplani RJ70s u jwaqqaf l-Azzurra Air. Xi ħadd, dakinhar mar tajjeb żgur a skapitu tal-kumpanija nazzjonali tal-ajru tagħna. Anke hawnhekk, konvint li għad joħorġu dettalji xokkanti ġodda. Imma dejjem osservaw is-skiet perfett min-naħa tal-PN anke dwar l-Air Malta. Skiet perfett fuq l-iskandlu Mater Dei Naħseb li diġá ndunajtu biżżejjed kemm tal-PN jitilfu lsienhom meta jkunu mbarazzati. Mater Dei, sptar mimli korruzzjoni. Storja skandaluża mill- bidu sal-aħħar. Għaddejjin l-investigazzjonijiet neċessarji fuq dak li nstab s'issa. Għax minn informazzjoni li waslitili, jidher li dalwaqt joħorġu affarijiet li sal-lum, ħadd għadu ma jaf bihom. Sptar, li huwa ċar li kien hemm min bill subgħajh waqt li kien qed jinbena. Jekk għandkom xi dubju, staqsu lil Frank Portelli, li kemm-il darba tkellem fuq commissions. Imma osservaw mill-ġdid is-skiet taqtgħu b'sikkina mill-PN fuq dan l-iskandlu. Eh, biex ma ninsiex, meta kien qed jinbena l-Mater Dei, tal-PN b'kumbinazzjoni kienu qed jirranġaw il-kwartieri tagħhom f 'Tal-Pietá. Eżatt bħas-snin sittin, anke dakinhar kumbinazzjoni meta kien qed jinbena l-isptar t'Għawdex, kienu qed jibnu d-Dar Ċentrali f 'Tal-Pietá. Skiet perfett fuq l-iskandlu taż-żejt Taħt il-PN fil-gvern, il-familji u n-negozji kienu qed iħallsu l-ogħla kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-Ewropa kollha. Anke l-ogħla prezzijiet tal-fuel. U waqt li kien għaddej dan kollu, fix-xiri taż-żejt ma kien jinżamm rekord ta' xejn, u ppermettew sitwazzjoni fejn kien hemm nies li b' mod kontinwu kienu qed jieħdu l-commissions fuq ix-xiri tal-istess żejt. Anke hawnhekk, skiet perfett min- naħa tal-PN. Korruzzjoni bil-provi akbar minn din, il- pajjiż qatt ma kellu. U dan kollu, tinsewx, kien permess minn dawk li llum qed jilagħbuha tal-verġni. Skiet perfett dwar id- djun tal-PN Appena għaddiet l-elezzjoni, sirna nafu li tal-PN kienu mimlijin tilja dejn. Miljuni ta' ewro dejn. Flus li sparixxew. Keċċew il- ħaddiema minn magħhom. Meta riċentement staqsewhom għamlux investigazzjoni, biex jaraw fejn spiccaw il-flus kbar li kellhom, wieġbu li m'għamlux investigazzjoni, u qalu li ddecidew li jħarsu biss 'il quddiem. Tgħatti lil min kien inkompetenti jew inkella ħalliel ta' miljuni ta' ewro. Għandhom x' jaħbu, għax kieku jinvestigaw u jkunu trasparenti. Anke hawn għażlu s-skiet! "Meta kien qed jinbena Mater Dei, tal-PN b' kumbinazzjoni kienu qed jirrangaw il-kwartieri tagħhom" Le, mhux qed ngħid iva għall-korruzzjoni N har il-Ġimgħa li għadda, il-Kap tal- Oppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil qal li dawk li ma jattendux il-protesta tal-partit li jmexxi u li se ssir illum, qed jaċċettaw jew b'xi mod jagħtu l-approvazzjoni tagħhom għall- korruzzjoni. Ma setax kien aktar żbaljat minn hekk. Jien mhux se nattendi. Imma ma jfissirx li qed nagħti l-approvazzjoni la għall- korruzzjoni, la għan-nuqqas ta' trasparenza u wisq inqas għall-governanza bażwija. Fil- fatt mhux se nattendi, bħal eluf kbar oħra, bħall-maġġoranza assoluta tal-poplu, għax bdejt naqta' qalbi. Għax jien xbajt nara l-politika nieżla 'l isfel. Għax qed nixba nara lill-politika ssir logħba dekadenti ta' min huwa jew kien l-aktar dekadenti. Ta' min dineb l-aktar fil-konfront tal- poplu. Xbajt nara żewġ partiti jippuntaw is-swaba' lejn xulxin f 'logħba ta' min niżel l-aktar 'l isfel. Il-maġġoranza tal-poplu llum se tibqa' d-dar. Mhux għax hi indifferenti, imma għax tippreferi tagħmel il-kontijiet fis-silenzju, għax se tkun qed tisma', tixtarr u tifforma l-opinjoni tagħh dwar kif għandna Oppożizzjoni b'passat dubjuż ħafna li qed tippontifika lill-Gvern, li qiegħed f 'qagħda pjuttost miżerabbli bħalissa. Il-maġġoranza tal-poplu tgħid le għall-korruzzjoni. Imma l-istess maġġoranza qed tgħid le għal dak li ġara meta Simon Busuttil kien Viċi Kap tal-PN u qed tgħid le wkoll għal dak li qed jiġri llum. Il-maġġoranza tal-poplu hija mdejqa u diżulluża bil-mod kif qed issir il-politika, hija diżulluża bil-ħabi, hija diżulluża bil-mistoqsijiet li mhux qed jitwieġbu u li għadhom mhux imweġbin. Għalhekk, il- maġġoranza tal-poplu se tibqa' d-dar. Bħalissa, speċjalment fost dawk li tant kienu ħerqana li jnaddfu lill-pajjiż minn wieħed mill-aktar gvernijiet arroganti u maqtugħ mir-realtá, hemm rabja papabbli. Rabja direzzjonata lejn iż-żewġ partiti, lejn min illum qed jippontifika l-indafa meta huwa kollox minbarra nadif, u anke lejn dawk li tajniehom il-privileġġ li jiggvernaw b'tant qawwa u li dan il-privileġġ mhux qed jindokrawh tajjeb biżżejjed. Ħafna illum se jipprotestaw. Imma ħafna iktar se jibqgħu d-dar. Mhux veru Simon, li dan qed nagħmluh għax indifferenti. Qed nagħmluh għax tlifna l-fiduċja fiż-żewġ partiti. Għax m'aħniex qed naraw il-vera differenza bejn it-tnejn f 'dak li jirrigwarda governanza. Se nibqgħu id-dar għax nemmnu li din mhix il-politika li rridu, mhix il-klassi ta' mexxejja li tlabna għalihom, u dan mhux il-pajjiż li rridu. Jekk din hija l-għażla li aħna se nkunu sottomessi għaliha, mela allura ma nagħżlu xejn. Jekk l-għażla se tkun bejn ċrieki fi ċrieki u ċrieki fi ċrieki oħrajn, mela allura nibqgħu d-dar, nagħmlu l-kontijiet u naslu għall-konklużjonijiet tagħna. Mhux qed ngħidu iva għall- korruzzjoni. Qed ngħidu le għal sistema politika mnawra mill-fundament. Ħriġna għonqna, forsi kien hemm min bħali ħarġuh ftit iżżejjed, peró mill-lum 'il quddiem ma noħorġuh qatt iżjed. Mill-lum 'il quddiem, l-ewwel u l-unika lealtá tagħna tkun lejn Malta, u lejn Malta biss. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Mhux qed ngħidu iva għall-korruzzjoni. Qed ngħidu le għal sistema politika mnawra mill-fundament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016