Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881
Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 | illum 17 Y ou know something? In the end [the handling of a situation] is besides the point. The point is not actually one about friendship or loyalty. It's about the country. There's a limited pool of talent in politics. A special talent – and [Peter Mandelson] was and is very special – should have been saved in order to serve. His absence from my Government was a huge loss; his presence in any Government is a huge asset. Simple as that. So it's not just on policy that you learn in Government. As with any such issue, what happens is that the spotlight suddenly shines in a corner that has lain dark for ages. That's fair enough; but what then occurs is that a complete ex post facto attitude is imposed on it, so that you end up with a ludicrously exaggerated sense of wrongdoing. So when the foreign offenders 'scandal' is uncovered, it leads the news and this is perfectly sensible; but then because the media focus is so intense, every detail becomes another headline as if the politician in charge, in this case Charles, has literally been doing nothing else for months on end and is therefore incompetent in not having sorted it all. Then, for sure, someone pops up and says: Ooh, I warned them all about this (usually an oblique reference in paragraph 193 of some memo), and then the frenzy develops into hysteria. Taqbel jew ma taqbilx miegħu, naħseb ftit nies jistgħu jgħidu li Tony Blair hu rrilevanti fid-dinja politika. Anzi, taqbel jew ma taqbilx miegħu, naħseb kulħadd jgħid li Tony Blair hu ġgant fil-politika Ewropea u dinjija. Tony Blair mhux biss dawwar lill-Partit Laburista Ingliz minn partit li donnu kien destinat għal telfa wara l-oħra fl-iktar partit relevanti fl-Ewropa ta' żmienu, imma rebaħ tliet elezzjonijiet in fila – ħaġa li ebda Mexxej Laburista ma għamel. Terġa', l-istorja wriet li kif spiċċa Tony Blair, il-Partit Laburista Ingliż baqa' dieħel ġo ħajt u ma nqalax minnu. Dawn iż-żewġ siltiet li kkwotajt hawn fuq, ħadthom mill-awtobijografija tiegħu, li jisimha My Journey. Is-sigriet ta' Tony Blair kien li kellu nukleu ta' nies tajbin, ta' talent qawwi, dedikati għall-pajjiż li l-ewwel għenuh ibiddel il-Partit Laburista f 'moviment ġdid li jilħaq l-aspirazzjonijiet ta' ħafna nies u mbagħad għenuh ibiddel l-Ingilterra f 'pajjiż li ta opportunitá lil faxxa ġdida ta' nies li jimxu u javvanzaw fil-karriera tagħhom. Familji u negozji sħaħ li qabel, għalihom il-Partit Laburista kien jirrappreżenta biss partit li jaqbeż għall-faxxa waħda tas-socjetá, il-Partit Laburista sar partit, imbagħad mutur fil- Gvern li lil ħafna familji u negozji sħaħ għenhom jilħqu quċċati ġodda. Il-Gran Brittanja għandha 65 miljun ċittadin li minnhom, 57 miljun jgħixu fil-Gran Brittanja stess. Tony Blair, bħala mexxej ta' partit f 'pajjiż ta' 65 miljun ruħ, imbagħad bħala Prim Ministru, iħoss li hemm pool limitat ħafna ta' talent fil-politika, u veru. Jeżisti numru żgħir, numru limitat ħafna ta' nies ta' talent li jagħżlu li jitrażmettu t-talent tagħhom fil-politika. Ħafna nies li għandhom talent jagħżlu li jitrażmettu t-talent tagħhom fid-dinja tad-dinja tan- negozju fejn bħala riżultat ta' dan, jiksbu suċċess u javvanzaw huma u l-familji tagħhom u jagħmlu sewwa. Hemm, imbagħad, numru żgħir ta' nies ta' talent li jagħżlu li jitrażmettu t-talent tagħhom fid-dinja tat-tmexxija tal-pajjiż fejn bħala riżultat ta' dan, jikseb suċċess il-pajjiż kollu u javvanzaw il-familji u n-negozji tal-pajjiż kollu. Għaliex nies ta' talent jagħżlu li flok jiffokaw fuq l-avvanz personali, jiffokaw fuq il-bżonn li jgħinu lill-pajjiż kollu