Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

MALTA sejħet għal ratifika bikrija tal-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima permezz tal-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat waqt il-Kunsill tal- Ambjent li ltaqa' fi Brussell. Huwa qal li b'hekk, l-UE tpoġġi lilha nnifisha fuq quddiem nett tal-azzjoni favur il-klima, filwaqt li turi l-impenn u l-ambizzjoni kontinwa tagħha lill-partijiet l-oħra kollha involuti fil- proċess tal-UNFCCC tan- Nazzjonijiet Magħquda. Il-Ministru Brincat qal li filwaqt li jkun xieraq li ssir analiżi legali tal- implikazzjonijiet ta' dan kollu, għandu jsir kull sforz biex jingħaqdu f 'dan mal- UE, il-pajjiżi firmatarji l-oħra kollha, b'mod partikolari dawk meqjusa bħala l-akbar kontributuri. Il-Ministru Brincat qal li bħala ministru ta' gvern li ħadem qatigħ biex l-addattazzjoni titpoġġa fuq quddiem fil-ftehim ta' Pariġi sa minn qabel ma nżamm il-COP21, pajjiżna huwa sodisfatt li l-adattazzjoni qed tingħata għarfien xieraq. Żied li azzjoni bikrija għandha twassal ukoll għal tnaqqis tal-ispejjeż fil-ġejjieni, tal-isforzi li se jkunu qed jagħmlu l-istati membri għall-mitigazzjoni u l-adattazzjoni. Fl-aħħar nett, il-Ministru Brincat appella wkoll biex tingħata għajnuna lill- pajjiżi li qed jiżviluppaw kemm f 'capacity building kif ukoll fi trasferiment tat- teknoloġija. L-Ekonomija Ċirkulari u t-Tkabbir Ħadrani Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ambjent fi Brussell, il-Ministru Brincat qal li l-mixja lejn ekonomija ċirkulari għandha twassal għal tkabbir aktar ħadrani (green growth) u għal valur miżjud akbar, kif ukoll bħala mezz għall- ħolqien ta' impjiegi ġodda, għall-orjentament ġdid tal-investiment, u sabiex tingħata spinta għal innovazzjoni. Ħeġġeġ biex permezz ta' inċentivi ekonomiċi u fiskali ġodda, inkunu nistgħu naslu għall-immaniġġjar tal-iskart aktar effettiv, kif ukoll sabiex insaħħu l-kompetittività tan-negozji speċjalment tal-SMEs tagħna, filwaqt li niffaċilitaw ukoll l-opportunitajiet għall-fondi Ewropej. Il-Ministru Brincat laqa' b'mod pożittiv il-fatt li l-pakkett dwar l-ekonomija ċirkulari jagħraf ir-realtajiet u l-isfidi differenti fl- immaniġġjar tal-iskart anki bejn pajjiż u ieħor. Qal ukoll li fil-kuntest ta' pajjiżna dan jagħmel ħafna sens, billi ninsabu mxekklin min-nuqqas ta' economies of scale u anki mill-insularità tagħna bħala gżira. Il-Ministru Leo Brincat appella wkoll għal mudell ta' governanza li jassigura progress fil-pront u effettiv mingħajr ma jħalli piżijiet amministrattivi fuq l-industrija, il-konsumaturi u l-awtoritajiet konċernati. Filwaqt li saħaq li għalkemm il-qasam tal- immaniġġjar tal-iskart huwa importanti ħafna għas-suċċess tal-ekonomija ċirkulari, il-pakkett kollu għandu jiffoka fuq l-istadji kollha tal-ħajja (life cycle) tal-prodotti, li ħafna drabi jkunu qed jiġu prodotti f 'pajjiżi differenti minn fejn jiġu kkunsmati. Fi Brussell, il-Ministru Brincat kellu taħdidiet kemm mal-Kummissarju għall-Azzjoni dwar il- Klima Miguel Arias Cañete, id-Direttur Ġenerali għall- Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll mal- Ministru Ingliż dwar il- Klima fil-House of Lords, Lord Bourne. Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 | illum 21 TELEVIXIN Ittri 10 mistoqsijiet skjetti lill-Arċisqof Bla Mitra, Bajja ta' San Tumas QRAJT ir-reazzjoni tal-kumitat imwaqqaf mill-Arċisqof biex jagħti parir fuq id-dokument għall-konsultazzjoni dwar id-drittijiet tal-ġeneru. Ma stennejtx mod ieħor! Dokument li joffendi d-dinjitá tal-persuni gay. 1. Jista' l-Arċisqof jistqarr jekk jafx b'gays li marru għal din it-terapija Malta jew l-Italja? X'qalulu? 2. Jista' l-Arċisqof jgħid jekk hu fil-karigi li okkupa matul is-snin, Malta u barra minn Malta, qattx bagħat persuna jew persuni għal din it-taparsi terapija? 3. Jista' l-Arċisqof jgħid jekk jafx fiex tikkonsisti din it-taparsi terapija? 4. Jista' l-Arċisqof jispjega jekk din it-terapija tirrispettax in-natura tal-bniedem kif mibgħuta minn Alla u d-drittijiet tal-bniedem li jeżerċitá s-sesswalitá tiegħu b'mod liberu? 5. Jista' l-Arċisqof jiddikjara li fit-Tribunali tiegħu ma jitqabbdux psikologi li jipprattikaw din il-forma ta' taparsi terapija? 6. Jista' l-Arċisqof jgħid jekk psikologi fuq bordijiet tal-Knisja mwaqqaf u taħt il-gwida tiegħu, jemmnux u jekk jipprattikawx din it-terapija? 7. Jista' l-Arċisqof jgħid jekk f 'dawn l-aħħar snin kienx hemm seminaristi Maltin u Għawdxin li ntbagħtu jagħmlu din it-tip ta' terapija f 'Malta jew barra minn Malta? 8. Jista' l-Arċisqof jgħid jekk qassisin Maltin intbagħtux fil-passat riċenti jagħmlu din it-tip ta' terapija? 9. ista' l-Arċisqof jgħid meta se jieqaf jinħeba wara erba' esperti mħallsin minnu biex jesprimu l-opinjonijiet tiegħu li jibża' jgħid li huma tiegħu fil-pubbliku? 10. Jista' l-Arċisqof jgħid jekk hux lest jitlob skuża għall-ħsara li din it-taħarsi terapija, li hija miċħuda wkoll mill-American Psychological Association, tagħmel fuq individwi li kulma jridu hu li jgħixu l-ħajja bħall-bnedmin l-oħra bla ma ħadd jindaħal bil-pulit jew mit- tieqa x'jagħmlu fis-sodda? Fil-Bibbja, naqra li Gesú jipprietka l-imġabba. Il-Papa Franġisku jitkellem fuq min hu hu biex jiġġudika lill-gays u li għandna nħobbu lil xulxin kif qalilna Ġesú. L-Arċisqof liema evanġelju u kelma t'Alla qed jikkwota u b'liema tagħlim qed jimxi meta joħroġ bi stqarrijiet li joffendu mhux biss lill- gays, imma wkoll lill-familji tagħhom.din hi l-imġiba tar-ragħaj Malti? Ġrat kemm-il darba li wara li jgħaddu snin, il-Knisja titlob skuża lil min tkun weġġgħet. Sa dakinhar, ikun ilu li sar trab, allura għax ma tagħmilx it-tajjeb issa? Meeting to be held at The Catholic Institute On Thursday 10th March 2016 at 18:00 hours For all clients / creditors of DBR Investments Ltd and / or the late John Farrugia, Nigret Road, Zurrieq The Meeting will be addressed by the following panel of advisors Paul Bonello, Finco Treasury Management Ltd, Independent Financial Advisors Stefano Filletti, Filletti & Filletti, Advocates Frank Testa, Simon Tortell & Associates, Advocates Joe Zammit Maempel, GVTH Advocates Arthur Galea Salomone, Galea Salomone & Associates, Advocates Meeting will not be open to the public or to the press. Those attending will need to provide documentary evidence of investments and/or receipts issued by DBR Investments Ltd or John Farrugia (or his successors) and show their ID Card in order to gain admission to the Meeting. Note: It would be preferable if persons attending make a reservation by phoning on 21-22-0002 or send an e-mail to robertavassallo@fincotrust.com and if they could give brief details of the amounts involved Malta ssejjaħ għal ratifika bikrija tal-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016