Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

22 illum | Ħadd 06 ta' Marzu 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar L-imħabba fiha s-sagrifiċċji tagħha, u huwa dan il-kunċett li bħalissa int għaddej minnu. Peró s-sagrifiċċji li int qed tagħmel, se jkunu ta' ġid, u ta' importanza għaż-żmien li ġej, l- aqwa li int tagħraf dak kollu li int se tagħmel. Waqt din il-fażi li int tkun għaddej minnha, agħraf dak kollu li int se tesperjen- za, ħalli fil-futur qarib, ma terġax tirrepeti l-istess sitwazzjoni. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla tal-fortuna għalik ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 16, 22 u 34. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Riesaq mument fejn ħa jkollok għażla. Għażla li trid tkun taf tieħu deċiżjoni dwar l- aktar triq li se tkun utli għalik fiż-żmien li ġej. Sfortunatament, kull deċiżjoni li tittieħed, jaf ikun hemm impatt li ma jintogħġobx minn kullħadd, imma f 'din is-sitwazzjoni, ma tridx toqgħod tagħti kas dan, għax bħalissa, l-importanti huwa biss dak li huwa fl- interess tiegħek. Irrifletti sew. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla tal-fortuna għalik ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 14, 26 u 38. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Xi kultant, fil-ħajja trid tieħu linja. Wasal iż-żmien li issa, int turi li kapaċi tieħu linja, b'mod speċjali fl-imħabba. Ma tistax tkun iktar dominat, jixraqlek aħjar, u dan ma jistax jibqa' għaddej. Issa huwa l-mument li int tesprimi dak li ilek tant terfa' ġo fik. Dan għamlu bil-għaqal u bir- raġun, u hekk ikun hemm konsensus tajjeb. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla tal-fortuna għalik ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 12, 29 u 32. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Bidla fil-karriera jew fin-negozju li int se tagħmel, hemm bżonn li ssir. Forsi qiegħed tibża' mill-finanzi, imma dawn jibdew ġejjin favur tiegħek fi ftit xhur. L-importanti li l- infiq li int tagħmel, ikun infiq biss li se jagħtik aktar abbiltá. Xi kultant, kwalunkwe ħidma li aħna nagħmlu, tkun trid dik il-motivazzjoni ħalli tkun maqbula maż-żmien li nkunu fih. Riżultati pożittivi hemm. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla tal-fortuna għalik ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 15, 26 u 35. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Riesaq żmien ta' pressjoni kbira lejk. Trid tagħraf tqassam il-ħin tiegħek, għax jekk mhux se tagħraf tqassam u tippjana, jaf ikol- lok kollass kbir, imma jekk bħal dejjem tkun il-Gemini li int magħruf, int ħa ssib mod kif taħdem fuq din il- pressjoni li riesqa lejk fil-karrira li tant int dedikat fiha. Ħabiba se tkun punt importanti f 'dan il-mument, fejn tkun hi li tista' tirrilassak f 'dan il-mument. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla tal-fortuna għalik ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għalkemm int taħseb li r-relazzjoni li int għandek bħalissa hija dik li tagħtik abbiltá ta' dawl f 'dak li int trid tagħmel, fil-ġranet li ġejjin taf tagħraf li dan mhux minnu, u dak li int iġġib fil-ħajja, huwa kollu mertu tiegħek. Din l-imħabba taf tibda tara x-xquq tagħha fi żmien qarib, u kuntatt ma' ħabib tal-qalb, jaf ikun is-salvazzjoni tiegħek għal meta jinqala' l-maltemp. Agħraf! Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla tal-fortuna għalik ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 14, 25 u 39. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Mument ta' riflessjoni rigward dak li int għaddej minnu, kemm fil-karriera kif ukoll fl- imħabba. Hemm bżonn li ssib spazju għalik, ħalli toqgħod tirrifletti fuq dawn iż-żewġ aspetti, li huma fundamentali madwarek, ħalli fejn tista' ttejjeb, dan ikun. Tajjeb ukoll issib ftit tal-ħin għall- eżerċizzju li int tant magħruf għalih. Sib xi gym ħalli permezz tal-ħin li tqatta' hemm, tissaħħaħ. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla tal-fortuna għalik ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 17, 26 u 35. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Sitwazzjoni ta' fixkla fil-preżent, qiegħda ddur madwarek u trid toqgħod attent li minħabba din is-sitwazzjoni, ma titfixkilx. Agħraf dak li hemm, u imxi b'dak li tħoss f 'moħħok u mhux dak li tħoss f 'qalbek. Għalkemm int forsi xtaqt dan il-mument, peró żgur mhux f 'dak li tinsab illum. Jekk tagħraf timxi sew, din il-fażi ma ddumx iktar mix-xahar ta' Marzu. Huwa żmien ta' riflessjoni. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar stilla favorita għalik ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 12, 23 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Trid toqgħod attent ħafna kif iġġib ruħek, fejn bħalissa, kemm il-ħbieb ta' madwarek u l-partner qegħdin jaraw ċertu attitudni min- nek li mhix sew, u dan qiegħed jikkawża ċertu telf li żgur ma jagħmillekx tajjeb. Agħraf ftit dak li int qiegħed tagħmel, u analizzah, ħalli b'hekk int tagħraf fejn qiegħed tkun ħażin. Dan il-mument irid jgħaddi, u mhux ħa ddum, imma jiddependi minnek kemm tagħraf. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar stilla favorita għalik ġejja minn gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 27 u 30. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Mument fejn int trid tieqaf ħalli tara liema hi l-aħjar direzzjoni għalik, minn hawn 'l hemm. Mhux importanti dak li ħaddieħor jgħidlek, imma importanti dak li int tħoss ġewwa fik, ħalli b'hekk int biss tagħraf liema trid se taqbad minn issa. Għalkemm bħalissa jidher jew jinħass kollox iebes, imma l- futur tiegħek ħa jkun wieħed ferm aħjar minn dan li int qed toħroġ. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar stilla favorita għalik ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 22 u 35. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Xi kultant, taħseb li għandek l-aktar ħabib utli madwarek, biex imbagħad tinduna li ma tistax tafdah aktar, minħabba ħsieb li għaddielek. Dan il-perjodu se jkun ta' eżami għalik fejn issa trid tagħraf fejn int kapaċi tasal waħdek. Dan huwa mument tajjeb li issa trid tkun indipendenti, fejn se tħossok aktar sigur minnek innifsek milli kif kont. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar stilla favorita għalik ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 19, 27 u 32. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Int għaraf li issa, ċertu affarijiet trid tagħmilhom b'aktar responsabbiltá milli kont qiegħda tagħmilhom qabel. Dak li int kont qed tagħmel fil-passat, issa inbidlu kollha, u għalkemm f'mumenti se tħossok bħal qisek qed taqta' qalbek. Żomm lura. Int ħa tagħraf din il-bidla li issa qiegħda madwarek, li għandek bżonn ta' ftit ħin ta' rilassament bħal gym jew xi mixja tajba. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar stilla favorita għalik ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 15, 24 u 39. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Ir-rgħiba għas-suċċess (3) Wara li l-attentat tal-qassis biex jikkalma lil Moira ma rnexxiex, il-familja tagħha bdiet tibża' li binthom tispiċċa għall-kura f 'xi sptar mentali. Għalhekk, bdew jaraw kif jistgħu jsolvu din is-sitwazzjoni li Moira nqabdet fiha, issa li kienu żguri li kienet ipposeduta. Darba minnhom, ħabib tal-familja kien qiegħed isegwi t-televiżjoni, u ra promozzjoni tiegħi. Wara li tkellem mal- familja ta' Moira, sar il-kuntatt, li għall-ewwel ma aċċettajtx għax saru ċerti kundizzjonijiet. Wara diversi ġranet ta' telefonati u kompromessi, u wara li ngħatajt aċċess komplut tas-sitwazzjoni, aċċettajt l-ewwel laqgħa ma' Moira. Mal-ewwel laqgħa, stajt inħoss li l-enerġija ta' madwar Moira kienet qawwija, u ġejt avviċinat minn Moira b'mod seduċenti, li stajt nifhem in-nassa sesswali tal- ispirtu li kellha fiha. Għal dan, jien bqajt kawt għall-aħħar, u wara ftit Moira ntilfet minn sensiha, li juri li l-ispirtu kien ħakimha. Jien mill-ewwel bdejt it-talb fuqha u tajtha l-enerġija kollha li kelli. Wara s-sessjoni, kulħadd kien sorpriż li wara tliet sigħat maqful fil-kamra ma' Moira, kollox kien kalm. Wara tlett ijiem, kont sorpriż meta omm Moira ġiet personalment għandu biex tiskuża ruħha tal- kundizzjonijiet li għamluli fil-bidu, u qaltli li nista' nkompli nassisti lil Moira meta rrid. Is-sinjali ta' titjib fuq Moira bdew jidhru għalkemm kienet għadha posseduta, u komplejt nassisli lil Moira tliet darbiet fil-ġimgħa. Kienet waslet l-aktar sessjoni importanti, fej ridt inwassal l-ispirtu biex joħroġ darba għal dejjem minn Moira. Stennejt l-aħjar 'New Moon' li juri bidu mill-ġdid. Jien ħejjejt għal sebat ijiem u sebat iljieli ta' meditazzjoni u talb profond sabiex sabiex inkun protett f 'dak li se nagħmel mal-ispirtu u anke Moira tasal għall- ħelsien tagħha. U hekk sar, u bdiet is- sessjoni. F'mumenti meta Moira kienet f 'sensiha, hi bdiet tipprova tikkopera miegħi. Nista' ngħid li keient taqbida ta' sigħat ta' talb bla waqfien, imma l-qawwa spiritwali li nħaddan fija, kien biżżejjed biex nikkumbatti sal-aħħar, sal-ħruġ għal dejjem ta; dan l-ispirtu minn Moira. Wara li kollox kien irnexxa, morna sas- santwarju tal-Madonna ta' Pinu, fejn flimkien mal- familja smajna quddies u gġamilna diversi żjajrat. Moira reġgħet qabdet il-ħajja tagħha, u llum hi kantanta stabbilita. Sal-lum għadna f 'kuntatt biex nibqa' nidderiġiha lejn il-pożittiv, u hekk, il-missjoni spiritwali ġiet imwettqa. Min jixtieq iwassal xi rakkont lill-qarrejja, b'kunfidenzjalitá garantita, jistgħu jċemplu fuq 99013600 jew email fuq pauljon.aquilina13@gmail. com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016