Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 I l-ġrajjiet straordinarji ta' dawn il-jiem fakkruni ftit xi ktibt sena ilu fit-8 ta' Marzu meta għidt: "L-amministrazzjoni pubblika taf taħdem u għalhekk, meta tonqos illi tagħmel hekk, is-sens ta' diżappunt ikun ferm ikbar. It-tama hi illi l-każ tal-Kafé Premier huwa każ iżolat imma ż-żmien jurina jekk dan hux il-każ jew le. Iż-żmien jurina ukoll kemm tassew hemm volontà politika biex ma jinħmewx qassatat oħra bħal tal-Premier illi jiswew qares kemm lill- poplu kif ukoll lill-klassi politika." It-tama kienet illi kulħadd jitgħallem mill-indinjazzjoni illi l-istorja tal-Kafé Premier qanqlet fil-pajjiż wara illi bosta miljuni ta' euro ntefqu mingħajr ħtieġa għal dan. Ftit xhur wara, fis-17 ta' Mejju 2015, faqqgħet il-kontroversja tal-Università Amerikana ta' Malta u għidt: "S'issa il-prim ministru Joseph Muscat kellu ħajja mirakolata. B'kunfidenza mibnija fuq trijonfi elettorali suċċessivi, Muscat s'issa kellu ħajja pjuttost faċli. L-ekonomija ħażin jew tajjeb żammet il-momentum tagħha għalkemm kif ktibt ftit ilu, għandi riservi kbar dwar ir-Reaganomics tal-Professur Scicluna illi huwa ffissat fit-tnaqqis tad-defiċit a skapitu tat-tkabbir ekonomiku. Fatturi internazzjonali ffavorew lill-gvern ta' Muscat : l-instabilità politika f 'bosta pajjiżi għarab għenet lit-turiżmu mentri l-ekonomija dinjija ħadet nifs meta l-prezz taż-żejt naqas bin-nofs. Fl-istess ħin, bdew jidhru l-ewwel sinjali ta' tkabbir ekonomiku fl-ewrożona. Il-kontroversji illi ffaċċja dan il- gvern ukoll ftit jidhru illi affetwaw il-popularità personali ta' Muscat. Kemm il-programm ta' ċittadinanza kif ukoll il-każ pjuttost serju tal-Kafé Premier ma jidhierx illi affetwaw il-prestiġju tiegħu fost l-elettorat. Il-fatt illi kuntrarjament għall-istil ta' tmexxija ta' Mintoff u ta' Sant, Muscat juri flessibilità fid-deċiżjonijiet illi jieħu u lest illi jbiddel il-posizzjoni tiegħu tgħinu. Kif ukoll l-ammissjoni illi rrepeta kemm il-darba illi twetqu żbalji u illi l-affarijiet setgħu saru aħjar. Tassew Muscat qisu miksi bit-teflon u kollox jiżloq minn fuqu. Imma f 'xi ħin jew ieħor, it-teflon ser jingiref u x-xorti ser tinbidel u hemmhekk fejn irid igħaddi mit-test l-aktar iebes, meta l-kurrenti, kemm tal-opinjoni pubblika kif ukoll tal-konġettura politika u ekonomika, m'hux neċessarjament ikunu daqshekk favorevoli għal Teflon Joe." Forsi wasal il-mument tal-bidla drammatika fix-xorti ta' Joseph Muscat. U fejn s'issa kollox ġieħ ftit jew wisq ward u żahar, il-fażi illi dieħel fiha ser tkun ferm aktar kumplikata. F'dawn l-aħħar snin, l-iskandli illi fnew dina l-amministrazzjoni taw lok għall-erożjoni tal-fiduċja pubblika fil-figura ta' Muscat u tal-gvern tiegħu. Madankollu, l-aħħar skandlu illi laqat l-amministrazzjoni laburista qed iheżżeż sew is-sisien tagħha u l-futur politiku tal-prim ministru tpoġġa taħt sħaba sewda sew. Għalkemm għadu ferm kmieni sabiex wieħed jikteb in-nekroloġju ta' Muscat u l-gvern tiegħu, wieħed verament ma jarax kif Muscat jista' jżomm l-awtorità morali illi hija tant meħtieġa sabiex imexxi b'awtorevolezza. Għad hemm ħafna punti m'hux ċari fl-istorja li ġiet imlaqqma Panamagate. Fl-ewwel lok, il-ħtieġa tal-ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal- prim ministru, Keith Schembri illi jiftħu "trust" fi New Zealand. "Trust" huwa strument tal-liġi anglo-sassona illi wieħed juża sabiex jassigura illi l-ġid tiegħu jitgawda anke wara mewtu minn min irid u bil-mod illi jrid. Għaldaqstant, strument tipiku ta' "trust" ikun magħmul mis-"settlor", il-persuna illi twaqqaf l-istrument ta' "trust", illi fih jinnomina "trustees" sabiex jiżguraw illi l-beni illi jiġu konferiti fit-"trust" jintużaw mill- benefiċċjarji illi jkun innomina skond il-mod illi jkun iddetermina fl-att