javvanza, ma nafx inweġibha fi ftit kliem. Naf li teżisti għax għandi l-privileġġ li nagħmilha ta' kuljum ma' dawn it-tip ta' nies ta' talent. Il-Professur Guido De Marco pprova jispjegaha billi jgħid li, li tkun avukat hi professjoni u qassis hi vokazzjoni, imma li tkun politiku hi missjoni. Forsi hu kien l-iktar li wasal qrib li jiddeskriviha b'mod tajjeb din 'ix-xi ħaġa' imma xorta fil-fehma tiegħi ma spjegahiex tajjeb biżżejjed. Jien stess ma nafx kif tiddeskriviha fi kliem. Li naf żgur hu li allaħares ma jkunux dawn in-nies ta' talent li lil pajjiżna – blata żgħira f 'nofs reġjun kollu ġlied u tensjoni – dawruh f 'wieħed mill-ikbar suċċessi ekonomiċi tal-kontinent Ewropew bħalissa. Keith Schembri u Konrad Mizzi huma, bla dubju ta' xejn, 'a cut above the rest'. Għamlu suċċess kbir f 'ħajjithom, wieħed lokalment fid-dinja tan- negozju, u l-ieħor l-Ingilterra f 'numru ta' pożizzjonijiet ewlenin ma' ditti kbar. Fil-qasam tat-talent politiku li għandna f 'pajjiżna, huma żewġ kolonni ewlenin. Joseph Muscat fi ftit snin, biddel lill- Partit Laburista minn partit li l-attivisti ta' ġo fih kienu qatgħu qalbhom li xi darba jerġgħu jaraw rebħa f 'elezzjoni ġenerali, f 'mutur li qed iwassal f 'bidla radikalment għall-aħjar tal-pajjiż kollu kemm hu. Keith u Konrad kienu u huma arkitetti kruċjali f 'din il-bidla kollha. Ir-riformi kbar li fasslu u wettqu, taw ġid kbir li l-pajjiż qed iħoss diġá u se jkompli jħoss hekk kif jgħaddu s-snin. Il-politika ta' roħs tal-kontijiet u stabbiltá fl-enerġija li implimenta Konrad hija pedament li fuqu se jkompli jinbena s-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna. Ftit nies setgħu jagħmluha. Kellna x-xorti li minn fostna, kellna Malti ta' talent li kien kapaċi jwettaqha. Bħal din, hemm lista sħiħa ta' riformi li qed iwasslu biex pajjiżna jkollu ekonomija b'saħħitha u ta' suċċess. Minn dan ix-xogħol kollu, qed jiggwadanjaw il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Bħalissa, għaddejja kontroversja dwar kif Keith Schembri u Konrad Mizzi għażlu li jimmaniġġjaw il-ġid personali tagħhom. It-tnejn ħadu parir mill-advisor finanzjarju tagħhom, li nzerta l-istess wieħed, u mxew fuq dawn il-pariri. Frankament, kif nifhimha jiena, kulħadd liberu li jimmaniġġja l-ġid personali tiegħu bl-aħjar mod kif jidhirlu xieraq. U kif nifhimha jiena, jekk wieħed imur għal parir għand espert finanzjarju, wieħed jimxi fuq il-parir li jingħatalu. Filkas peró, meta wieħed ikun Ministru, jien nifhimha li dan għandu obbligu ieħor, obbligu addizzjonali li ċittadin privat m'għandux, ċoé li jkun trasparenti u li jiddikjara dak kollu li jkun qed jagħmel. Konrad Mizzi ddikjara mill-bidu nett fid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu li diġá tinsab għand il-Prim Ministru, li għandu dan it-trust, u għalhekk fil- fehma tiegħi, dak kollu li kellu jagħmel għamlu. Terġa' l-fatt li hawn nitkellmu fuq trust, jiġifieri strument legali li bih flok timmaniġġja l-assi inti direttament, jimmaniġġjahomlok ħaddieħor taħt regoli ddettati mil-ligi. Qed nitkellmu fuq iktar trasparenza u iktar distakk bejn nies li jokkupaw karigi politiċi ewlenin u l-assi tagħhom. Qal ukoll li l-kumpanija li nfetħitlu l-Panama, se jagħlaqha la jispiċċa l-awditjat mill- Kummissarju tat-Taxxi li talab hu stess. Turija li Konrad fehem is- sentiment li seta' kien hemm fuq dan il-punt, u kien sensittiv għalih. Il-mezzi tax-xandir iridu jagħmlu xogħolhom, u ovvjament parti minn xogħolhom tinkludi l-kritika. Darba jingħad li ġurnalist kien staqsa lill-Prim Ministru Ingliż Harold Macmillan liema hija l-ikbar sfida li jiffaċċja Prim Ministru. Dan kien wieġeb: "events, my dear boy, events." Meta jitwieldu dawn li Harold Macmillan kien sejħilhom 'events', ħafna drabi jiġri dak li qal Tony Blair fil-memorji tiegħu minħabba l-intensitá li biha, il-mezzi tax-xandir jorqmu kull dettall. Peró meta twarrab fil-ġenb, l-isteriżmu li qed jiġi msajjar minn tal-Pietá, fil-każ li qed nitkellmu dwaru, tibqa' domanda waħda x'tiġi mwieġba. 