Illum previous editions

ILLUM 6 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 Kummerċjali Jitħabbru r-rebbeħa finali tal-kompetizzjoni tad-debit cards ta' HSBC L-Opel Astra vvutata l-'Karozza tas-Sena 2016' L-Opel Astra l-ġdida hija l-'Karozza tas-Sena 2016' u dan ifisser li rebħet l-aktar premju rinomat fl-industrija. Ġurija magħmula minn 58 ġurnalist tal-karozzi minn 22 pajjiż Ewropew taw lill-Astra total ta' 309 punti kontra l-294 punt lill-Volvo XC90 u 202 punti lill- Mazda MX-5. It-trofew tal-'Karozza tas-Sena 2016' ġie ppreżentat lill-Kap Eżekuttiv tal-Opel Dr Karl-Thomas Neumann mill-president tal- Car Of The Year (COTY) Hakan Matson lejliet l-ewwel ġurnata għall-istampa tas-86 Motor Show Internazzjonali ta' Ġinevra. L-Astra ħarġet rebbieħa minn fost seba' finalisti tal-COTY. Aktar minn 40 karozza ġdida, minn karozzi sportivi sa limousines fini u vetturi SUVs, kienu fost il- kompetituri oriġinali. "L-Astra l-ġdida tirrappreżenta l-bidu ta' era ġdida għal Opel, u r-rebħa fil-kompetizzjoni tal- Karozza tas-Sena turi li ninsabu fit- triq it-tajba," qal Neumann. "Huwa unur għalina li nirċievu premju daqstant prestiġġjuż mingħand l-aqwa ġurnalisti tal-karozzi." Tliet mudelli ġodda tal-Opel ingħataw it-titlu ta' 'Karozza tas-Sena' f'dawn l-aħħar tmien edizzjonijiet tal-kompetizzjoni. L-Astra l-ġdida diġà rebħet premji internazzjonali bħas-SAFETYBEST 2015 u l-Golden Steering Wheel tal-2015 minn mindu tnediet fil-ħarifa li għaddiet. Hija rċiviet ukoll il-massimu ta' ħames stilel għall-prestazzjoni tagħha fit-test tal-ħbit Euro NCAP. Kemm il-mudell b'ħames bibien kif ukoll l-Isports Tourer tal-Astra huma bbażati fuq arkitettura tal- vetturi kompletament ġdida li ma tiżinx ħafna. Il-karozza taħdem esklussivament b'magni diesel u petrol tal-aħħar ġenerazzjoni. L-integrazzjoni tal-ismartphone kif ukoll l-Opel OnStar li jservi ta' assistent personali u joffri konnettività personali li qatt ma kien hawn bħalha, jagħmlu l-konnettività tal-karozza mill- iktar moderna. L-Astra tkompli wkoll fit-tradizzjoni tal-Opel li tintroduċi karatteristiċi li qabel kienu jagħmlu parti biss mill-aqwa karozzi fis-sezzjoni tal-kompatti, bħall-IntelliLux LED® matrix light. Il-premju tal-'Karozza tas-Sena' tnieda fl-1964. Bir-rebħa ta' din is-sena, b'kollox it-total ta' rebħiet tal-'Karozza tas-Sena' għal Opel tela' għal ħamsa. L-Opel Kadett E kienet l-ewwel karozza minn Rüsselsheim li rebħet il-premju fl-1985. Sentejn wara, l-Omega A reġgħet ħadet dan ir-rikonoxximent pan-Ewropew. F'dawn l-aħħar snin, l-Opel ġiet l-ewwel f'żewġ okkażjonijiet – permezz tal-Insignia fl-2009 u l-Ampera fl-2012. Premju prestiġġjuż ippreżentat tul il-Geneva Motor Show EcoPure tniedi sit elettroniku ġdid EcoPure Limited, il- kumpanija li tqassam is- San Michel Table Water f 'kontenituri mdaqqsin, u kumpanija membru tal-Grupp Farsons, dan l-aħħar nediet sit elettroniku ġdid www. ecopure.com.mt. Is-sit, minbarra li joffri aċċess ta' malajr u faċli għal