ta' kostituzzjoni tat-"trust" . Għalkemm dan hu strument tal-"common law" anglo-sassona u m'hux tad-dritt ċivili kontinentali, illum bosta pajjiżi tad- dritt ċivili, fosthom Malta, jippermettu illi jitwaqqaf "trust". Tali "trust" jista' jkun anke privat u ħadd ma jkollu aċċess għall-att ta' kostituzzjoni tiegħu jekk m'hux bl-awtorità tal-Qorti. Għaldaqstant, l-motiv għala dawn it-"trusts" twaqfu fin-New Zealand u m'hux f 'Malta ċertament qajjem ħafna tħassib. Wara illi l-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia poġġiet fuq il-blog tagħha żewġ posts illi fihom alludiet għall-ħaruf tan-New Zealand u l-kpiepel tal-Panama, il-ministru Mizzi ta intervista lill-MaltaToday lejliet illi laħaq deputat kap tal-partit laburista illi fiha ammetta l-esistenza ta' "trust" fin-New Zealand imma ma semma xejn dwar il-kumpanija l-Panama. Sussegwentement, Caruana Galizia kixfet l-esistenza ta' tali kumpanija u aktar tard tat-"trust" ta' Keith Schembri. Il-Panama hija ġurisdizzjoni magħrufa għall-ħabi tagħha u n-nuqqas ta' ko-operazzjoni mal-awtoritajiet fiskali ta' pajjiżi oħra. L-ispjegi li ngħataw ma tantx ikkonvinċew. Il-ministru Mizzi qal illi ried jiġġestixxi l-assi tal-familja. Skond id-dikjarazzjoni tal-assi tal- ministru, qajla wieħed jista' jgħid illi għandu patrimonju illi jiġġustifika l-ispejjeż illi l-istrutturi illi waqqaf jinvolvu. F'intervista illi ta fil- programm "Dissett", Mizzi stqarr illi huwa għamel dan il-pass fuq il-parir ta' Keith Schembri mentri qabel kien qed jiddikjara illi kienu l-konsulenti finanzjarji tiegħu illi tawh il-parir sabiex jagħmel dan il-pass. Fil-każ ta' Keith Schembri, huwa semma illi t-"trust" waqqafha minħabba l-interessi privati tiegħu. Huwa magħruf illi s-sur Schembri kien negozjant fil-qasam tal-karta, tar-riċiklaġġ u tal-ikel qabel ma laħaq "chief of staff " tal-prim ministru. Fl- età pjuttost tenera ta' ftit aktar minn erbgħin sena, ġie deskritt bħala multi- miljunarju. Imma jidher illi dawn l-interessi privati għadhom jidhru fuq ismu personali u ma ġewx konferiti fl- ebda "trust". Għaldaqstant, anke hawn l-ispjegazzjoni li ngħatat ċertament m'hix sodisfaċenti. Din l-affari tagħti lok għal suspetti illi dawn it-t"trusts" u l-kumpanija tal-Panama twaqqfu għal skopijiet xejn ċari. Jekk uffiċjal pubbliku huwa meħtieġ skond l-artiklu 7.4.3 tal- Public Service Management Code illi jgħarraf lis-Segretarju Permanenti tiegħu kwalunkwe investiment jew interess finanzjarju illi għandu, aktar u aktar għandu ministru jiżgura illi jkun iddikjara l-assi kollha tiegħu u jiżvelahom biss wara illi deher ċar illi l-aħbar ser toħroġ fil-pubbliku fi kwalunkwe każ. U l-istess igħodd għal min jidħol fis-servizz pubbliku bħala persuna fdata u m'hux permezz tar-reklutaġġ mill-Kummissjoni għas- Servizz Pubbliku. Imma minkejja kollox Mizzi jista' jkun illi safa' vittma ta' logħba illi m'hux kapaċi jilgħab għax nieqes mill-ħażen illi jeħtieġ ħalli ma jkompliex jagħmel awto-gowls. Kien hawn xi ftit attentati sabiex jiġġustifikaw il-komportament ta' Mizzi u Schembri. Fosthom ta' dan il-ġurnal illi l-Ħadd li għadda kellha storja fl-ewwel paġna dwar tlett deputati nazzjonalisti illi allegatament stqarru ma' Mizzi l-inkwiet tagħhom illi issa anke huma ser jispiċċaw fil-mira tal-kritika minħabba l-investimenti tagħhom barra minn Malta. Ċertament il-fatt illi hemm deputati illi għandhom assi illi m'humiex iddikjarati huwa ċensurabbli. Imma dan ma jista' bl-ebda mod jiġġustifika l-aġir ta' ministru illi għandu f 'idejh proġetti enormi u delikati b'implikazzjonijiet serji għall-pajjiż għal numru twil ta' snin. Fosthom il-bini ta' "power station" bil-gass, il- provvista tal-gas għal tmintax-il sena u l-privatizzazzjoni ta' l-isptar San Luqa u ta' Għawdex. Ma jistax ikun nibqgħu nippruvaw niġġustifikaw in-nuqqasijiet