'Huwa jew mhuwiex fl-interess tal-pajjiż li nattiraw fil-politika, nies ta' talent li għamlu suċċess personali f 'ħajjithom?' Jekk ma rridux nattiraw lil dawn in-nies – li huma 'few and far between' – allura lil min irridu nattiraw lejn il-politika? La għall-Oppożizzjoni kollox hu korruzzjoni, allura kien naturali li fuq din il-kwistjoni fetħet il-volum kemm felħet, tgħajjat il-korruzzjoni u twaddab it-tajn. Fil-Parlament, Simon Busuttil, mistkenni kif kien taħt il-privileġġ parlamentari li taħtu seta' jgħid li jrid fuq min irid, għamel dikjarazzjonijiet inaċċettabbli għall-aħħar. Semma basktijiet mimlija bil-liri, dealings, korruzzjoni u diskors bħal dan. Għamilnielu sfida aħna bħala Gvern, li jaqbad dak id-diskors li qal fil-Parlament u jirrepetih barra. Għaddiet iktar minn ġimgħa u dak id-diskors ma rrepetieh imkien. Fil- Parlament għax għandu l-privileġġ parlamentari jitkellem qisu Nelson sejjer għall-battalja ta' Trafalgar, u barra mill- Parlament għax m'għandux il-privileġġ, ibiddel id-diska. Is-sabiħa hi li minn tant nies, il-Partit ta' Simon Busuttil se jorganizza llum protesta kontra l-korruzzjoni. Hemm numru ta' esponenti tal-Partit Nazzjonalista li qed iħeġġu n-nies li jattendu għal din il-protesta kontra l-korruzzjoni. Ħafna minnhom, jekk mhux kollha, kienu għaddejjin xalata taħt il-Gvern preċedenti, jieħdu l-kuntratti u l-konsulenzi imma sakemm in-nepotiżmu japplika għal ċirku ristrett ta' nies midħla tal-Istamperija, dak ma jimpurtax. Waħda minnhom għandha dittá legali li ħadet mal-miljun ewro f 'konsulenzi. Meta xi ħadd saqsieha jekk dak huwiex tajjeb, wieġbet li dik hi meritokrazija. Sintendi, illum waranofsinhar se tkun fl-ewwel filliera tipprotesta kontra l-korruzzjoni. Hemm is-'saying' li meta tkun fil- Gvern, il-policies wara ftit ma jibqgħux eċitanti għall-mezzi tax-xandir. Ikunu interessanti għalihom fil-bidu tal-legiżlatura, imbagħad wara ftit, il-mezzi tax- xandir ma jibqgħux interessati fil-policies li l-Gvern ikun qed jagħmel iżda jibdew jiffokaw fuq affarijiet oħra. Il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin, mill- policies jinteressahom, u jinteressahom bil-kbir. Aħna għandna manifest elettorali Ii kiseb kunsens wiesa' tal-poplu fl- aħħar elezzjoni ġenerali li bdejna, u se nkomplu nwettqu. It-twettiq ta' dan il-manifest hu ċ-ċavetta biex pajjiżna jkompli jissaħħaħ u jkompli jimxi 'l quddiem li joħloq il-ġid u joħloq ix- xogħol. Qed noħolqu l-ġid u l-mod kif qed inqassmu l-ġid, qed nagħtu enerġija u ambizzjoni ġdida lil faxex ta' nies li fl- aħħar snin, kienu tpoġġew piżijiet kbar fuqhom. Fi kliem ieħor qed naraw middle class ġdida tiġi maħluqa quddiem għajnejna. Fid-diversi oqsma qed niddeliverjaw. Din il-ġimgħa, komplejt bil-laqgħat ta' konsultazzjoni dwar il-liġi li se ttejjeb il-ħatra, l-operat u l-kundizzjonijiet tal-ġudikatura. Tkellimt mal-Kamra tal-Avukati, mal-Imħallfin u l-Maġistrati prattikament kollha, u għamilt laqgħa ta' konsultazzjoni ma' diversi stakeholders. Se nkomplu nitkellmu biex nieħdu l-proposti u nkomplu ntejbu l-liġi. Stajt ninnota l-ottimizmu, il-pożittivitá, ir- realizzazzjoni li ma' dan il-Gvern nistgħu ma naqblux fuq kull ħaġa, peró li se naslu biex nimplimentaw il-bidla. Bħal dan, fis-setturi l-oħra kollha. Inkomplu nwettqu d-differenza u nimplimentaw il-bidla li wegħedna. Opinjoni OWEN BONNICI Inwettqu Konrad Mizzi Keith Schembri