Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/649881
30 illum Il-Ħadd 06 ta' Marzu 2016 Sports Zach Muscat ikompli jikber ma' Akragas fil-Lega Pro JEKK hawn futboler li bħalissa qed iġorr il- bandiera Maltija b'ċertu unur u kburija barra minn xtutna, m'hemmx dubju li dan mhuwa ħadd ħlief il-plejer internazzjonali Zach Muscat, li bħalissa qed jilgħab ma' Akragas li jirrapreżenta l-belt ta' Agrigento fi Sqallija u li jimmilita fil-Girone C tal-Lega Pro fl-Italja. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Zach Muscat fi Sqallija, fejn tana dawn il-kummenti rigward dak li għadda minnu s'issa fix-xahrejn li ilu jilgħab ma' Akragas, fejn barra mil-lat kalċistiku, qed jikber f 'aspetti oħra f 'ħajtu, fosthom fl-istudju u anki fil- fidi kbira tiegħu f 'Alla, permezz tal-istudju tal- Bibbja, fejn huwa ssieħeb f 'komunità fi ħdan it-tim ta' Akragas stess, fejn permezz tagħha qed ikompli japprofondixxi l-għarfien tiegħu fil- Kelma t'Alla. Huwa afferma li: "Ħaġa li nista' nibda biha, hija li sa llum jiena ninsab kuntent bid-deċiżjoni tiegħi li nieħu din l-esperjenza fil-karriera tiegħi.Qed ngħid hekk, l-ewwelnett għaliex hawnhekk f 'Agrigento fi Sqallija ma' Akragas ninsab f 'ambjent totalment professjonali, mil-livell tat- taħrig u l-logħob, kif ukoll mill-mentalitá tan-nies - diriġenti u plejers. Barra minn hekk, inħossni qed niżviluppa bħala plejer fil-grawnd, però tant iktar bħala persuna barra mill- grawnd. Għall-grazzja t'Alla rnexxieli nidħol fil- grupp pjuttost malajr. Minkejja li l-ewwel ġranet dejjem dehru iebsin u kont ħassejtni indeċiż ħafna u dubjuż, minn wara l-prestazzjoni tal-ewwel logħba, apparti li bdejt nemmen li nista' nagħmilha f 'dan il-kampjonat, irnexxieli nikseb ir-rispett, li ma' kull logba jidher li qed jiżdied, kemm min-nies fi ħdan il- klabb, kif ukoll mill- avversarji. Kull ġimgħa jafu jinbidlu l-affarijiet fil-Kampjonat tal-Lega Pro, allura kull logħba fiha importanza assoluta għaż-żewġ naħat. Il-logħba hija mgħaġġla u ħafna iktar b'saħħitha fiżikament minn dak tal-Kampjonat Malti. Il-plejers huma assolutament tattikament iddixxiplinti, b'teknika u fehma tal-logħob liema bħalha. Il-fatt li l-Lega Pro huwa kampjonat professjonali bħala struttura u l-logħob kollu jixxandar dirett, ifisser li hawn vetrina enormi għall-plejers kolla li tintlaħaq minn kullimkien. Mill-bidu tal-ġimgħa minn meta nidħlu wara l-pawsa ta' ġurnata, il-kowċ u plejers jibdew jitkellmu fuq formazzjoni u stil ta' logħob ta' ċerti plejers individwali kif ukoll il- kollettiv tat-tim oppost. B'hekk jien ukoll inkun nista' nifhem l-avversarji tiegħi minn kmieni fil- ġimgħa u niffoka fuq ix- xogħol speċifikat u dirett li hemm bżonn nagħmel f 'xogħli bħala plejer fil- logħba nnifisha fi tmiem il-ġimgħa. Fil-fatt, hija xi ħaġa meraviljuża għalija u ta' min jinnota. Peress li jkollna logħob barra minn darna, hemm ħafna vjaġġar x'tagħmel, u biex titla' fl-Italja, minn hawnhekk f 'Agrigento trid mill-inqas tliet siegħat għall-'ferry'. Xi kultant għal postijiet bħal Monopoli, Catanzaro, Andria u oħrajn, qbiżna 7,8 u 9 siegħat fix- xarabank. Apparti li din hija ħaġa li għadni qed naddatta għaliha, minħabba li wara tant żmien trid tkun lest li tagħti l-100% tul id-90 minuta, tinnota li ddum kemm iddum, tqum x'ħin tqum, lil dawn in-nies dejjem tismagħhom għaddejjin b'diskussjoni relatata mal-futbol, jekk huwiex logħob tagħna, avversarji, passat tal-plejers jew anki livelli oħra ta' futbol - ma jintqal xejn ħlief il-logħba tant sabiħa tal-futbol, li għalija hija xi ħaġa li turini li għamilt pass siewi għall- kumplament tal-karriera tiegħi, għaliex hawnhekk ma' Akragas, verament jgħixuha l-logħba! Mill-aspett personali, it- tir tiegħi huwa li ntejjeb il- logħba tiegħi, ngħin kemm jista' jkun lill-iskwadra biex niksbu t-tragward tagħna kemm jista' jkun malajr, ġurnata wara l-oħra naħdem fit-taħriġ, nieħu ħsieb iktar minn qatt qabel dak li