Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881
Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 | illum 29 Sports Bilanċ assolut bejn Tottenham Hotspur u Arsenal waqt li Manchester City jumiljaw lil Aston Villa RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 05 ta' Marzu Tottenham H. vs Arsenal 2-2 Chelsea vs Stoke City 1-1 Everton vs West Ham United 2-3 Manchester City vs Aston Villa 4-0 Newcastle U. vs Bournemouth 1-3 Southampton vs Sunderland 1-1 Swansea City vs Norwich City 1-0 Il-Ħadd 06 ta' Marzu 14:30 Crystal Palace vs Liverpool 17:00 WBA vs Manchester United Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 06 ta' Marzu 12:30 Torino vs Lazio 15:00 Atalanta vs Juventus 15:00 Bologna vs Carpi 15:00 Frosinone vs Udinese 15:00 Genoa vs Empoli 15:00 Sassuolo vs AC Milan 20:45 Inter vs Palermo Ġlieda għall-ballun bejn il-plejer ta' Arsenal Hector Bellerrin (xellug) u l-plejer ta' Tottenham Hotspur Danny Rose (lemin) ARSENAL u Tottenham Hotspur temmew il- konfront ta' bejniethom f 'White Hart Lane fi draw ta' 2-2. Il-gowls għall-Gunners waslu minn Aaron Ramsey u Alexis Sanchez, waqt li dawk għall-Ispurs waslu minn Toby Alderweireld u Harry Kane, f 'temp ta' żewġ minuti biss, eżattament fis-60 u fit-62 minuta rispettivament. Tajjeb ngħidu li fil-55 minuta, Arsenal spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Franċiż, Francis Coquelin, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium ma tantx tħabtu biex għelbu lit-tim ankrat fil-qiegħ tal-klassifika u li jidher destinat għaċ- Championship, Aston Villa, bl-iskor kbir ta' 4-0, bl-erba' gowls għalihom fil-logħba jaslu minn doppjetta ta' Sergio Aguero, li seta' wkoll jirreġistra hat-trick personali, iżda falla penalti fit-73 minuta, u minn Raheem Sterling u Yaya Tourè. Intant, Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge, sfaw miżmuma fi draw diżappunatnti ta' 1-1 minn Stoke City bil-gowl għall- Blues jasal minn Bertrand Traore fid-39 minuta, waqt li Stoke City irrispondew permezz ta' Mame Biram Diouf fil-85 minuta. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park sfaw megħluba b'mod tassew drammatiku mit-tim li qed jimpressjona ferm bħalissa, West Ham United, bl-iskor ta' 3-2, u dan meta sat-78 minuta, Everton kienu saħansitra żewġ gowls minn fuq. Żgur li affetwahom ferm b'mod negattiv, il-fatt li huma lagħbu għal iktar minn taqsima sħiħa b'10 plejers, meta tkeċċa għalihom il- plejer Kevin Mirallas, wara li rċieva żewġ karti sofor fl- ewwel taqsima eżattament fis-16 u fl-34 minuta, rispettivament. L-awturi tal-gowls għat-Toffees kienu l-iskorer prolifiku Belġjan, Romelu Lukaku, fit-13-il minuta, li seta' wkoll irreġistra doppjetta, meta falla penalti fid-69 minuta, kif ukoll Aaron Lennon fis-56 minuta. Iżda West Ham United wettqu rimonta tal-meravilji u skorjaw tliet gowls f 'temp ta' 11-il minuta permezz ta' Michail Antonio, Diafra Sakho u Dimitri Payet b'mod drammatiku, propju fid-90 minuta. F'konfront min-naħa ta' isfel tal-klassifika, Swansea City, kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Norwich City, bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal mill-plejer internazzjonali Iżlandiż, Gylfi Sigurdsson, fil-61 minuta. Southampton u Sunderland temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bil-gowl għas- Saints jasal minn Virgil van Diyk fid-90 minuta, b'Sunderland ikunu huma li jiftħu l-iskor ħames minuti biss qabel, fil-85 minuta permezz ta' Jermain Defoe. Southampton spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fid-79 minuta, meta tkeċċa għalihom il-plejer José Miguel Fonte fid-79 minuta, permezz ta' karta ħamra diretta. Intant, AFC Bournemouth barra minn darhom f 'St James Park, għelbu lill- Magpies ta' Newcastle United, bl-iskor ta' 3-1, bit-tliet gowls għalihom jaslu minn awto-gowl tal-plejer ta' Newcastle United, Steven Taylor fit- 28 minuta, minn Joshua King fis-70 minuta u minn Charlie Daniels propju fid-90 minuta. Min-naħa l-oħra, il-gowl waħdieni għal Newcastle United fil- logħba, wasal mis-solitu, Ayoze Perez, fil-81 minuta.