tagħrif fuq il- kumpanija u s-servizzi tagħha, joffri wkoll sistema elettronika għall- ordnijiet tal-prodotti tagħha, inklużi t-tankijiet u l-coolers tal-ilma, u aċċessorji oħrajn. Is-Sur David Cutajar, Business Manager ta' EcoPure Limited, qal: "Sodisfatti ħafna bit-tnedija tas-sit il-ġdid u bis-sistema elettronika sempliċi tal- ordnijiet li qed noffru lill- klijenti tagħna. Diġà kellna reazzjonijiet pożittivi għal dan is-servizz ġdid u nittamaw li bih inkomplu nżidu l-klijenti tagħna." L-EcoPure ġiet stabbilita fl-1995 u tqassam l-ilma San Michel f 'kontenituri ta' 18.9 litri u ta' 10 litri dritt wara l-bibien tad- djar u tal-uffiċċji f 'Malta u Għawdex. Toffri wkoll is-servizz ta' kiri jew bejgħ ta' coolers tal-ilma. Li tiġbed ritratt bl-azzjoni f 'waqtha fuq il-post tal- grajja għandu jkun wieħed mill-iktar mumenti ta' sodisfazzjoni għall-ġurnalist fotografu. Konvinti li l-ġurnaliżmu fotografiku għandu rwol essenzjali fil-ħolqien ta' stejjer interessanti u effettivi. Hu propju għalhekk li qed inkomplu nappoġġjaw dan il-premju partikolari. Dan intqal miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Farsons Bryan A. Gera waqt il-preżentazzjoni tal-isponsorship tal-Premju fil-Ġurnaliżmu Fotografiku għas-26 edizzjoni tal- Malta Journalism Awards organizzata mill-Istitut tal- Ġurnalisti Maltin (IĠM). Il-premju tal-Ġurnaliżmu Fotografiku jonora l-impenn tal-ġurnalisti fotografi f 'Malta biex itejbu l-istejjer tal-gazzetti u tal-magazins bix-xogħol tajjeb tagħhom. Il- Fondazzjoni Farsons ilha toffri l-appoġġ tagħha għall-Premju fil-Ġurnaliżmu Fotografiku għal dawn l-aħħar 15-il sena. Din il-kategorija hi waħda mill-iktar kategoriji li ilhom parti mill-Malta Journalism Awards. Iċ-ċerimonja tal- preżentazzjoni se issir fis-7 ta' Mejju 2016. "Il-finalisti ta' kull kategorija tal-Malta Journalism Awards ser jitħabbru x-xahar li ġej. Bħalissa, is-sottomissjonijiet għal kull kategorija qed ikunu evalwati minn tliet ġudikanti," qal Karl Wright, iċ-Chairman tal-IĠM. Farsons Foundation iġġedded l-isponsorship mal-IĠM Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Farsons Bryan A. Gera jippreżenta l-isponsorship liċ-Chairman tal-IĠM Karl Wright fil-preżenza tat-Trustee tal-Fondazzjoni Michael Farrugia Andre Pace u Jasmine Fenech kienu ż-żewġ klijenti ta' HSBC, li kienu l-aħħar minn erba' rebbieħa li rebħu l-premju ta' €1,000 kull wieħed fil-kompetizzjoni 'Spend & Win' ta' HSBC. Il-kompetizzjoni kienet miftuħa għall-klijenti kollha ta' HSBC li użaw id-Debit Cards ta' HSBC fuq il-point-of-sale terminals ta' Global Payments f 'Malta u Għawdex bejn il-15 ta' Novembru 2015 u l-15 ta' Jannar 2016. Huma ingħataw assistenza mis-Senior Marketing Manager ta' HSBC Malta Jean Paul Attard biex iwieġbu l-mistoqsijiet li permezz tagħhom jirbħu €1,000 kull wieħed. Andre Pace u Jasmine Fenech iwieġbu għall-mistoqsijiet biex jirbħu l-kompetizzjoni, bl-assistenza ta' Jean Paul Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 Marzu 2016