niekol, neżamina l-logħob tiegħi biex dejjem nitgħallem mill-iżbalji, u naħdem biex nikseb opportunità oħra dejjem għall-aħjar tal-karriera tiegħi. Apparti l-aspett kalċistiku, hawnhekk komplejt bl-istudji tiegħi u kuljum nipprova ndaħħal ftit xogħol ta' qari u riċerka għat-teżi, filwaqt li bdejt ukoll esperjenza sabiħa. Dan hekk kif irnexxieli nsib komunità fi ħdan l-iskwadra fejn nitkellmu fil-ftuħ fuq Alla u saħansitra qiegħed insewgi l-Bibbja fil-ħin liberu tiegħi. Naħseb li din qed tgħinni wkoll nikber bħala persuna u nżomm il-fidi mhux biss f 'Alla iżda fija nnifsi li jiena kapaċi nagħmilha f 'dan il-livell u bit-taħriġ mistħoqq, kif diġà qed isir, naħdem biex nilhaq livelli dejjem ogħla," temm jgħid Zach Muscat. NHAR il-Ħadd li għadda saret il-Maratona ta' Malta fejn għadd kbir ta' parteċipanti ħadu sehem f 'din l-attività sportiva fuq skala nazzjonali. Din is-sena l-atleta Maltija tal-klabb Mellieħa AC, Rita Galea, irnexxielha tidħol bħala l-ewwel mara Maltija fin- Nofs Maratona ta' Malta. Din ma kinitx l-ewwel sena li rnexxielha tikseb dan l-unur. Fil-fatt hi rnexxielha tirbaħ bħala l-ewwel mara Maltija għan-Nofs Maratona għat- tielet sena konsekuttiva. Hi għamlet dan fl-2014, 2015 u 2016. Din is-sena Rita Galea, taħt id-direzzjoni tal- kowċ Russu Ivan Roshnov, kompliet ittejjeb il-ħin tagħha fuq is-snin preċedenti u din is-sena għamlet ħin ta' 1:23.56. Dan il-ħin tajjeb irnexxielha tagħmlu minkejja li din is-sena fil-Maratona ta' Malta kien hemm riħ qawwi. Hi tinsab kuntenta b'dan il-ħin u l-għan tagħha hu li tkompli tittrenja biex dejjem ittejjeb il-livell li għandha u tkun tista' tikseb riżultati tajbin għal Malta. Dan is-suċċess ġie milħuq wara xogħol intensiv, taħriġ u dedikazzjoni lejn l-isport tal- atletika. Rita Galea tittrenja taħt il-gwida professjonali tal-kowċ tagħha Ivan Roshnov, u temmen li hu kien fattur importanti ħafna li wassal għal dan is-suċċess tagħha. Fil-fatt hija tgħid li l-kowċ Ivan jagħti ħafna inkoraġġiment u jiggwidaha professjonalment ħafna! Hi tirringrazzja lill- familja tagħha tas-sapport kontinwu biex tkompli tittrenja u tgħolli l-livell li għandha fl-atletika. Barra minn hekk, irringrazzjat ukoll lil sħabha kollha li tittrenja magħhom speċjalment tat- trakka u dawk li magħhom tagħmel il-'long runs' ta' nhar ta' Ħadd. Rita Galea xtaqet tirringrazzja wkoll lill- isponsors tagħha, Eurosport B'Kara (Adidas) u Malta Challenge TeamBarry. F'Settembru li għadda, Rita Galea rrappreżentat lil Malta fil-World Mountain Running Championships li saru ġewwa Bets Y Cowd f 'Wales. Imbagħad, fit-13 ta' Dicembru 2015 saret it-tellieqa ta' 17-il kilometru Mdina to Spinola organizzata mill-MAAA. Hawnhekk l-atleta rnexxielha tirbaħ din it-tellieqa bħala l-ewwel mara f 'ħin ta' 1:06.39. Dan kien ta' sodisfazzjon għaliha u għen biex tkompli l-preparamenti tagħha għan- Nofs Maratona. Aktar riċenti, fis-7 ta' Frar 2016, l-MAAA flimkien mal- Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard organizza tellieqa ta' 10 kilometri. Għal darb'oħra, f 'din it-tellieqa, Rita Galea wkoll irnexxielha tidħol fl-ewwel post bħala l-ewwel mara f 'ħin prestiġjuż ta' 37.22. Wara s-suċċessi riċenti tagħha fuq id-distanza ta' 10 kilometri, hi ġiet magħżula mill-MAAA biex tattendi Altitude Training Camp mat-Tim Nazzjonali tal-Atletika Maltija ġewwa Franza. Dan iservi ta' aktar motivazzjoni biex tkompli għaddejja bit-taħriġ ħalli ttejjeb il-ħinijiet li għandha. Hi tħoss li kulħadd għandu jsib ftit ħin biex jagħmel xi attività fiżika, bħal mixi jew ġiri fost oħrajn, għax temmen li dan jgħin lil dak li jkun, kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Rita Galea qed tħares pożittivament lejn il-futur tagħha fl-atletika u temmen li b'dedikazzjoni, taħriġ u bl- għajnuna tal-kowċ tagħha Ivan Roshnov, għad fadlilha fejn ittejjeb il-livell tagħha f 'dan Tikklasifika bħala l-ewwel mara Maltija fin-Nofs Maratona ta' Malta għat-tielet