tagħna għax ta' qabilna ukoll kellhom għabthom jinten. Allura, jekk ser inkomplu fuq il-passi ta' qabilna, għalfejn l-elettorat ġie mwiegħed bidla fil-governanza tal-pajjiż u gvern trasparenti u integru ? Hemm kunsiderazzjoni oħra : l-iscoop ta' Daphne Caruana Galizia ċertament kien jikkandidaha għall- Pulitzer Prize kieku kienet tgħix l-Amerika. Kif irnexxielha ssir taf b'dawn l-arranġamenti finanzjarji minkejja s-segretezza illi normalment takkumpanjahom huwa tassew misterjuż. U jidher illi għad għandha bosta rivelazzjonijiet oħra x'tagħmel. Imma m'nalla kixfiethom hi u poġġiethom fid-dominju pubbliku. Immaġinaw kieku din l-informazzjoni waqgħet f 'idejn xi ħadd bla skruplu jew xi potenza barranija illi użathom sabiex jirrikattaw. Min għandu kariga pubblika, ma jistax ipoġġi ruħu f 'qagħda vulnerabbli illi tirrendieh suġġett għar-rikatt. Din hija l-lezzjoni tal-affari Profumo illi ġrat aktar minn ħamsin sena ilu fir-Renju Unit illi ktibt dwarha fit-13 ta' Ġunju 2010 u fis-7 ta' Diċembru 2014. Fuq din biss, min hu nvolut għandu jġorr ir-responsabilità politika. X'uħud bħal James Debono u Jurgen Balzan sostnew illi din l-affari għandha tixpruna l-iżvilupp ta' tielet moviment politiku fil-pajjiż. Jista' jkun illi għandhom raġun imma s-sistema elettorali tagħna ħadmet kontra dak illi xtaqu l-Ingliżi meta ntroduċewha u kkonsolidat in-numru ta' partiti politiċi. Illi huwa ċert hu illi għandna bżonn bidla strutturali fil-qafas ta' l-istat Malti. Il-poteri investigattivi fir-rigward ta' attivitàillegali huma fil-preżent f 'idejn il-Pulizija illi jridu jlaħħqu m'Alla u max-Xitan u jaqgħu taħt tmexxija politika. Sa ftit snin ilu, il-Pulizija kienet tissejjaħ Ġudizzjarja kif inhu l-każ ta' pajjiżi kontinentali oħra għax fit-teorija, għandha topera taħt l-awtorità tal-maġistrat inkwirenti fl-investigazzjonijiet illi twettaq. Madankollu, ir-rwol tal-maġistrat inkwirenti f 'pajjiżna hu dgħajjef ħafna, riżultat ta' amministrazzjoni kolonjali u gvernijiet suċċessivi illi ftit riedu l-indħil tal-maġistrati kif naraw illi jiġri f 'pajjiżi oħra bħall-Italja. Mur immaġina kieku hawn Malta maġistrat inkwirenti jarresta ex-president biex jinterrogah kif maġistrat brażiljan għamel jumejn ilu. Jew jindaga dwar il-finanzjament ta' kampanja elettorali kif maġistrat franċiż qiegħed jagħmel fil-konfront ta' Sarkozy. Il-Kummissjoni Bonello inizjalment ipproponiet it-tisħiħ tal-poteri tal-maġistrat inkwirenti. Imma l-maġistrati m'għoġbithomx għax ma riedux aktar xogħol minkejja illi kellhom jinħatru maġistrati inkwirenti illi kellhom jiddedikaw ruħhom għall- investigazzjoni. U għaldaqstant ir- rapport finali tal-Kummissjoni Bonello ħareġ bl-ideja tal-Prosekutur Ġenerali illi għandu jassumi r-rwol tal-maġistrat inkwirenti u l-poter ta' prosekuzzjoni tal-Avukat Ġenerali. Personalment, nippreferi bil-wisq illi jkollna maġistrati inkwirenti b'poteri u riżorsi ampljati sabiex iwettqu xogħolhom fis-serenità illi tiggarantilhom il- Kostituzzjoni milli nivvintaw ir-rota mill-ġdid bit-twaqqif ta' dipartiment ġdid tal-prosekuzzjoni illi fl-aħħar mill-aħħar, xorta jibqa' jiddependi fuq il-gvern. Din tista' tkun it-tempesta perfetta għal Muscat li bla dubju jrid juża l-kapaċita politika kollha tiegħu sabiex joħroġ minn dan l-isqaq. Il-fatt illi ma deherlux illi għandu jitbiegħed mill-azzjonijiet ta' Mizzi u Schembri ċertament ser inaqqas l-ispazju ta' manuvrar tiegħu. Fl-2013 u wara kien ċar illi l-elezzjoni li ġejja hija għall- partit laburista sabiex jitlifha. Imma tali eżitu bl-ebda mod m'hu llum eskluż minkejja illi ħafna ħasbu illi dan ma jistax jiġri. Tassew inkredibbli kif vantaġġ elettorali daqshekk kbir jevapora fi żmien daqshekk qasir. JOE ELLIS Opinjoni F'xitwa niexfa, tempesta perfetta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016